Rivelazzjoni 12:1-17

12  U deher sinjal kbir+ fis-​sema, mara+ mżejna bix-​xemx, u bil-​qamar taħt saqajha, u b’kuruna taʼ tnax-il kewkba fuq rasha,  u kienet tqila. U bdiet tgħajjat bl-​uġigħ+ u bl-​agunija tagħha biex tiled.  U deher sinjal ieħor fis-​sema, u, ara, dragun kbir lewn in-​nar,+ b’sebat irjus u għaxart iqrun, u fuq irjusu sebaʼ dijademi;  u denbu+ kaxkar terz mill-​kwiekeb+ tas-​sema, u waddabhom ’l isfel lejn l-​art.+ U d-​dragun baqaʼ wieqaf quddiem il-​mara+ li kienet waslet biex tiled,+ sabiex, malli tiled, jiblaʼ+ lit-​tarbija tagħha.  U wildet iben,+ tifel, li għandu jirgħa lill-​ġnus kollha b’xettru tal-​ħadid.+ U t-​tarbija tagħha ttieħdet lejn Alla u lejn it-​tron tiegħu.+  U l-​mara ħarbet fix-​xagħri,+ fejn kellha post imħejji minn Alla, biex hemmhekk jitimgħuha+ għal elf, mitejn u sittin jum.+  U faqqgħet gwerra fis-​sema: Mikiel+ u l-​anġli tiegħu tqabdu mad-​dragun, u d-​dragun u l-​anġli tiegħu tqabdu  imma ma rebaħx, u ma kienx għad hemm post għalihom fis-​sema.  Għalhekk, twaddab għal isfel id-​dragun il-​kbir,+ is-​serp oriġinali,+ dak li hu msejjaħ Xitan+ u Satana,+ li qed iqarraq bl-​art abitata kollha;+ twaddab ’l isfel lejn l-​art,+ u l-​anġli tiegħu twaddbu għal isfel miegħu. 10  U smajt leħen għoli fis-​sema jgħid: “Issa bdew iseħħu s-​salvazzjoni+ u l-​qawwa+ u s-​saltna t’Alla tagħna+ u l-​awtorità tal-​Kristu tiegħu,+ għax twaddab għal isfel l-​akkużatur taʼ ħutna, dak li lejl u nhar jakkużahom quddiem Alla tagħna!+ 11  U huma rebħulu+ minħabba d-​demm tal-​Ħaruf+ u minħabba l-​kelma li xehdu dwarha,+ u ma ħabbewx ħajjithom*+ saħansitra meta ġew wiċċ imbwiċċ mal-​mewt. 12  Għalhekk, ifirħu smewwiet u intom li tgħammru fihom!+ Gwaj+ għall-​art u għall-​baħar,+ għax ix-​Xitan niżel għandkom u għandu rabja kbira, għax jaf li żmien qasir baqagħlu.”+ 13  Issa meta d-​dragun ra li kien twaddab ’l isfel lejn l-​art,+ ippersegwita lill-​mara+ li wildet lit-​tifel. 14  Imma lill-​mara ngħatawlha ż-​żewġ ġwienaħ taʼ l-​ajkla l-​kbira,+ sabiex ittir fix-​xagħri+ lejn postha; hemmhekk tiġi mitmugħa+ għal żmien u żminijiet u nofs żmien+ ’il bogħod minn wiċċ is-​serp.+ 15  U s-​serp qalaʼ minn ħalqu bħal xmara ilma+ wara l-​mara, biex jgħarraqha bix-​xmara.+ 16  Imma l-​art ġiet biex tgħin lill-​mara,+ u l-​art fetħet ħalqha u belgħet ix-​xmara li d-​dragun kien qalaʼ minn ħalqu. 17  U d-​dragun imtela bil-​korla għall-​mara,+ u mar biex jiggwerra kontra l-​bqija taʼ nisilha, dawk li josservaw il-​kmandamenti t’Alla u li għandhom ix-​xogħol li jixhdu+ dwar Ġesù.

Noti taʼ taħt

Letteralment, “ruħhom.”