Proverbji 20:1-30

20  L-inbid iwaqqaʼ kollox għaċ-​ċajt,+ ix-​xorb li jsakkar hu storbjuż,+ u kulmin jiżvija minħabba fih m’huwiex għaref.+  Il-biżaʼ mqanqal minn sultan hu bħat-​tgergira taʼ ljun b’saħħtu.+ Kulmin iġib il-​qilla tiegħu fuqu qed jidneb kontra ruħu stess.+  Hija glorja għal bniedem li jitbiegħed mill-​argumenti,+ imma kulmin hu iblah jgħaġġel biex jidħol fihom.+  L-għażżien ma jaħratx minħabba x-​xitwa;+ imbagħad fi żmien il-​ħsad joqgħod jittallab, imma ma jkun hemm xejn għalih.+  Il-ħsieb f’qalb il-​bniedem hu bħal ilmijiet fondi,+ imma min għandu d-​dixxerniment se jtellgħu.+  Ħafna huma dawk li jxandru l-​qalb tajba tagħhom stess,+ imma wieħed li juri fedeltà min jistaʼ jsibu?+  Il-ġust qed jimxi bl-​integrità tiegħu.+ Henjin uliedu li jiġu warajh.+  Is-sultan jinsab bil-​qiegħda fuq it-​tron tal-​ġudizzju,+ itajjar il-​ħażen kollu b’għajnejh.+  Min jistaʼ jgħid: “Naddaft qalbi;+ issaffejt minn dnubi”?+ 10  Żewġ tipi t’użin u żewġ tipi taʼ kejl t’efa+—it-​tnejn huma xi ħaġa mistkerrha għal Ġeħova.+ 11  Saħansitra tifel jintgħaraf minn għemilu, jekk hux pur u rett f’dak li jagħmel.+ 12  Il-widna li tismaʼ u l-​għajn li tara—it-​tnejn Ġeħova għamilhom.+ 13  Tħobbx l-​irqad, sabiex ma tiftaqarx.+ Iftaħ għajnejk; ixbaʼ bil-​ħobż.+ 14  “Dan ħażin, ħażin!” jgħid ix-​xerrej, u jitlaq għal triqtu.+ Imbagħad jibda jiftaħar bih innifsu.+ 15  Jeżisti d-​deheb, u wkoll abbundanza taʼ qroll; imma xofftejn l-​għarfien huma reċipjenti prezzjużi.+ 16  F’każ li wieħed jiftiehem li jagħmel tajjeb għad-​dejn taʼ stranġier, ħudlu l-​libsa;+ u fejn tidħol mara barranija, ħudlu rahan.+ 17  Wieħed jieħu gost bil-​ħobż li jinkiseb bil-​qerq,+ imma mbagħad ħalqu jimtela biż-​żrar.+ 18  Bil-pariri l-​pjanijiet jiġu stabbiliti fis-​sod,+ u permezz tad-​direzzjoni għaqlija wettaq il-​gwerra tiegħek.+ 19  Min hu miexi bħal kalunnjatur qed jikxef id-​diskors kunfidenzjali;+ u m’għandekx tissieħeb maʼ min ilsienu jikkmandah.+ 20  Kulmin jisħet lil missieru u lil ommu+ jintfielu l-​musbieħ tiegħu meta jkun riesaq id-​dlam.+ 21  Il-wirt li fil-​bidu jinkiseb b’regħba,+ fil-​futur ma jġibx barkiet.+ 22  Tgħidx: “Inpatti l-​ħażin!”+ Ittama f’Ġeħova,+ u jsalvak.+ 23  Żewġ tipi t’użin huma xi ħaġa mistkerrha għal Ġeħova,+ u miżien qarrieq m’huwiex tajjeb.+ 24  Il-passi taʼ raġel b’saħħtu ġejjin minn Ġeħova.+ Mela kif jistaʼ jagħraf triqtu l-​bniedem ordinarju?+ 25  Hija nassa meta bniedem ikun għaġġel biex jgħajjat, “Qaddis!”+ u mbagħad il-​wegħdi li jkun għamel jeżaminahom wara.+ 26  Sultan għaref itajjar lin-​nies mill-​agħar,+ u jgħaddi minn fuqhom bir-​romblu.+ 27  In-nifs+ tal-​bniedem hu l-​musbieħ taʼ Ġeħova, li jifli kull parti ġewwinija taż-​żaqq.+ 28  Il-qalb tajba bl-​imħabba u l-​verità jħarsu lis-​sultan;+ u bil-​qalb tajba bl-​imħabba saħħaħ it-​tron tiegħu.+ 29  Is-sbuħija taʼ l-​irġiel żgħażagħ hija l-​qawwa tagħhom,+ u l-​ġmiel taʼ l-​irġiel xjuħ hu x-​xagħar griż.+ 30  Il-feriti li jbenġlu jnaddfu l-​ħażen;+ u d-​daqqiet jinfdu l-​iktar parti ġewwinija taż-​żaqq.+

Noti taʼ taħt