Rivelazzjoni 10:1-11

10  U rajt anġlu b’saħħtu+ ieħor nieżel mis-​sema, imżejjen bi sħaba,+ u fuq rasu kellu qawsalla, u wiċċu kien bħax-​xemx,+ u saqajh+ kienu bħal kolonni tan-​nar,  u f’idu kellu romblu ċkejken miftuħ. U tefaʼ siequ l-​leminija fuq il-​baħar, u x-​xellugija fuq l-​art,+  u għajjat b’leħen għoli bħal meta jgħajjat iljun.+ U meta għajjat, is-​sebaʼ ragħdiet+ semmgħu leħinhom.  Issa meta tkellmu s-​sebaʼ ragħdiet, kont se nibda nikteb; imma smajt leħen mis-​sema+ jgħidli: “Issiġilla dak+ li qalu s-​sebaʼ ragħdiet, u tiktbux.”  U l-​anġlu li rajt wieqaf fuq il-​baħar u fuq l-​art għolla idu l-​leminija lejn is-​sema,+  u ħalef b’Dak li jgħix+ għal dejjem taʼ dejjem,+ li ħalaq is-​sema u kulma fih u l-​art+ u kulma fiha u l-​baħar u kulma fih,+ u qal: “Mhux se jkun hemm dewmien+ iktar;  imma fil-​jiem li jinstemaʼ s-​sebaʼ anġlu,+ meta dan ikun se jdoqq it-​trumbetta tiegħu,+ jitwettaq għalkollox is-​sigriet sagru+ t’Alla skond l-​aħbar tajba li hu xandar lill-​ilsiera tiegħu, il-​profeti.”+  U l-​leħen+ li smajt ġej mis-​sema reġaʼ kellimni u qalli: “Mur, ħu r-​romblu miftuħ li qiegħed f’id l-​anġlu li hu wieqaf fuq il-​baħar u fuq l-​art.”+  U tlaqt ħdejn l-​anġlu u għedtlu biex jagħtini r-​romblu ċkejken. U qalli: “Ħudu u kulu,+ u jagħmillek żaqqek morra, imma f’ħalqek ikun ħelu bħall-​għasel.” 10  U ħadt ir-​romblu ċkejken minn id l-​anġlu u kiltu,+ u f’ħalqi kien ħelu bħall-​għasel;+ imma x’ħin kiltu, għamilli żaqqi morra. 11  U qaluli: “Trid terġaʼ tipprofetizza dwar popli u ġnus u ilsna u ħafna slaten.”+

Noti taʼ taħt