Proverbji 21:1-31

21  Il-qalb taʼ sultan hi bħal nixxigħat taʼ ilma f’id Ġeħova.+ Idawwarha kulfejn jogħġbu.+  It-triqat kollha taʼ bniedem huma retti f’għajnejh,+ imma Ġeħova qed jiżen il-​qlub.+  Ġeħova jippreferi li jsiru s-​sewwa u l-​ġustizzja milli s-​sagrifiċċji.+  Għajnejn suppervi u qalb arroganti,+ il-​musbieħ tal-​bnedmin mill-​agħar, huma dnub.+  Il-pjanijiet tal-​ħabrieki żgur li jkunu taʼ vantaġġ għalih,+ imma kulmin jgħaġġel żgur li jiġi fil-​bżonn.+  It-teżori miksubin bi lsien falz huma bħal fwar li jgħib,+ fil-​każ taʼ dawk li qed ifittxu l-​mewt.+  It-tħarbit tal-​bnedmin mill-​agħar se jkaxkarhom miegħu,+ għax huma ma ridux jagħmlu ġustizzja.+  It-triq taʼ wieħed li żvija hija mgħawġa,+ imma l-​għemejjel tal-​bniedem pur huma retti.+  Aħjar tgħammar f’rokna fuq bejt+ milli fl-​istess dar maʼ mara ġellieda.+ 10  Ruħ il-​bniedem mill-​agħar ixxenqet għall-​ħażen;+ għajru ma jintweriex ħniena minnu.+ 11  Meta min iwaqqaʼ kollox għaċ-​ċajt jeħel multa, dak taʼ bla esperjenza jsir għaref;+ u meta l-​għaref jingħata d-​dehen jikseb l-​għarfien.+ 12  Il-Ġust qed jikkunsidra d-​dar tal-​bniedem mill-​agħar+ u jġarraf lill-​ħżiena sabiex iġarrbu gwaj.+ 13  Kulmin isodd widintu għall-​ilmenti tal-​batut,+ hu wkoll se jsejjaħ u jibqaʼ bla tweġiba.+ 14  Rigal mogħti bil-​moħbi jrażżan ir-​rabja;+ u tixħim minn taħt*+ irażżan korla kbira. 15  Il-ġust jifraħ meta jagħmel il-​ġustizzja,+ imma hemm xi ħaġa terribbli għal min jipprattika l-​ħsara.+ 16  Il-bniedem li jiżvija mit-​triq tad-​dehen+ se jistrieħ fost dawk bla qawwa fil-​mewt.+ 17  Min iħobb id-​divertiment jaqaʼ fl-​għaks;+ min iħobb l-​inbid u ż-​żejt ma jiksibx rikkezzi.+ 18  Il-bniedem mill-​agħar hu fidwa għall-​ġust;+ u min jaġixxi bi tradiment jieħu post ir-​retti.+ 19  Aħjar tgħammar fix-​xagħri milli maʼ mara ġellieda u d-​dwejjaq li ġġib magħha.+ 20  Teżor sabiħ u żejt hemm f’dar l-​għaref,+ imma l-​istupidu jaħlihom.+ 21  Min qed jiġri wara s-​sewwa+ u l-​qalb tajba bl-​imħabba se jsib il-​ħajja, is-​sewwa u l-​glorja.+ 22  L-għaref telaʼ mas-​sur tal-​belt tas-​setgħanin, sabiex iġarraf is-​saħħa tal-​fiduċja tagħha.+ 23  Min qed iħares fommu u lsienu qed iħares ruħu mill-​inkwiet.+ 24  Prużuntuż u fanfarun minfuħ bih innifsu jissejjaħ min jaġixxi bil-​prużunzjoni fil-​qilla tiegħu.+ 25  Ix-xenqa taʼ l-​għażżien toqtlu, għax idejh ma ridux jaħdmu.+ 26  Il-jum kollu wera li jixxennaq bil-​ħerqa, imma l-​ġust jagħti u ma jżomm xejn lura.+ 27  Is-sagrifiċċju tal-​bnedmin mill-​agħar hu xi ħaġa mistkerrha.+ Kemm iktar meta wieħed joffrih b’kondotta laxka!+ 28  Xhud giddieb jgħib,+ imma l-​bniedem li qed jismaʼ se jibqaʼ jitkellem għal dejjem.+ 29  Il-bniedem mill-​agħar wera wiċċ tost,+ imma r-​rett se jistabbilixxi triqatu fis-​sod.+ 30  M’hemm ebda għerf, jew dixxerniment, jew parir meta dan imur kontra Ġeħova.+ 31  Iż-żiemel jitħejja għal jum il-​battalja,+ imma s-​salvazzjoni hi taʼ Ġeħova.+

Noti taʼ taħt

Jew, “f’ħobb dak li jkun.”