Proverbji 26:1-28

26  Bħall-borra fis-​sajf u bħax-​xita fi żmien il-​ħsad,+ hekk il-​glorja m’hijiex xierqa għal wieħed stupidu.+  Bħalma għasfur ikollu għalxiex jaħrab u ħuttafa għalxiex ittir, hekk ukoll is-​saħta ma tiġix għalxejn.+  Il-frosta hi għaż-​żiemel,+ l-​ilġiem+ għall-​ħmar, u l-​ħatar għal dahar l-​istupidi.+  Twiġibx lil xi ħadd stupidu skond bluhitu, li ma tmurx int stess issir bħalu.+  Wieġeb lil xi ħadd stupidu skond bluhitu, li ma jmurx isir għaref f’għajnejh stess.+  Bħal wieħed li qed jaqtaʼ saqajh barra, bħal wieħed li qed jixrob il-​vjolenza, hekk hu dak li qed iħalli l-​affarijiet f’idejn xi ħadd stupidu.+  Riġlejn iz-​zopp tellgħu l-​ilma? Mela hemm proverbju f’fomm l-​istupidi.+  Bħal wieħed li qed jordom ġebla f’borġ ġebel, hekk hu dak li jagħti glorja lill-​istupidu.+  Bħal xewka li telgħet f’id sakranazz, hekk hu proverbju f’fomm l-​istupidi.+ 10  Bħal arċier li jniffed kollox, hekk hu dak li jħaddem lil xi ħadd stupidu+ jew dak li jħaddem lil min ikun għaddej. 11  Bħal kelb li jerġaʼ lura għall-​vomtu tiegħu, hekk l-​istupidu qed jirripeti bluhitu.+ 12  Rajt bniedem li f’għajnejh stess hu għaref?+ Hemm iktar tama għall-​istupidu+ milli għalih. 13  L-għażżien qal: “Hemm iljun b’saħħtu fit-​triq, iljun idur fil-​pjazez.”+ 14  Bieb jibqaʼ jdur fuq il-​pern tiegħu, u l-​għażżien fuq soddtu.+ 15  L-għażżien ħeba idu fl-​iskutella taʼ l-​ikel; għeja wisq biex ireġġagħha lura lejn ħalqu.+ 16  F’għajnejh, l-​għażżien hu iktar għaref+ minn sebgħa li jagħtu risposta bis-​sens. 17  Bħal wieħed li jaqbad kelb minn widnejh, hekk hu min ikun għaddej u jirrabja minħabba tilwima li m’hijiex tiegħu.+ 18  Bħal xi ħadd miġnun li jispara vleġeġ tan-​nar+ u vleġeġ li jġibu l-​mewt, 19  hekk hu l-​bniedem li daħaq b’għajru u qal: “Mhux niċċajta kont?”+ 20  Fejn m’hemmx ħatab in-​nar jintefa, u fejn m’hemmx min jimmalafama l-​ġlied jieqaf.+ 21  Bħall-faħam għall-​ġamar u l-​ħatab għan-​nar, hekk hu raġel ġellied+ biex ikebbes tilwima. 22  Kliem il-​kalunnjatur hu bħal affarijiet li jinbelgħu b’regħba u li jinżlu fl-​iktar parti ġewwinija taż-​żaqq.+ 23  Bħal kisja tal-​fidda fuq biċċa fuħħar, hekk huma x-​xofftejn kollhom ħeġġa flimkien maʼ qalb ħażina.+ 24  B’xofftejh dak li jobgħod ma jħallix lil min jagħrfu, imma jaħbi l-​qerq fih innifsu.+ 25  Għalkemm jagħmel leħnu grazzjuż,+ temminx fih,+ għax f’qalbu hemm sebaʼ affarijiet mistkerrhin.+ 26  Il-mibegħda titgħatta bil-​qerq. Ħżunitu se tinkixef fil-​kongregazzjoni.+ 27  Min qed iħaffer ħofra se jaqaʼ ġo fiha;+ u min qed igerbeb ġebla, din se terġaʼ lura għal fuqu.+ 28  Ilsien giddieb jobgħod lil min jiġi mkisser minnu,+ u fomm melliesi jġib rovina.+

Noti taʼ taħt