Proverbji 22:1-29

22  Aħjar jintgħażel isem tajjeb minflok ħafna rikkezzi;+ l-​approvazzjoni hi saħansitra aħjar mill-​fidda u d-​deheb.+  L-għani u dak taʼ ftit mezzi ltaqgħu.+ Ilkoll Ġeħova għamilhom.+  Min hu prudenti jara l-​gwaj u jinħeba,+ imma dawk taʼ bla esperjenza jibqgħu sejrin u jkollhom iħallsu l-​piena.+  Ir-riżultat taʼ l-​umiltà u l-​biżaʼ taʼ Ġeħova hu rikkezzi u glorja u ħajja.+  Xewk u nases hemm fit-​triq tal-​qarrieq;+ min joqgħod għassa jżomm ’il bogħod minnhom.+  Ħarreġ tifel skond it-​triq xierqa għalih;+ lanqas meta jixjieħ ma jwarrab minnha.+  L-għani jaħkem fuq dawk taʼ ftit mezzi,+ u min jissellef hu l-​qaddej taʼ min isellfu.+  Min qed jiżraʼ l-​inġustizzja se jaħsad il-​ħsara,+ u l-​ħatar tal-​qilla tiegħu se jiġi fix-​xejn.+  Dak li għandu għajnu ħanina se jitbierek għax ta mill-​ikel tiegħu lill-​batut.+ 10  Keċċi lil min iwaqqaʼ kollox għaċ-​ċajt, sabiex jitlaq il-​ġlied u jispiċċaw il-​kawżi legali u d-​diżunur.+ 11  Min iħobb il-​purità tal-​qalb+ u huwa ħelu f’xofftejh, is-​sultan se jkun sieħbu.+ 12  Għajnejn Ġeħova jipproteġu l-​għarfien,+ imma hu jwaqqaʼ kliem it-​traditur.+ 13  L-għażżien qal:+ “Hemm iljun barra!+ Se joqtolni f’nofs il-​pjazez!” 14  Fomm il-​mara stranġiera huwa ħofra fonda.+ Min hu kundannat minn Ġeħova jaqaʼ fiha.+ 15  Il-bluha hi marbuta maʼ qalb taʼ tifel;+ il-​ħatar tad-​dixxiplina hu dak li se jbegħedha minnu.+ 16  Min qed jimbrolja lill-​batut sabiex jipprovdi ħafna affarijiet għalih innifsu,+ kif ukoll min qed jagħti lill-​għani, żgur jaqaʼ fl-​għaks.+ 17  Mejjel widintek u ismaʼ kliem l-​għorrief,+ sabiex taċċetta l-​għarfien tiegħi b’qalbek kollha.+ 18  Għax sabiħ jekk iżżommhom ġo fik,+ sabiex flimkien ikunu għal-​lest fuq xofftejk.+ 19  Biex il-​fiduċja tiegħek tkun f’Ġeħova,+ illum tajtek l-​għarfien, iva, lilek. 20  Mhux diġà ktibtlek jien sabiex nagħtik pariri u għarfien,+ 21  biex nurik kemm hu minnu dan il-​kliem veru, ħalli tkun tistaʼ tieħu lura kliem taʼ verità lil dak li qed jibagħtek?+ 22  Tisraqx lill-​batut għax hu batut,+ u lil min qed isofri tgħakksux f’bieb il-​belt.+ 23  Għax Ġeħova nnifsu jiddefendi l-​kawża tagħhom,+ u jisraq ruħ dawk li qed jisirquhom.+ 24  Tissiħibx maʼ min jirrabja malajr;+ u tagħmilhiex maʼ bniedem li jisbel, 25  sabiex ma ssirx midħla taʼ mogħdijietu għax żgur ikun nassa għal ruħek.+ 26  Tkunx fost dawk li jħabbtu idejhom flimkien biex jagħmlu ftehim,+ fost dawk li jagħmlu tajjeb għas-​self.+ 27  Jekk ma jkollokx biex tħallas, għala għandu jiħodlok soddtok minn taħtek? 28  Tressaqx lura t-​trufijiet tal-​proprjetà li missirijietek stabbilew żmien twil ilu.+ 29  Rajt lil xi ħadd tas-​sengħa f’xogħlu? Quddiem is-​slaten se joqgħod;+ ma joqgħodx quddiem nies komuni.

Noti taʼ taħt