Rivelazzjoni 1:1-20

1  Rivelazzjoni*+ minn Ġesù Kristu, li tahielu Alla,+ biex juri lill-​ilsiera tiegħu+ dak li jrid iseħħ dalwaqt.+ Hu bagħat lill-​anġlu tiegħu,+ u permezz taʼ dan l-​anġlu ppreżentaha b’sinjali+ lill-​ilsir tiegħu Ġwanni,+  li xehed dwar il-​kelma li ta+ Alla u dwar ix-​xiehda li ta Ġesù Kristu,+ u dwar dak kollu li ra.  Hieni+ min jaqra b’leħen għoli+ u dawk li jisimgħu l-​kliem taʼ din il-​profezija+ u josservaw dak li hemm miktub fiha;+ għax qorob iż-​żmien stabbilit.+  Ġwanni lis-​sebaʼ kongregazzjonijiet+ li hemm fid-​distrett taʼ l-​Asja: Qalb tajba mhix mistħoqqa u paċi lilkom mingħand “Dak li hu u li kien u li ġej,”+ u mis-​sebaʼ spirti+ li qegħdin quddiem it-​tron tiegħu,  u mingħand Ġesù Kristu, “ix-​Xhud Leali,”*+ “L-​ewwel imwieled mill-​imwiet,”+ u “Il-​Ħakkiem tas-​slaten taʼ l-​art.”+ Lil dak li jħobbna+ u li ħallna minn dnubietna permezz taʼ demmu stess+  u għamilna saltna,+ qassisin+ għal Alla tiegħu u Missieru—iva, lilu tkun il-​glorja u s-​setgħa għal dejjem.+ Amen.  Ara! Hu ġej mas-​sħab,+ u kull għajn tarah,+ u dawk li nifduh;+ u t-​tribujiet kollha taʼ l-​art iħabbtu fuq sidirhom bin-​niket minħabba fih.+ Iva, Amen.  “Jien l-​Alfa u l-​Omega,”*+ jgħid Alla Ġeħova, “Dak li hu u li kien u li ġej,+ li Jistaʼ Kollox.”+  Jien Ġwanni, ħukom, li qed nieħu sehem magħkom fit-​tribulazzjoni+ u fis-​saltna+ u fis-​sabar+ taʼ Ġesù,+ kont fuq il-​gżira msejħa Patmos talli tkellimt dwar Alla u xhedt dwar Ġesù.+ 10  B’ispirazzjoni+ sibt ruħi+ f’jum il-​Mulej,+ u smajt warajja leħen+ qawwi bħal taʼ trumbetta 11  li qal: “Dak li tara iktbu+ f’romblu u ibagħtu lis-​sebaʼ kongregazzjonijiet,+ f’Efesu+ u fi Żmirna+ u f’Pergamu+ u fi Tjatira+ u f’Sardi+ u f’Filadelfja+ u f’Laodiċija.”+ 12  U dort biex nara taʼ min kien il-​leħen li kien qed ikellimni, u, x’ħin dort, rajt sebaʼ gandlieri tad-​deheb,+ 13  u f’nofs il-​gandlieri xi ħadd bħal bin il-​bniedem,+ liebes libsa li kienet tasal sa saqajh u madwar sidru kellu ħżiem tad-​deheb. 14  Iktar minn hekk, rasu u xagħru kienu bojod+ bħal suf abjad, bħas-​silġ,* u għajnejh bħal fjamma nar;+ 15  u saqajh kienu bħal ram aħmar pur+ li jleqq meta jkun fil-​forn; u leħnu+ kien bħall-​ħoss taʼ ħafna ilmijiet. 16  U f’idu l-​leminija kellu sebaʼ kwiekeb,+ u minn fommu kien ħiereġ sejf b’żewġt ixfar,+ twil u jaqtaʼ, u wiċċu kien bħax-​xemx meta tiddi fil-​qawwa tagħha.+ 17  U meta rajtu, waqajt ħdejn saqajh bħal wieħed mejjet. U poġġa idu l-​leminija fuqi u qalli: “Tibżax.+ Jien l-​Ewwel+ u l-​Aħħar,+ 18  u l-​ħaj;+ u kont mejjet,+ imma, ara, issa jien ħaj għal dejjem taʼ dejjem,+ u għandi l-​imfietaħ tal-​mewt+ u tal-​Qabar.*+ 19  Għalhekk, ikteb dak li rajt, u dak li hu u dak li se jseħħ wara dan.+ 20  Is-sigriet sagru tas-​sebaʼ kwiekeb+ li rajtli f’idi l-​leminija u tas-​sebaʼ gandlieri tad-​deheb+ hu dan: Is-​sebaʼ kwiekeb ifissru l-​anġli* tas-​sebaʼ kongregazzjonijiet, u s-​sebaʼ gandlieri jfissru sebaʼ kongregazzjonijiet.+

Noti taʼ taħt

Letteralment, “kxif, ħaġa mgħarrfa.” Bil-​Grieg, Apokalipsis; bil-​Latin, Apokalipsis.
Letteralment, “Fidil.”
L-Alfa u l-​Omega huma l-​ewwel ittra u l-​aħħar ittra taʼ l-​alfabet Grieg.
Letteralment, “borra.”
Bil-Grieg, “Ħades.” Ara Appendiċi 4.
Jew, “il-​messaġġiera.”