Proverbji 7:1-27

7  Ibni, ħares kliemi,+ u jalla taħżen ġo fik bħal teżor il-​kmandamenti tiegħi.+  Ħares il-​kmandamenti tiegħi u tibqaʼ tgħix,+ u ħares il-​liġi tiegħi daqs il-​mimmi+ t’għajnejk.  Orbothom maʼ subgħajk,+ u onqoxhom fuq it-​tavla taʼ qalbek.+  Għid lill-​għerf:+ “Int oħti”; u jalla ssejjaħ lill-​abbiltà li tifhem “Qariba,”  biex iħarsuk mill-​mara stranġiera,+ mill-​barranija li tmelles bi kliemha.+  Għax mit-​tieqa taʼ dari, mit-​tieqa bil-​grada*+ ħarist ’l isfel,  sabiex inkun nistaʼ nittawwal lejn dawk bla esperjenza.+ Ridt nosserva fost l-​ulied żagħżugħ b’qalb belha,*+  għaddej fit-​triq minn ħdejn il-​kantuniera tagħha, u sejjer dritt lejn darha,+  fl-għabex, fil-​għaxija,+ hekk kif kienu resqin il-​lejl u d-​dlam. 10  U, ara! Kien hemm mara tistenna biex tiltaqaʼ miegħu, liebsa taʼ prostituta,+ u qalbha mimlija makakkerija. 11  Hi storbjuża u rasha iebsa.+ Saqajha m’għandhomx sabar id-​dar.+ 12  Daqqa tkun barra, daqqa fil-​pjazez,+ u toqgħod tistenna ħdejn kull kantuniera.+ 13  U qabditu u tatu bewsa.+ B’wiċċ tost tibda tgħidlu: 14  “Kelli l-​obbligu li noffri sagrifiċċji taʼ sħubija.*+ Illum raddejt il-​wegħdi tiegħi.+ 15  Għalhekk ħriġt niltaqaʼ miegħek, biex infittex wiċċek, sabiex insibek. 16  Żejjint soddti b’għata sabiħ, b’affarijiet taʼ ħafna lwien, għażel taʼ l-​Eġittu.+ 17  Fuq il-​friex raxxaxt il-​mirra, is-​sabbara u l-​kannella.+ 18  Ejja, ħa niskru bl-​imħabba sa fil-​għodu; ejja nieħdu gost b’xulxin b’espressjonijiet taʼ mħabba.+ 19  Għax ir-​raġel m’huwiex id-​dar; mar fuq vjaġġ ’il bogħod.+ 20  Ħa f’idu borża flus, u ġej lura d-​dar meta l-​qamar ikun kwinta.” 21  Bil-persważjoni kbira li użat ġegħlitu jitqarraq.+ Bit-​tmellis taʼ xofftejha twaqqgħu.+ 22  F’daqqa waħda jmur warajha,+ bħal barri li sejjer għall-​qatla, u bħal iblah marbut biex jiġi dixxiplinat, 23  sakemm vleġġa tiftaħlu fwiedu,+ bħal għasfur li jgħaġġel għal ġol-​mansab,+ u ma kienx jaf li hemm ħajtu* involuta.+ 24  U issa, O wliedi, isimgħu minni u agħtu widen għal kliem fommi.+ 25  Jalla qalbek ma ddurx lejn triqatha. Tiżvijax għal ġo mogħdijietha.+ 26  Għax ħafna huma li waqgħu mejtin minħabba fiha,+ u dawk kollha li jinqatlu minnha huma bosta.+ 27  Triqat għall-​Qabar* hi darha;+ neżlin lejn il-​kmamar mudlama tal-​mewt.+

Noti taʼ taħt

Ara Mħ 5:28, in-​nota taʼ taħt.
Ara Pr 6:32, in-​nota taʼ taħt.
Jew, “sagrifiċċji taʼ sliem.” Sagrifiċċji li fihom il-​qassis, l-​aduraturi, u Ġeħova kienu bħallikieku qed jissieħbu flimkien f’ikla, u dan kien jissimbolizza relazzjonijiet paċifiċi.
Letteralment, “ruħu.”
Bl-Ebrajk, “Xeol.”