Proverbji 3:1-35

3  Ibni, tinsiex il-​liġi tiegħi,+ u jalla qalbek tħares il-​kmandamenti tiegħi,+  għax għomor twil u snin taʼ ħajja+ u taʼ paċi jżidulek.+  Jalla l-​qalb tajba bl-​imħabba u l-​verità ma jitilqukx.+ Orbothom m’għonqok.+ Onqoxhom fuq it-​tavla taʼ qalbek,+  u b’hekk tingħoġob u tidher li għandek dehen kbir f’għajnejn Alla u l-​bniedem.+  Afda f’Ġeħova b’qalbek+ kollha u tistrieħx fuq fehmtek stess.+  Agħti kasu fil-​mogħdijiet tiegħek kollha,+ u hu jiddrittalek triqatek.+  Issirx għaref f’għajnejk stess.+ Ibżaʼ minn Ġeħova u warrab mill-​ħażen.+  Ħa jkun dan fejqan+ għal żokortok u saħħa għal għadmek.+  Onora lil Ġeħova bl-​affarijiet prezzjużi+ tiegħek u bl-​ewwel frott tal-​prodotti tiegħek kollha.+ 10  Imbagħad l-​imħażen tiegħek jimtlew bl-​abbundanza;+ u bl-​inbid ġdid ifuru l-​imgħasar tiegħek.+ 11  O ibni, id-​dixxiplina taʼ Ġeħova tirrifjutahiex;+ u tistmerrx it-​twiddib tiegħu,+ 12  għax Ġeħova jwiddeb lil min iħobb,+ bħalma jagħmel missier lil ibnu li bih jitgħaxxaq.+ 13  Hieni l-​bniedem li sab l-​għerf,+ u l-​bniedem li jikseb id-​dixxerniment,+ 14  għax jekk ikollok l-​għerf bħala qligħ ikun aħjar mill-​fidda, u li jkollok lilu bħala dħul aħjar mid-​deheb.+ 15  Huwa iktar prezzjuż mill-​qroll,+ u l-​affarijiet l-​oħrajn kollha li titgħaxxaq bihom ma jiswewx daqsu. 16  Għomor twil jinsab f’idu l-​leminija;+ għana u glorja fix-​xellugija.+ 17  Triqatu huma triqat pjaċevoli, u mogħdijietu kollha huma paċi.+ 18  Huwa siġra tal-​ħajja+ għal dawk li jaqbdu miegħu, u dawk li jibqgħu jżommuh sod+ jissejħu henjin.+ 19  Ġeħova sejjes l-​art bl-​għerf.+ Stabbilixxa fis-​sod is-​smewwiet bid-​dixxerniment.+ 20  Bl-għarfien tiegħu l-​ilmijiet fondi nferqu,+ u s-​smewwiet bis-​sħab ikomplu jqattru xita ħafifa.+ 21  Ibni, jalla ma jitilqux minn quddiem għajnejk.+ Ħares l-​għaqal* u l-​abbiltà li taħseb,+ 22  u jkunu ħajja għalik+ u ġmiel għal għonqok.+ 23  Imbagħad timxi fi triqtek fis-​sigurtà,+ u anki sieqek ma taħbat maʼ xejn.+ 24  Kulmeta timtedd ma tħossokx imkexkex;+ u timtedd u l-​irqad tiegħek ikun pjaċevoli.+ 25  Ma jkollokx għalfejn titwerwer li f’daqqa waħda se tiġri xi ħaġa tal-​biżaʼ,+ lanqas mill-​maltempata fuq in-​nies mill-​agħar, għax din ġejja.+ 26  Għax fil-​fatt Ġeħova jkun il-​fiduċja tiegħek,+ u żgur li ma jħallix sieqek tinqabad.+ 27  Iżżommx lura milli tagħmel il-​ġid lil min hu dovut,+ meta f’idejk ikollok il-​qawwa li tagħmlu.+ 28  Tgħidx lill-​proxxmu tiegħek: “Mur, u erġaʼ ejja u għada nagħtik,” meta jkollok x’tagħtih.+ 29  Tfassal xejn ħażin+ kontra l-​proxxmu tiegħek, meta dan ikun qed jgħammar miegħek b’sens taʼ sigurtà.+ 30  Tiġġilidx maʼ xi ħadd għalxejn b’xejn,+ jekk ma jkun għamillek l-​ebda deni.+ 31  Tgħirx għall-​bniedem vjolenti,+ u triqatu tagħżilhomx.+ 32  Għax il-​qarrieq+ huwa mistkerrah minn Ġeħova,+ imma Hu għandu relazzjoni intima mar-​retti.+ 33  Fuq dar il-​bniedem mill-​agħar hemm is-​saħta taʼ Ġeħova,+ imma Hu jbierek il-​post fejn jgħammru n-​nies sewwa.+ 34  Dawk li jwaqqgħu kollox għaċ-​ċajt,+ hu nnifsu jiddieħaq bihom;+ imma lill-​ġwejdin japprovahom.+ 35  Unur ikollhom l-​għorrief,+ imma l-​istupidi jigglorifikaw id-​diżunur.+

Noti taʼ taħt

Jew, “l-​għerf prattiku.”