Proverbji 18:1-24

18  Min jinqataʼ għalih se jfittex ix-​xewqa egoistika tiegħu stess;+ kontra kull għaqal* jiħodha.+  Kulmin hu stupidu ma jitgħaxxaqx bid-​dixxerniment,+ ħlief meta qalbu tikxef lilha nfisha.+  Meta jidħol bniedem mill-​agħar, jidħol ukoll id-​disprezz;+ u mad-​diżunur+ hemm ukoll it-​tmaqdir.  Il-kliem taʼ fomm il-​bniedem hu bħal ilmijiet fondi.+ Il-​bir taʼ l-​għerf hu wied igelgel bis-​saħħa.+  Mhux tajjeb li tintwera parzjalità mal-​bniedem mill-​agħar,+ u lanqas li l-​ġust jitwarrab fil-​ġudizzju.+  Xofftejn l-​istupidu jidħlu fit-​tilwim,+ u fommu jistieden id-​daqqiet.+  Fomm l-​istupidu huwa r-​rovina tiegħu,+ u xofftejh huma nassa għal ruħu.+  Kliem il-​kalunnjatur hu bħal affarijiet li jinbelgħu b’regħba+ u li jinżlu fl-​iktar parti ġewwinija taż-​żaqq.+  Barra minn hekk, min jintreħa f’xogħlu+ huwa ħu dak li qed jikkaġuna rovina.+ 10  Isem Ġeħova hu torri b’saħħtu.+ Fih jidħol jiġri l-​ġust u jingħata l-​protezzjoni.+ 11  L-affarijiet taʼ valur li għandu l-​għani huma l-​belt b’saħħitha tiegħu,+ u huma bħal ħajt protettiv fl-​immaġinazzjoni tiegħu.+ 12  Qabel tisbita qalb il-​bniedem titkabbar,+ u qabel il-​glorja hemm l-​umiltà.+ 13  Meta xi ħadd iwieġeb qabel ma jismaʼ l-​kwistjoni,+ dan ikun bluha min-​naħa tiegħu u umiljazzjoni.+ 14  L-ispirtu taʼ bniedem jistaʼ jissaporti l-​mard li jkollu;+ imma spirtu mdejjaq, min jiflaħ jissaportih?+ 15  Qalb dak li għandu l-​abbiltà li jifhem tikseb l-​għarfien,+ u widnet l-​għorrief tipprova ssib l-​għarfien.+ 16  Ir-rigal taʼ bniedem jiftaħlu triq wiesgħa,+ u jwasslu quddiem nies kbar.+ 17  L-ewwel wieħed li jesprimi l-​każ tiegħu jidher li qiegħed fis-​sewwa,+ sakemm jidħol għajru u jgħarblu.+ 18  Ix-xorti twaqqaf il-​ġlied,+ u saħansitra tferraq lis-​setgħanin.+ 19  Il-ħu li jkun ġie offiż huwa iżjed iebes minn belt b’saħħitha;+ u hemm ġlied li hu bħall-​istaneg tal-​bibien taʼ fortizza.+ 20  Bi frott fommu tixbaʼ żaqq il-​bniedem;+ hu jixbaʼ saħansitra bil-​prodott taʼ xofftejh.+ 21  Il-mewt u l-​ħajja huma fis-​setgħa taʼ l-​ilsien,+ u min iħobb jużah se jiekol frottu.+ 22  Xi ħadd sab mara tajba?+ Sab ħaġa tajba,+ u jikseb l-​approvazzjoni taʼ Ġeħova.+ 23  Bniedem taʼ ftit mezzi jitlob bil-​ħrara,+ imma l-​għani jwieġeb bl-​herra.+ 24  Hemm dawk li lesti li jkissru lil sħabhom,+ imma hemm ħabib li jintrabat miegħek iktar minn ħuk.+

Noti taʼ taħt

Jew, “għerf prattiku.”