Proverbji 6:1-35

6  Ibni, jekk ftehemt li tagħmel tajjeb għad-​dejn t’għajrek,+ jekk ħadt b’idejn xi ħadd stranġier,+  jekk dħalt f’nassa bi kliem fommok,+ jekk inqbadt bi kliemek,  allura agħmel dan, ibni, u eħles lilek innifsek, għax int waqajt f’idejn għajrek:+ Mur umilja ruħek u ibqaʼ ffitta lil għajrek.+  Tħallix lil għajnejk jorqdu, lanqas lil xfar għajnejk jonogħsu.+  Inħeles bħal għażżiela* minn id il-​kaċċatur u bħal għasfur minn id in-​nassâb.+  Mur għand in-​nemla,+ ja għażżien;+ innota drawwietha u sir għaref.  Għalkemm m’għandha l-​ebda kmandant, uffiċjal jew ħakkiem,  hi tipprepara l-​ikel tagħha fis-​sajf;+ tiġbor il-​provvisti taʼ l-​ikel fil-​ħsad.  Kemm se ddum mimdud, ja għażżien?+ Meta se tqum mir-​raqda tiegħek?+ 10  Orqod ftit ieħor, ongħos ftit ieħor, imtedd ftit ieħor b’idejk marbutin,+ 11  u l-​faqar jiġi fuqek bħal ħalliel,+ u l-​għaks bħal bniedem armat.+ 12  Il-bniedem li m’hu tajjeb għal xejn,+ il-​bniedem li jagħmel il-​ħsara, jimxi bit-​tagħwiġ taʼ kliemu,+ 13  jegħmeż b’għajnejh,+ jagħmel sinjali b’siequ, jagħmel il-​ġesti b’subgħajh.+ 14  Hemm it-​taħsir f’qalbu.+ Il-​ħin kollu jfassal xi ħaġa ħażina.+ Ma jagħmel xejn ħlief jaqlaʼ l-​ġlied.+ 15  Minħabba f’hekk, jiġi diżastru+ fuqu għal għarrieda; jitkisser f’daqqa waħda, u ma jkunx hemm fejqan.+ 16  Hemm sitt affarijiet li jobgħod Ġeħova;+ iva, sebgħa huma l-​affarijiet li tistkerrah ruħu:+ 17  għajnejn imkabbrin,+ ilsien falz,+ u idejn li qed ixerrdu demm innoċenti,+ 18  qalb li tfassal pjanijiet taʼ ħsara,+ saqajn mgħaġġlin biex jiġru lejn il-​ħażen,+ 19  xhud falz li jaqlaʼ l-​gideb,+ u kulmin jaqlaʼ l-​ġlied fost l-​aħwa.+ 20  O ibni, osserva l-​kmandament taʼ missierek,+ u titlaqx il-​liġi t’ommok.+ 21  Orbothom maʼ qalbek il-​ħin kollu;+ dendilhom m’għonqok.+ 22  Meta timxi, jiggwidawk;+ meta timtedd, jgħassu fuqek;+ u meta tqum, jieħdu ħsiebek. 23  Għax il-​kmandament hu musbieħ,+ u l-​liġi hi dawl,+ u t-​twiddib li jagħti dixxiplina huwa l-​mod taʼ ħajja,+ 24  biex tiġi mħares mill-​mara ħażina,+ mit-​tmellis taʼ lsien il-​mara barranija.+ 25  Tixtieqx ġmielha f’qalbek,+ u jalla ma taqbdekx b’għajnejha jleqqu,+ 26  għax minħabba mara prostituta tispiċċa tgħix biss fuq ħobża;+ imma fejn tidħol il-​mara taʼ raġel ieħor, din hija nassa għal ħajtek l-​għażiża.+ 27  Jistaʼ raġel jiġmaʼ n-​nar f’ħobbu u madankollu ħwejġu ma jinħarqux?+ 28  Jew jistaʼ raġel jimxi fuq il-​ġamar u saqajh ma jinxtwewx? 29  L-istess jiġrilu min ikollu x’jaqsam maʼ mart għajru;+ ma jeħlishiex mill-​kastig kulmin imissha.+ 30  In-nies ma jistmerrux ħalliel sempliċement għax jisraq biex jiekol meta jkun bil-​ġuħ. 31  Imma meta jinqabad, hu jrodd sebaʼ darbiet iktar; jagħti l-​oġġetti kollha taʼ valur li għandu f’daru.+ 32  Kulmin jagħmel adulterju maʼ mara għandu qalbu belha;*+ min jagħmlu jkun qed jirrovina ruħu.+ 33  Sofferenza u diżunur isib,+ u l-​għajb tiegħu ma jiġix imħassar.+ 34  Għax l-​għira hija l-​korla taʼ raġel b’saħħtu,+ u hu ma jurix mogħdrija f’jum il-​vendetta.+ 35  Ma jikkunsidra l-​ebda tip taʼ fidwa, u b’xejn ma jikkuntenta, ikun kemm ikun kbir ir-​rigal tiegħek.

Noti taʼ taħt

“Jew, “ċerva ħafifa.”
Jew, “nieqes minn motiv tajjeb.” Letteralment, “nieqes minn qalbu.”