Proverbji 4:1-27

4  O wliedi, isimgħu mid-​dixxiplina taʼ missierkom+ u agħtu widen, sabiex tiksbu l-​abbiltà li tifhmu.+  Għax jien żgur istruzzjoni tajba nagħtikom.+ Il-​liġi tiegħi titilquhiex.+  Għax jien kont iben taʼ veru għal missieri,+ teneru u waħdieni għal ommi.+  U hu kien jistruwini+ u jgħidli: “Jalla qalbek+ tibqaʼ żżomm sod maʼ kliemi.+ Ħares il-​kmandamenti tiegħi u tibqaʼ tgħix.+  Ikseb l-​għerf,+ ikseb l-​abbiltà li tifhem.+ Tinsiex, u twarrabx kliem fommi.+  Titlaqx l-​għerf, u jieħu ħsiebek. Ħobbu, u jħarsek.  L-għerf hu l-​aqwa ħaġa.+ Ikseb l-​għerf; u maʼ dak kollu li tikseb, ikseb l-​abbiltà li tifhem.+  Għożżu ferm, u jeżaltak.+ Jigglorifikak għaliex tħaddnu miegħek.+  Fuq rasek iqegħedlek girlanda taʼ ġmiel;+ kuruna taʼ sbuħija jpoġġilek fuqek.”+ 10  Ibni, ismaʼ u aċċetta kliemi.+ Imbagħad snin ħajtek joktru.+ 11  Nistruwik ukoll fi triq l-​għerf;+ immexxik fil-​mogħdijiet retti.+ 12  Meta timxi, il-​pass tiegħek ma jiġix imfixkel;+ u jekk tiġri, ma titfixkilx.+ 13  Aqbad sew mad-​dixxiplina;+ titlaqhiex.+ Ħarisha, għax hi ħajtek.+ 14  Tidħolx fil-​mogħdija tan-​nies mill-​agħar,+ u tibqax sejjer dritt fi triq il-​ħżiena.+ 15  Aħrabha,+ tgħaddix minn ħdejha;+ warrab minnha, u ibqaʼ sejjer.+ 16  Għax huma ma jorqdux jekk ma jagħmlux il-​ħażen,+ u ngħashom itirilhom jekk ma jfixklux lil xi ħadd.+ 17  Għax huma jieklu ħobż il-​ħażen,+ u nbid il-​vjolenza jixorbu.+ 18  Imma l-​mogħdija tan-​nies sewwa hi bħal dawl qawwi li qed jiżdied iktar u iktar sal-​milja tal-​jum.+ 19  Triq in-​nies mill-​agħar hija bħad-​dlam;+ ma jafux fiex qed ikomplu jitfixklu.+ 20  Ibni, agħti widen għal kliemi.+ Mejjel widintek għal dak li ngħidlek.+ 21  Jalla ma jitlaqx minn quddiem għajnejk.+ Żommu fil-​fond taʼ qalbek.+ 22  Għaliex huwa ħajja għal dawk li jsibuh+ u saħħa għal ġisimhom kollu.+ 23  Iktar minn kull ħaġa oħra li għandek tħares, ħares lil qalbek,+ għax minn ġo fiha ġejjin is-​sorsi tal-​ħajja.+ 24  Warrab minnek it-​tagħwiġ tal-​kliem;+ u l-​qerq tax-​xofftejn biegħed minnek.+ 25  Inkwantu għal għajnejk, dawn għandhom iħarsu dritt ’il quddiem,+ iva, b’għajnejk ileqqu għandek tħares fiss quddiemek.+ 26  Witti t-​triq għal saqajk,+ u jalla triqatek kollha jkunu stabbiliti fis-​sod.+ 27  Tilwix lejn il-​lemin u lanqas lejn ix-​xellug.+ Warrab sieqek mill-​ħażen.+

Noti taʼ taħt