Rivelazzjoni 13:1-18

13  U waqaf fuq ir-​ramel+ tal-​baħar. U rajt bhima salvaġġa+ tielgħa mill-​baħar,+ b’għaxart iqrun+ u b’sebat irjus,+ u fuq qrunha kellha għaxar dijademi, u fuq irjusha kellha ismijiet midgħija.+  Issa l-​bhima salvaġġa li rajt kienet bħal leopard,+ imma saqajha kienu bħal taʼ ors,+ u ħalqha kien bħal ħalq taʼ ljun.+ U d-​dragun+ ta lill-​bhima l-​qawwa u t-​tron tagħha u awtorità kbira.+  U rajt waħda minn irjusha qisha midruba għall-​mewt, imma l-​ferita fatali+ fiqitilha, u l-​art kollha marret wara l-​bhima salvaġġa b’ammirazzjoni.  U taw qima lid-​dragun għax kien ta l-​awtorità lill-​bhima salvaġġa, u taw qima lill-​bhima salvaġġa bil-​kliem: “Min hu bħall-​bhima salvaġġa, u min jistaʼ jitqabad magħha?”  U ngħatalha fomm li jgħid kliem taʼ kburija+ u taʼ dagħa,+ u ngħatatilha awtorità biex taġixxi għal tnejn u erbgħin xahar.+  U fetħet fommha biex tidgħi kontra Alla,+ biex tidgħi b’ismu u bil-​post fejn jgħammar, u anki b’dawk li jgħammru fis-​sema.+  U ngħatalha+ li tiggwerra kontra l-​qaddisin u tirbħilhom,+ u ngħatatilha awtorità fuq kull tribù u poplu u lsien u ġens.  U dawk kollha li jgħammru fuq l-​art iqimuha; ħadd minnhom, sa mit-​tisjis tad-​dinja,+ m’għandu ismu miktub fir-​romblu+ tal-​ħajja tal-​Ħaruf li nqatel.+  Min għandu widnejn, ħa jismaʼ.+ 10  Min għandu jmur fil-​jasar, fil-​jasar imur.+ Min joqtol bis-​sejf, bis-​sejf irid jinqatel.+ Hawn hu fejn il-​qaddisin+ jeħtieġu s-​sabar+ u l-​fidi.+ 11  U rajt bhima salvaġġa+ oħra tielgħa mill-​art,+ u kellha żewġt iqrun bħal ħaruf, imma bdiet titkellem bħal dragun.+ 12  U kienet teżerċita l-​awtorità kollha taʼ l-​ewwel bhima salvaġġa+ quddiemha stess. U ġiegħlet lill-​art u lil dawk li jgħammru fiha jqimu lill-​ewwel bhima salvaġġa li l-​ferita fatali tagħha fiqitilha.+ 13  U kienet twettaq sinjali kbar,+ biex saħansitra ġġiegħel in-​nar jinżel mis-​sema għal fuq l-​art quddiem għajnejn il-​bnedmin. 14  U kienet tqarraq b’dawk li jgħammru fuq l-​art, minħabba s-​sinjali li ngħatat biex twettaq quddiem il-​bhima salvaġġa, waqt li tgħid lil dawk li jgħammru fuq l-​art biex jagħmlu xbieha+ tal-​bhima salvaġġa li kellha l-​ferita tas-​sejf+ iżda stejqret. 15  U ngħatalha li tagħti n-​nifs lix-​xbieha tal-​bhima salvaġġa, sabiex ix-​xbieha tal-​bhima salvaġġa titkellem u ġġiegħel li jinqatel kulmin ma jkunx irid iqim lix-​xbieha+ tal-​bhima salvaġġa. 16  U ġiegħlet li l-​bnedmin kollha,+ iż-​żgħar u l-​kbar, l-​għonja u l-​foqra, u l-​ħelsin u l-​ilsiera, issirilhom marka f’idhom il-​leminija jew fuq ġbinhom,+ 17  u biex ħadd ma jkun jistaʼ jixtri jew ibigħ ħlief min ikollu l-​marka, isem+ il-​bhima salvaġġa jew in-​numru taʼ isimha.+ 18  Hawn jidħol l-​għerf: Min għandu l-​intelliġenza ħa jikkalkula n-​numru tal-​bhima salvaġġa, għax hu n-​numru taʼ bniedem;+ u n-​numru tagħha hu sitt mija u sitta u sittin.+

Noti taʼ taħt