Proverbji 28:1-28

28  In-nies mill-​agħar jaħarbu meta ma jkun hemm ħadd jiġri warajhom,+ imma l-​ġusti huma fiduċjużi bħal iljun b’saħħtu.+  Minħabba l-​ksur tal-​liġi, pajjiż ikollu ħafna prinċpijiet li jaħkmu wieħed wara l-​ieħor,+ imma permezz taʼ bniedem li għandu d-​dixxerniment u jaf x’inhu sewwa, il-​prinċep idum għal żmien twil.+  Ir-raġel taʼ ftit mezzi li qed jimbrolja+ lill-​batuti hu bħal xita li tkaxkar kollox u ma tħallix ikel.  Dawk li jitilqu l-​liġi jfaħħru lill-​bniedem mill-​agħar,+ imma dawk li jħarsu l-​liġi jagħdbu ferm għalihom.+  Il-bnedmin mogħtijin għall-​ħażen ma jistgħux jifhmu l-​ġustizzja, imma dawk li qed ifittxu lil Ġeħova jistgħu jifhmu kollox.+  Aħjar wieħed taʼ ftit mezzi li qed jimxi bl-​integrità tiegħu minn xi ħadd għani imma li għandu triqatu mgħawġin.+  Iben li għandu l-​abbiltà li jifhem qed josserva l-​liġi,+ imma min jissieħeb maʼ dawk li għandhom kilba għall-​ikel jumilja lil missieru.+  Min qed ikattar ġidu bl-​imgħax+ u b’self bi qligħ, qed jiġmagħhom għal min iħenn għall-​batut.+  Min idawwar widintu biex ma jismax il-​liġi+—anki t-​talba tiegħu hi xi ħaġa mistkerrha.+ 10  Dak li qed iġiegħel lir-​retti jiżvijaw+ għal ġot-​triq il-​ħażina se jaqaʼ fil-​ħofra tiegħu stess,+ imma dawk bla nuqqas se jsibu t-​tajjeb.+ 11  L-għani hu għaref f’għajnejh stess,+ imma l-​batut li għandu d-​dixxerniment jagħraf x’inhu tassew.+ 12  Hija xi ħaġa sabiħa meta l-​ġusti jkunu qed jifirħu;+ imma meta jitilgħu n-​nies mill-​agħar, wieħed ma jħallix lilu nnifsu jintgħaraf.+ 13  Min jgħatti n-​nuqqasijiet tiegħu m’huwiex se jirnexxi,+ imma min jistqarrhom u jitlaqhom jintwera ħniena.+ 14  Hieni l-​bniedem li jibżaʼ l-​ħin kollu,+ imma min iwebbes qalbu jiġi fil-​gwaj.+ 15  Bħal iljun li jgerger irrabjat u ors li jattakka, hekk hu ħakkiem mill-​agħar fuq poplu batut.+ 16  Jekk ikun nieqes mid-​dixxerniment veru, mexxej jagħmel ukoll ħafna frodi;+ imma dak li qed jobgħod il-​qligħ inġust+ se jtawwal għomru. 17  Bniedem mgħobbi bil-​ħtija tad-​demm taʼ xi ħadd* jibqaʼ jaħrab sa ma jasal fil-​ħofra.+ Ħa ma jżommu ħadd. 18  Min jimxi bla nuqqas se jiġi salvat,+ imma min triqatu mgħawġin se jaqaʼ mill-​ewwel.+ 19  Min qed jaħdem l-​art tiegħu se jimtela bil-​ħobż,+ u min qed ifittex affarijiet bla siwi se jimtela bil-​faqar.+ 20  Bniedem li jaġixxi bil-​fedeltà se jikseb ħafna barkiet,+ imma dak li qed iħaffef biex jikseb ir-​rikkezzi mhux se jibqaʼ innoċenti.+ 21  Mhux tajjeb li tintwera parzjalità,+ lanqas li raġel b’saħħtu jikser il-​liġi fuq biċċa ħobż. 22  Bniedem b’għajn għajjura qed iħabrek biex jikseb affarijiet taʼ valur,+ imma ma jafx li għad jiġi fuqu l-​għaks. 23  Min iwiddeb lil xi ħadd,+ iktar tard se jkun rispettat iżjed minn dak li jmelles bi lsienu. 24  Min qed jisraq lil missieru u lil ommu+ u jgħid: “M’iniex nikser il-​liġi,”+ hu sieħeb dak li qed iġib rovina. 25  Min hu arroganti jaqlaʼ l-​ġlied,+ imma min jistrieħ fuq Ġeħova jitqawwa.+ 26  Min jafda lil qalbu stess hu stupidu,+ imma dak li jimxi bl-​għerf jeħlisha.+ 27  Min qed jagħti lil dak taʼ ftit mezzi ma jaqax fl-​għaks,+ imma min qed jgħatti għajnejh ikollu ħafna saħtiet.+ 28  Meta jitilgħu n-​nies mill-​agħar, wieħed jinħeba;+ imma meta jgħibu, il-​ġusti joktru.+

Noti taʼ taħt

Letteralment, “ruħ.”