Proverbji 31:1-31

31  Kliem is-​Sultan Lemwel, il-​messaġġ qawwi+ li tatu ommu biex tikkoreġih:+  X’qed ngħidlek, O ibni; u x’qed ngħidlek, O bin ġufi;+ u x’qed ngħidlek, O bin il-​wegħdi tiegħi?+  Tagħtix l-​enerġija kollha tiegħek lin-​nisa,+ lanqas triqatek għal dak li jwassal biex jinqerdu s-​slaten.+  M’huwiex xieraq għas-​slaten, O Lemwel, m’huwiex xieraq għas-​slaten li jixorbu l-​inbid jew għall-​uffiċjali għoljin li jgħidu: “Fejn hu x-​xorb li jsakkar?”+  li ma jmurx wieħed jixrob u jinsa dak li jkun ġie ordnat b’digriet u jfixkel il-​kawża taʼ wlied is-​sofferenza.+  Agħtu x-​xorb li jsakkar lil min wasal biex imut+ u l-​inbid lil dawk li ruħhom kollha mrar.+  Wieħed ħa jixrob u jinsa l-​faqar tiegħu, u ħa ma jiftakarx iktar fl-​inkwiet tiegħu.  Iftaħ fommok u tkellem għal min ma jistax,+ sabiex tiddefendi l-​kawża taʼ dawk kollha li waslu biex imutu.+  Iftaħ fommok, iġġudika bil-​ġustizzja u ddefendi l-​kawża taʼ dak li qed isofri u tal-​fqir.+ א [Alef] 10  Mara kapaċi min jistaʼ jsibha?+ Hi tiswa ferm iżjed mill-​qroll. ב [Bet] 11  Qalb sidha tafda fiha, u l-​ebda ġid ma jonqsu.+ ג [Gimel] 12  Hi ppremjatu bit-​tajjeb, u mhux bil-​ħażin, il-​jiem kollha taʼ ħajjitha.+ ד [Dalet] 13  Fittxet is-​suf u l-​għażel, u taħdem b’idejn ħerqanin.+ ה [Ħe] 14  Uriet li hi bħall-​iġfna taʼ merkant.+ Iġġib l-​ikel tagħha mill-​bogħod. ו [Waw] 15  Tqum ukoll meta jkun għadu bil-​lejl,+ u tagħti l-​ikel lin-​nies taʼ darha, u lix-​xbejbiet tagħha tagħtihom sehemhom.+ ז [Żajin] 16  Ħasbet sew fuq għalqa u mbagħad kisbitha;+ minn frott idejha ħawlet għalqa bid-​dwieli.+ ח [Ħet] 17  Ħażżmet ġenbejha bil-​qawwa, u dirgħajha ssaħħaħhom.+ ט [Tet] 18  Fehmet li n-​negozju tagħha hu tajjeb; il-​musbieħ tagħha ma jintefiex bil-​lejl.+ י [Jod] 19  Meddet idejha għall-​magħżel, u idejha jaqbdu wkoll id-​dussies.*+ כ [Kaf] 20  Fetħet idha maʼ min qed isofri, u meddet idejha lejn il-​fqir.+ ל [Lamed] 21  Ma tinkwetax għan-​nies taʼ darha minħabba l-​borra, għax in-​nies taʼ darha lkoll lebsin żewġ ilbiesi li jsaħħnuhom.+ מ [Mem] 22  Għamlet għata għas-​sodda tagħha.+ Ilbiesha hu taʼ l-​għażel u taʼ suf miżbugħ vjola ħamrani.+ נ [Nun] 23  Sidha+ magħruf f’bibien il-​belt,+ meta joqgħod bil-​qiegħda max-​xjuħ tal-​pajjiż. ס [Samek] 24  Għamlet ukoll ħwejjeġ li jintlibsu minn taħt+ u bigħethom, u tat ċinturini lin-​negozjanti. ע [Għajn] 25  B’saħħa u ġmiel kbir imlibbsa,+ u tidħaq dwar il-​jiem tal-​futur.+ פ [Pe] 26  Fetħet fommha bl-​għerf,+ u l-​liġi tal-​qalb tajba bl-​imħabba tinsab fuq ilsienha.+ צ [Sade] 27  Tieħu ħsieb dak li jiġri f’darha, u ħobż l-​għażż ma tiklux.+ ק [Kof] 28  Uliedha qamu u sejħulha hienja;+ sidha jqum u jfaħħarha.+ ר [Rex] 29  Hemm ħafna bniet+ li wrew kapaċità, imma int—int tisboqhom ilkoll.+ ש [Xin] 30  Il-ġmiel jistaʼ jkun falz,+ u s-​sbuħija tistaʼ tkun fiergħa;+ imma l-​mara li tibżaʼ minn Ġeħova hi dik li tirbaħ it-​tifħir.+ ת [Taw] 31  Agħtuha minn frott idejha,+ u ħa jfaħħruha xogħlijietha f’bibien il-​belt.+

Noti taʼ taħt

Il-magħżel u d-​dussies kienu għodod użati biex jintgħamlu l-​ħjut għall-​insiġ.