Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Rivelazzjoni 15:1-8

15  U rajt fis-sema sinjal ieħor,+ kbir u taʼ l-għaġeb, sebaʼ anġli+ b’sebaʼ kastigi.+ Dawn huma taʼ l-aħħar, għax permezz tagħhom tintemm ir-rabja+ t’Alla.+  U rajt bħal baħar tal-ħġieġ+ imħallat bin-nar, u lil dawk li ħarġu rebbiħin+ fuq il-bhima salvaġġa u fuq ix-xbieha tagħha+ u fuq in-numru+ taʼ isimha rajthom weqfin ħdejn il-baħar tal-ħġieġ,+ u kellhom l-arpi+ t’Alla.  U kienu qed ikantaw l-għanja taʼ Mosè,+ l-ilsir t’Alla, u l-għanja tal-Ħaruf,+ u jgħidu: “Kbar u taʼ l-għaġeb l-għemejjel tiegħek,+ Alla Ġeħova, li Tistaʼ Kollox.+ Ġusti u veri triqatek,+ Sultan taʼ l-eternità.+  Min tassew ma jibżax minnek,+ Ġeħova,+ u ma jigglorifikax lil ismek,+ għax int biss leali?+ Il-ġnus kollha jiġu u jqimu quddiemek,+ għax id-digrieti ġusti tiegħek saru evidenti.”+  U wara dan rajt, u fis-sema nfetaħ+ is-santwarju tat-tinda+ tax-xiehda,+  u mis-santwarju ħarġu s-sebaʼ anġli+ bis-sebaʼ kastigi,+ u kienu lebsin għażel+ nadif u jiddi, u madwar sidirhom kellhom ħżiem tad-deheb.  U wieħed mill-erbaʼ ħlejjaq ħajjin+ ta lis-sebaʼ anġli sebaʼ bwieqi tad-deheb mimlijin bir-rabja t’Alla,+ li jgħix għal dejjem taʼ dejjem.+  U s-santwarju mtela bid-duħħan minħabba l-glorja t’Alla+ u minħabba l-qawwa tiegħu, u ħadd ma setaʼ jidħol fis-santwarju sakemm intemmew is-sebaʼ kastigi+ tas-sebaʼ anġli.

Noti taʼ taħt