Proverbji 9:1-18

9  L-għerf* veru+ bena daru;+ qataʼ s-​sebaʼ kolonni tagħha.  Organizza l-​qtil taʼ l-​annimali; ħallat l-​inbid tiegħu; u iktar minn hekk, firex il-​mejda tiegħu.+  Bagħat lill-​qaddejja nisa tiegħu, sabiex ikun jistaʼ jsejjaħ minn fuq il-​qċaċet taʼ l-​għoljiet tal-​belt:  “Kulmin hu bla esperjenza, ħa jdur ’l hawn.”+ Lil kulmin għandu qalbu belha,*+ l-​għerf qallu:  “Ejjew, kulu l-​ħobż tiegħi u ixorbu l-​inbid li ħallatt.+  Itilqu lil dawk taʼ bla esperjenza biex tibqgħu tgħixu,+ u imxu dritti fit-​triq taʼ l-​abbiltà li tifhmu.”+  Min qed jikkoreġi lil dak li jwaqqaʼ kollox għaċ-​ċajt qed iġib diżunur fuqu nnifsu,+ u min qed iwiddeb lil wieħed mill-​agħar ikollu difett.+  Twiddibx lil xi ħadd li jwaqqaʼ kollox għaċ-​ċajt, sabiex ma jobogħdokx.+ Widdeb lill-​għaref u jħobbok.+  Agħti lill-​għaref u jsir iktar għaref.+ Agħti l-​għarfien lil bniedem sewwa u jkompli jitgħallem. 10  Il-biżaʼ taʼ Ġeħova hu l-​bidu taʼ l-​għerf,+ u l-​għarfien dwar l-​Iktar Wieħed Qaddis jagħtik l-​abbiltà li tifhem.+ 11  Għax bija joktrulek jiemek,+ u snin ħajtek jiżdidulek.+ 12  Jekk sirt għaref, sirt għaref għalik stess;+ u jekk waqqajt għaċ-​ċajt, int se tbati, int biss.+ 13  Mara stupida hi storbjuża.+ Hi u s-​sempliċità tal-​moħħ xorta waħda, u ma taf xejn li xejn.+ 14  U poġġiet bil-​qiegħda fid-​daħla taʼ darha, fuq siġġu, fil-​postijiet għoljin tal-​belt,+ 15  sabiex issejjaħ lil dawk għaddejjin mit-​triq, dawk li sejrin dritt f’mogħdijiethom:+ 16  “Kulmin hu bla esperjenza, ħa jdur ’l hawn.”+ U lil kulmin għandu qalbu belha,*+ hi qaltlu wkoll: 17  “L-​ilmijiet misruqin huma ħelwin,+ u l-​ħobż li jittiekel bil-​moħbi jagħti pjaċir.”+ 18  Imma ma jafx li dawk bla qawwa fil-​mewt qegħdin hemm, li dawk li stidnithom jidħlu ġewwa jinsabu fil-​postijiet baxxi tal-​Qabar.*+

Noti taʼ taħt

Bl-Ebrajk oriġinali, il-​kelma “għerf” qiegħda fil-​femminil. L-​għerf huwa personifikat bħallikieku kien mara.
Ara Pr 6:32, in-​nota taʼ taħt.
Ara Pr 6:32, in-​nota taʼ taħt.
Bl-Ebrajk, “Xeol.”