Proverbji 8:1-36

8  M’huwiex l-​għerf isejjaħ il-​ħin kollu,+ u m’huwiex id-​dixxerniment isemmaʼ leħnu kontinwament?+  Sab postu fuq il-​quċċata taʼ l-​għoljiet,+ ħdejn it-​triq, f’salib it-​toroq.  Ħdejn il-​bibien, fid-​daħla tal-​belt,+ fid-​daħla taʼ l-​entraturi jibqaʼ jgħajjat bl-​leħen għoli:+  “Lilkom, O bnedmin, qed insejjaħ, u leħni huwa għal ulied il-​bnedmin.+  O wħud bla esperjenza, ifhmu l-​prudenza;+ u intom l-​istupidi, iksbu qalb li tifhem.+  Isimgħu, għax dwar l-​iktar affarijiet importanti nitkellem,+ u xofftejja jinfetħu dwar dak li hu rett.+  Għax fommi jgħid il-​verità b’ton baxx;+ u l-​ħażen huwa xi ħaġa mistkerrha għal xofftejja.+  Il-kliem kollu taʼ fommi huwa fis-​sewwa.+ M’hemm xejn imdawwar jew mgħawweġ fih.+  Kollu dritt għal min għandu d-​dixxerniment, u rett għal dawk li jsibu l-​għarfien.+ 10  Aċċettaw id-​dixxiplina tiegħi u mhux il-​fidda, u l-​għarfien minflok l-​aqwa deheb.+ 11  Għax l-​għerf aħjar mill-​qroll,+ u l-​affarijiet l-​oħrajn kollha li wieħed jitgħaxxaq bihom ma jiswewx daqsu.+ 12  “Jien, l-​għerf, għext mal-​prudenza+ u għandi l-​għarfien u l-​abbiltà li naħseb.+ 13  Il-biżaʼ taʼ Ġeħova jfisser li tobgħod il-​ħażen.+ Is-​suppervja u l-​kburija+ u t-​triq il-​ħażina u l-​fomm li jgħid affarijiet imħassrin+ jien bgħadthom. 14  Jien għandi l-​pariri+ u l-​għaqal.*+ Jien għandi l-​abbiltà li nifhem;+ jien għandi s-​setgħa.+ 15  Bija s-​slaten jibqgħu jsaltnu, u l-​uffiċjali għoljin jibqgħu joħorġu digrieti ġusti.+ 16  Bija l-​prinċpijiet jibqgħu jaħkmu,+ u n-​nobbli kollha jiġġudikaw bis-​sewwa.+ 17  Lil dawk li jħobbuni jien inħobbhom,+ u dawk li jfittxuni jsibuni.+ 18  Miegħi hemm l-​għana u l-​glorja,+ il-​valuri li jintirtu u s-​sewwa.+ 19  Il-frott tiegħi aħjar mid-​deheb, saħansitra mid-​deheb irfinut, u l-​prodotti tiegħi aħjar mill-​aqwa fidda.+ 20  Fil-mogħdija tas-​sewwa nimxi,+ f’nofs it-​toroq tal-​ġustizzja,+ 21  biex nagħti lil dawk li jħobbuni affarijiet taʼ valur;+ u nżommilhom l-​imħażen tagħhom mimlijin.+ 22  “Ġeħova nissilni bħala l-​bidu taʼ l-​attività kreattiva tiegħu,+ l-​eqdem għemil tiegħu taʼ żmien twil ilu.+ 23  Ili li ġejt stabbilit minn żmien indefinit,*+ mill-​bidu, minn żminijiet qabel l-​art.+ 24  Meta ma kienx hemm ilmijiet fondi, jien twilidt bħallikieku bl-​uġigħ tal-​ħlas,+ meta ma kienx hemm nixxigħat mimlijin b’ħafna ilma. 25  Qabel ma twaqqfu l-​muntanji,+ qabel l-​għoljiet, jien twilidt bħallikieku bl-​uġigħ tal-​ħlas, 26  meta kien għadu m’għamilx l-​art+ u l-​postijiet fil-​beraħ u l-​ewwel ċapep taʼ trab taʼ l-​art produttiva.+ 27  Hemmhekk kont meta ħejja s-​smewwiet;+ meta stabbilixxa b’digriet ċirku fuq wiċċ l-​ilmijiet fondi,+ 28  meta għamel fis-​sod il-​mases taʼ sħab hemm fuq,+ meta saħħaħ l-​għejun taʼ l-​ilmijiet fondi,+ 29  meta għamel id-​digriet tiegħu għall-​baħar li l-​ilmijiet m’għandhomx jaqbżu l-​ordni tiegħu,+ meta stabbilixxa s-​sisien taʼ l-​art,+ 30  kont maġenbu bħala ħaddiem tas-​sengħa,+ u kien jgħożżni b’mod speċjali+ jum wara l-​ieħor, u kont nieħu pjaċir quddiemu l-​ħin kollu,+ 31  nieħu pjaċir bil-​ħamrija produttiva taʼ l-​art tiegħu,+ u l-​affarijiet li kont ngħożż kienu marbutin maʼ wlied il-​bnedmin.+ 32  “U issa, O wliedi, isimgħu minni; iva, henjin dawk li jżommu triqati.+ 33  Isimgħu mid-​dixxiplina u siru għorrief,+ u tittraskuraw xejn.+ 34  Hieni l-​bniedem li qed jismaʼ minni billi jum wara l-​ieħor jibqaʼ mqajjem wara biebi, billi joqgħod għassa ħdejn il-​koxox taʼ biebi.+ 35  Għax min isibni jsib il-​ħajja,+ u jikseb l-​approvazzjoni taʼ Ġeħova.+ 36  Imma min jonqos li jsibni jkun qed jaġixxi bi vjolenza miegħu nnifsu;+ dawk kollha li jobogħduni jħobbu l-​mewt.”+

Noti taʼ taħt

Jew, “l-​għerf prattiku.”
Ara Ġen 3:22, in-​nota taʼ taħt.