Proverbji 30:1-33

30  Il-kliem t’Agur bin Ġaki, messaġġ qawwi.+ Il-​kelma tar-​raġel b’saħħtu lil Itijel, lil Itijel u Ukal.  Għax jien bla raġuni iktar minn kulħadd,+ u m’għandix l-​abbiltà li nifhem bħall-​bnedmin l-​oħrajn;+  u l-​għerf ma tgħallimtux;+ u m’għandix l-​għarfien taʼ l-​Iktar Wieħed Qaddis.+  Min telaʼ s-​sema biex ikun jistaʼ jinżel?+ Min ġabar ir-​riħ+ fil-​pali taʼ idejh? Min geżwer l-​ilmijiet f’mantell?+ Min tellaʼ t-​truf kollha taʼ l-​art?+ X’jismu,+ u x’jismu ibnu, jekk taf?+  Kull ħaġa li jgħid Alla hi pura.+ Hu tarka għal dawk li jistkennu fih.+  Iżżid xejn maʼ kliemu,+ li ma jmurx iwiddbek, u li ma toħroġx taʼ giddieb.+  Żewġ affarijiet tlabtek.+ Iċċaħħadnix minnhom qabel immut.+  Biegħed minni l-​qerq u l-​gideb.+ Tagħtinix faqar u lanqas rikkezzi.+ Ħallini niekol l-​ikel li neħtieġ,+  sabiex ma nixbax u nispiċċa niċħdek+ u ngħid: “Min hu Ġeħova?”+ u sabiex ma niftaqarx u nispiċċa nisraq u nżeblaħ isem Alla tiegħi.+ 10  Timmalafamax qaddej maʼ sidu,+ li ma jmurx jisħtek, u li ma jkollokx tinstab ħati.+ 11  Hemm ġenerazzjoni li tisħet lil missierha, u lil ommha ma tberikhiex.+ 12  Hemm ġenerazzjoni li f’għajnejha hi pura+ imma minn ħmieġha stess ma nħaslitx.+ 13  Hemm ġenerazzjoni li għajnejha tgħidx kemm tkabbru, u l-​għajnejn ileqqu tagħha ntrefgħu.+ 14  Hemm ġenerazzjoni li snienha huma sjuf u l-​għadam tax-​xedaq tagħha skieken tal-​biċċiera,+ biex tiblaʼ mill-​art lil dawk li qed isofru u lill-​foqra minn fost il-​bnedmin.+ 15  Is-sangisugi għandhom żewġt ibniet li jgħajtu: “Agħtini! Agħtini!” Hemm tliet affarijiet li ma jixbgħu qatt, erbgħa li ma qalux: “Biżżejjed!” 16  Il-Qabar,*+ ġuf li ma jistax ikollu tfal,+ art li m’hijiex imxebbgħa bl-​ilma,+ u nar+ li ma qalx: “Biżżejjed!”+ 17  L-għajn li tiddieħaq bil-​missier u tistmerr l-​ubbidjenza lejn l-​omm+ se titnaqqar miċ-​ċawluni tal-​wied u se tittiekel mill-​frieħ taʼ l-​ajkla. 18  Hemm tliet affarijiet li jgħaġġbuni wisq, u erbgħa li ma nifhimhomx: 19  triq l-​ajkla fis-​smewwiet, triq is-​serp fuq blata, triq il-​ġifen f’nofs taʼ baħar,+ u triq ir-​raġel b’saħħtu maʼ xebba.+ 20  Din hi triq il-​mara adultera: kielet, mesħet ħalqha, u qalet: “M’għamilt xejn ħażin.”+ 21  L-art titriegħed taħt tliet affarijiet, u taħt erbgħa ma tkunx tistaʼ tiflaħ: 22  taħt ilsir meta jsaltan,+ u xi ħadd stupidu meta jkun xebgħan mill-​ikel;+ 23  taħt mara mibgħuda meta xi ħadd jiħodha b’martu,+ u qaddejja li tieħu post sidtha.+ 24  Erbgħa huma l-​iżgħar affarijiet fuq l-​art, imma li huma għorrief bl-​istint:+ 25  in-nemel m’huwiex poplu b’saħħtu,+ iżda fis-​sajf iħejji l-​ikel tiegħu;+ 26  il-fniek tax-​xagħri+ m’humiex poplu setgħan, iżda jagħmlu darhom fl-​irdumijiet;+ 27  il-ġurati+ m’għandhomx sultan, iżda joħorġu lkoll imqassmin fi gruppi;+ 28  il-wiżgħa+ tqabbad idejha u tidħol fil-​palazz grandjuż taʼ sultan. 29  Hemm tlieta li għandhom mixja sabiħa, u erbgħa li jimxu b’mod maestuż: 30  l-iljun, l-​iktar setgħan fost il-​bhejjem u li ma jerġaʼ lura minn quddiem ħadd;+ 31  il-kelb tal-​fenek, il-​bodbod, u s-​sultan miexi quddiem l-​armata tiegħu.+ 32  Jekk aġixxejt bla sens billi ntrefajt,+ u jekk waħħalt f’rasek li tagħmel hekk, agħmel idek fuq ħalqek.+ 33  Għax meta tħabbat il-​ħalib joħroġ il-​butir, meta tagħsar imnieħrek joħroġ id-​demm, u meta tagħsar ir-​rabja joħroġ it-​tilwim.+

Noti taʼ taħt

Bl-Ebrajk, “Xeol.”