Proverbji 16:1-33

16  Hu f’idejn il-​bniedem li jirranġa l-​affarijiet li hemm fil-​qalb,+ imma mingħand Ġeħova hi t-​tweġiba taʼ l-​ilsien.+  It-triqat kollha taʼ bniedem huma puri f’għajnejh,+ imma Ġeħova qed jiżen l-​ispirtu.+  Erħi l-​ħidma tiegħek f’idejn Ġeħova+ u l-​pjanijiet tiegħek ikunu stabbiliti fis-​sod.+  Ġeħova għamel kollox għall-​iskop tiegħu,+ iva, anki l-​bniedem mill-​agħar għall-​jum il-​ħażin.+  Kulmin hu kburi f’qalbu hu xi ħaġa mistkerrha għal Ġeħova.+ Id tistaʼ tingħaqad maʼ id, iżda wieħed ma jkunx ħieles mill-​kastig.+  Żball jitpatta bil-​qalb tajba bl-​imħabba u l-​verità,+ u bil-​biżaʼ taʼ Ġeħova wieħed jitbiegħed mill-​ħażen.+  Meta Ġeħova jieħu pjaċir bit-​triqat taʼ bniedem,+ hu saħansitra jġiegħel lill-​għedewwa tiegħu jkunu fil-​paċi miegħu.+  Aħjar ftit u bis-​sewwa+ milli abbundanza taʼ prodotti mingħajr ġustizzja.+  Qalb il-​bniedem tistaʼ taħseb sew x’se jagħmel,+ imma huwa Ġeħova li jidderiġilu l-​passi tiegħu.+ 10  Fuq xofftejn is-​sultan għandu jkun hemm deċiżjoni ispirata;+ meta jagħmel ġudizzju, fommu m’għandux ikun nieqes mill-​fedeltà.+ 11  Il-kejl u l-​miżien ġust huma taʼ Ġeħova;+ kull użin* fil-​borża huwa xogħlu.+ 12  L-għemejjel mill-​agħar huma xi ħaġa mistkerrha għas-​slaten,+ għax it-​tron jiġi stabbilit fis-​sod permezz tas-​sewwa.+ 13  Sultan kbir jieħu pjaċir b’xofftejn is-​sewwa;+ u hu jħobb lil min jgħid affarijiet retti.+ 14  Il-korla taʼ sultan hi bħal messaġġiera tal-​mewt,+ imma l-​għaref iberridha.+ 15  Fid-dawl taʼ wiċċ is-​sultan hemm il-​ħajja,+ u l-​approvazzjoni tiegħu hi bħal sħaba tax-​xita tar-​rebbiegħa.+ 16  O kemm hu aħjar li jinkiseb l-​għerf milli d-​deheb!+ U wieħed għandu iktar jippreferi jikseb l-​abbiltà li jifhem milli l-​fidda.+ 17  Ir-retti jitbiegħdu mit-​triq tal-​ħażen.+ Min qed jgħasses triqtu qed iħares lil ruħu.+ 18  Qabel tisbita jkun hemm il-​kburija,+ u qabel it-​tfixkil ikun hemm spirtu supperv.+ 19  Aħjar tkun umli fl-​ispirtu u mal-​ġwejdin+ milli taqsam il-​priża maʼ l-​imkabbrin.+ 20  Min qed juri d-​dehen fi kwistjoni se jsib it-​tajjeb,+ u hieni hu min qed jafda f’Ġeħova.+ 21  Min f’qalbu hu għaref se jingħad dwaru li għandu l-​abbiltà li jifhem,+ u min f’xofftejh hu ħelu jżid il-​persważjoni.+ 22  Id-dehen hu bir tal-​ħajja għal sidu;+ u d-​dixxiplina tal-​boloh hi bluha.+ 23  Qalb l-​għaref iġġiegħel lil fommu juri d-​dehen,+ u żżid il-​persważjoni lil xofftejh.+ 24  Kliem pjaċevoli huwa xehda għasel,+ ħelu għar-​ruħ u fejqan għall-​għadam.+ 25  Hemm triq li tidher retta għal bniedem,+ imma mbagħad tmiemha hu l-​mewt.+ 26  Il-ħaddiem bieżel ħadem iebes għalih innifsu,+ għax ħalqu għamel pressjoni kbira fuqu.+ 27  Bniedem li m’hu tajjeb għal xejn qed iħaffer u jaqlaʼ dak li hu ħażin,+ u fuq xofftejh hemm bħallikieku nar jikwi.+ 28  Bniedem li jikkonfoffa jibqaʼ jaqlaʼ l-​ġlied,+ u l-​kalunnjatur jifred lil dawk li jafu lil xulxin sew.+ 29  Min hu vjolenti jħajjar lil sieħbu,+ u jġiegħlu jmur fi triq li mhix tajba.+ 30  Dak li qed jegħmeż b’għajnejh qed jippjana l-​konfoffi.+ Jagħfas xofftejh flimkien u jwettaq il-​ħsara kollha. 31  Ix-xagħar griż hu kuruna taʼ sbuħija+ meta jkun fit-​triq tas-​sewwa.+ 32  Min ma jirrabjax malajr hu aħjar minn raġel setgħan,+ u dak li qed jikkontrolla l-​ispirtu tiegħu aħjar minn wieħed li qed jirbaħ belt.+ 33  Wieħed jistaʼ jitfaʼ x-​xorti f’ħoġru,+ imma kull deċiżjoni permezz tagħha hi minn Ġeħova.+

Noti taʼ taħt

Ara t-​2Sa 14:26, in-​nota taʼ taħt.