Rivelazzjoni 11:1-19

11  U ngħatatli qasba bħal ħatar+ waqt li qalli: “Qum u kejjel is-​santwarju tat-​tempju+ t’Alla u l-​artal u lil dawk li jqimu fih.  Imma l-​bitħa taʼ barra+ s-​santwarju tat-​tempju ħalliha u tkejjilhiex, għax ngħatat lill-​ġnus,+ u dawn se jgħaffġu taħt saqajhom il-​belt qaddisa+ għal tnejn u erbgħin xahar.+  U se nġiegħel liż-​żewġ+ xhieda tiegħi jipprofetizzaw+ għal elf, mitejn u sittin jum lebsin l-​ixkora.”+  Dawn huma simbolizzati miż-​żewġ siġriet taż-​żebbuġ+ u ż-​żewġ gandlieri,+ u qegħdin weqfin quddiem il-​Mulej taʼ l-​art.+  U jekk xi ħadd ikun irid jagħmlilhom il-​ħsara, joħroġ nar minn ħalqhom u jiblaʼ lill-​għedewwa tagħhom;+ u jekk xi ħadd ikun irid jagħmlilhom il-​ħsara, b’dan il-​mod ikollu jinqatel.  Huma għandhom l-​awtorità li jagħlqu s-​sema+ biex ma tagħmilx xita+ matul il-​jiem li jipprofetizzaw fihom, u għandhom l-​awtorità fuq l-​ilmijiet biex ibiddluhom f’demm+ u biex jolqtu l-​art b’kull xorta taʼ kastig kulmeta jridu huma.  U meta jkunu temmew ix-​xiehda tagħhom, il-​bhima salvaġġa li titlaʼ mill-​abbiss+ tiggwerralhom u tirbħilhom u toqtolhom.+  U l-​iġsma mejtin tagħhom ikunu fit-​triq il-​prinċipali tal-​belt il-​kbira, li f’sens spiritwali tissejjaħ Sodoma+ u Eġittu, fejn il-​Mulej tagħhom ukoll ġie msammar maʼ zokk.+  U n-​nies tal-​popli u tat-​tribujiet u taʼ l-​ilsna u tal-​ġnus+ iħarsu lejn l-​iġsma mejtin tagħhom għal tlett ijiem u nofs,+ u ma jħallux li l-​iġsma mejtin tagħhom jitqiegħdu f’qabar. 10  U dawk li jgħammru fuq l-​art jithennew+ minħabba fihom u jieħdu pjaċir, u jibagħtu rigali lil xulxin,+ għax dawn iż-​żewġ profeti kienu jitturmentaw lil dawk li jgħammru fuq l-​art. 11  U wara t-​tlett ijiem u nofs+ daħal fihom spirtu taʼ ħajja mingħand Alla,+ u waqfu fuq saqajhom, u waqaʼ biżaʼ kbir fuq dawk li rawhom. 12  U semgħu leħen għoli+ mis-​sema jgħidilhom: “Itilgħu hawn fuq.”+ U telgħu s-​sema fis-​sħaba, u l-​għedewwa tagħhom rawhom. 13  U f’dik is-​siegħa seħħ terremot kbir, u waqaʼ wieħed minn kull għaxra+ tal-​belt; u sebat elef bniedem inqatlu bit-​terremot, u l-​bqija beżgħu u taw glorja lill-​Alla tas-​sema.+ 14  It-tieni gwaj+ għadda. Ara! It-​tielet gwaj ġej bil-​ħeffa. 15  U s-​sebaʼ anġlu daqq it-​trumbetta tiegħu.+ U fis-​sema kien hemm ilħna għoljin li bdew jgħidu: “Is-​saltna tad-​dinja saret is-​saltna tal-​Mulej tagħna+ u tal-​Kristu* tiegħu,+ u hu jsaltan għal dejjem taʼ dejjem.”+ 16  U l-​erbgħa u għoxrin anzjan+ li kienu bil-​qiegħda fuq it-​tronijiet tagħhom quddiem Alla nxteħtu wiċċhom+ fl-​art u taw qima lil Alla,+ 17  u bdew jgħidu: “Irroddulek ħajr,+ Alla Ġeħova, li Tistaʼ Kollox,+ Dak li hu+ u li kien, għax int ħadt il-​qawwa kbira tiegħek+ u bdejt issaltan.+ 18  Imma l-​ġnus imtlew bil-​korla, u ġiet il-​korla tiegħek, u wasal iż-​żmien stabbilit biex jiġu ġudikati l-​mejtin, u biex tippremja+ lill-​ilsiera tiegħek il-​profeti+ u lill-​qaddisin u lil dawk li jibżgħu minn ismek, żgħar u kbar,+ u biex teqred+ lil dawk li qed jeqirdu l-​art.”+ 19  U nfetaħ is-​santwarju tat-​tempju t’Alla li qiegħed fis-​sema,+ u l-​arka+ tal-​patt tiegħu dehret fis-​santwarju tat-​tempju tiegħu.+ U kien hemm sajjetti u ilħna u ragħad u theżżiż taʼ l-​art u silġ oħxon.

Noti taʼ taħt

Ara Mt 2:4, in-​nota taʼ taħt.