Proverbji 29:1-27

29  Bniedem li jitwiddeb kemm-il darba+ imma jibqaʼ jwebbes rasu,*+ f’daqqa waħda jitkisser u ma jkunx hemm fejqan+ għalih.  Meta l-​ġusti joktru, in-​nies jifirħu;+ imma meta jaħkem xi ħadd mill-​agħar, in-​nies jitniehdu.+  Min iħobb l-​għerf iferraħ lil missieru,+ imma min qed jissieħeb mal-​prostituti jeqred affarijiet taʼ valur.+  Permezz tal-​ġustizzja sultan iżomm il-​pajjiż wieqaf,+ imma wieħed li jaċċetta t-​tixħim iġarrfu.+  Ir-raġel b’saħħtu li qed imelles lil sieħbu bi kliemu+ jkun qed jifrixlu xibka għal saqajh.+  Billi jikser il-​liġi, il-​ħażin jinqabad f’nassa;+ imma l-​ġust jgħajjat bil-​ferħ u jithenna.+  Il-ġust jagħraf id-​dritt legali tal-​batut.+ Min hu mill-​agħar ma jagħtix kas dan l-​għarfien.+  In-nies li jiftaħru jġiegħlu lil belt tixgħel bir-​rabja,+ imma l-​għorrief ireġġgħu lura r-​rabja.+  L-għaref jidħol f’kawża legali maʼ wieħed iblah—dan jagħmel l-​istorbju u jidħaq, u ma jkunx hemm kwiet.+ 10  Nies għatxana għad-​demm jobogħdu lil kulmin hu bla ħtija;+ filwaqt li r-​retti jieħdu ħsieb ruħ xulxin.+ 11  L-istupidu jisfoga r-​rabja għalkollox, imma l-​għaref iżomm kalm sa l-​aħħar.+ 12  Meta ħakkiem jagħti kas il-​kliem falz, dawk kollha li jaqduh ikunu mill-​agħar.+ 13  Dak taʼ ftit mezzi u l-​bniedem li jaħqar iltaqgħu;+ imma Ġeħova lit-​tnejn idawlilhom għajnejhom.+ 14  Meta s-​sultan jiġġudika bil-​verità lill-​batut,+ it-​tron tiegħu jkun stabbilit fis-​sod għal dejjem.+ 15  Il-ħatar u t-​twiddib jagħtu l-​għerf;+ imma tifel mitluq għal riħu jkun taʼ mistħija għal ommu.+ 16  Meta joktru n-​nies mill-​agħar, joktor il-​ksur tal-​liġi; imma l-​ġusti għad jaraw il-​waqgħa tagħhom.+ 17  Ikkastiga lil ibnek u jġiblek serħan, u ruħek titgħaxxaq ħafna bih.+ 18  Fejn m’hemm ebda gwida divina n-​nies isiru bla rażan,+ imma henjin dawk li qed iżommu l-​liġi.+ 19  Qaddej ma jħallix lil min jikkoreġih bil-​kliem biss,+ għax hu jifhem imma ma jagħtix kas.+ 20  Rajt bniedem li jitkellem bla ma jaħsibha?+ Hemm iktar tama għal xi ħadd stupidu milli għalih.+ 21  Jekk xi ħadd ifissed qaddej minn mindu jkun għadu żgħir, iktar tard fil-​ħajja dan se jsir ingrat. 22  Min jirrabja malajr jaqlaʼ l-​ġlied,+ u kulmin għandu t-​tendenza li jinkorla jiżbalja ħafna.+ 23  Is-suppervja tal-​bniedem tumiljah,+ imma min għandu spirtu umli jikseb il-​glorja.+ 24  Min jissieħeb maʼ ħalliel jobgħod lilu nnifsu.+ Jismaʼ ħalfa li tinvolvi saħta, imma ma jgħid xejn.+ 25  It-tregħid mill-​bniedem huwa nassa,+ imma min jafda f’Ġeħova jkun protett.+ 26  Ħafna jfittxu li jaraw* lil ħakkiem,+ imma hu Ġeħova li jiġġudika lill-​bniedem.+ 27  Il-bniedem inġust hu xi ħaġa mistkerrha għall-​ġusti,+ u min jimxi b’mod rett hu xi ħaġa mistkerrha għall-​bniedem mill-​agħar.+

Noti taʼ taħt

Letteralment, “għonqu.”
Letteralment, “ifittxu l-​wiċċ.”