Proverbji 25:1-28

25  Dawn ukoll huma l-​proverbji taʼ Salamun+ li ġew ikkopjati min-​nies taʼ Ħeżekija, is-​sultan taʼ Ġuda:+  Il-glorja t’Alla hi li kwistjoni jżommha sigrieta,+ u l-​glorja tas-​slaten hi li jgħarblu l-​kwistjoni.+  Is-smewwiet għall-​għoli+ u l-​art għall-​fond,+ kif ukoll qalb is-​slaten, ma tistax tifhimhom għalkollox.+  Ħa jitneħħa l-​ħmieġ mill-​fidda, u toħroġ irfinuta kollha kemm hi.+  Ħa jitneħħa l-​bniedem mill-​agħar minn quddiem is-​sultan,+ u t-​tron tiegħu jiġi stabbilit fis-​sod permezz tas-​sewwa.+  Tonorax lilek innifsek quddiem is-​sultan,+ u toqgħodx fejn joqogħdu l-​kbarat.+  Għax aħjar jgħidlek hu: “Itlaʼ hawnhekk,”+ milli jbaxxik f’għajnejn xi nobbli li tkun taf.+  Tgħaġġilx biex tagħmel kawża legali, għax imbagħad x’se tagħmel, meta fl-​aħħar jumiljak għajrek?+  Iddefendi l-​kawża tiegħek m’għajrek,+ u tikxifx id-​diskors kunfidenzjali taʼ ħaddieħor;+ 10  li ma jmurx min ikun qed jismaʼ jġiegħlek tistħi u r-​rapport ħażin tiegħek ma jkunx jistaʼ jitħassar. 11  Kelma li tingħad f’waqtha hi bħal tuffieħ tad-​deheb f’tinqix tal-​fidda.+ 12  Min iwiddeb bl-​għerf hu bħal misluta tad-​deheb, u bħal ornament taʼ deheb fin, għall-​widna li tismaʼ.+ 13  Bħall-frisk tal-​borra+ f’jum il-​ħsad hu l-​mibgħut leali għal dawk li jibagħtuh, għax hu jsaħħaħ mill-​ġdid ruħ is-​sidien tiegħu.+ 14  Bħal sħab u riħ mingħajr xita hu l-​bniedem li jiftaħar b’rigal li ma tax.+ 15  Il-paċenzja tipperswadi kmandant, u lsien ġwejjed jistaʼ jkisser għadma.+ 16  Sibt l-​għasel?+ Kul kemm għandek bżonn, sabiex ma tiħux iżżejjed u jkollok taqilgħu.+ 17  Tmiddx saqajk f’dar għajrek taʼ sikwit, li ma tmurx ixxebbgħu u jsir jobogħdok. 18  Min jixhed kontra għajru fil-​falz qisu mazza tal-​gwerra u sejf u vleġġa misnuna.+ 19  Bħal sinna mkissra u sieq imfekka hija l-​fiduċja taʼ traditur fi żmien l-​hemm.+ 20  Min ineħħi l-​libsa f’jum kiesaħ hu bħal ħall fuq l-​alkali* u bħal għannej li jgħanni lil qalb imnikkta.+ 21  Jekk min jobogħdok hu bil-​ġuħ, agħtih jiekol il-​ħobż; u jekk hu bil-​għatx, agħtih jixrob l-​ilma.+ 22  Għax tkun qed tiġmaʼ l-​ġamar fuq rasu,+ u Ġeħova jippremjak.+ 23  Ir-riħ mit-​tramuntana jġib xita bil-​qliel bħal bl-​uġigħ tal-​ħlas;+ u l-​ilsien li jikxef sigriet iġib kundanna.+ 24  Aħjar tgħammar f’rokna fuq bejt milli fl-​istess dar maʼ mara ġellieda.+ 25  Bħal ilma kiesaħ għal ruħ għajjiena,+ hekk hu rapport tajjeb minn art imbiegħda.+ 26  Għajn imniġġsa u bir rovinat hu l-​ġust li jogħtor quddiem il-​bniedem mill-​agħar.+ 27  Mhux tajjeb li tiekol ħafna għasel;+ u meta n-​nies ifittxu l-​glorja tagħhom stess, xi glorja tkun din?+ 28  Bħal belt minfuda, mingħajr sur, hu l-​bniedem li ma jrażżanx l-​ispirtu tiegħu.+

Noti taʼ taħt

Dan jirreferi għal karbonat tas-​soda.