Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Proverbji 12:1-28

12  Min iħobb id-dixxiplina jħobb l-għarfien,+ imma min jobgħod it-twiddib ma jirraġunax.+  Bniedem tajjeb jikseb l-approvazzjoni taʼ Ġeħova,+ imma lill-bniedem taʼ ideat mill-agħar jiddikjarah mill-agħar.+  Ħadd ma jiġi stabbilit fis-sod bil-ħażen;+ imma l-għeruq tal-ġusti ma jitħarrkux.+  Mara kapaċi hija kuruna għal sidha,+ imma bħal taħsir f’għadmu hi dik li l-imġiba tagħha hi taʼ mistħija.+  Il-ħsibijiet tan-nies sewwa huma ġustizzja;+ il-pariri tan-nies mill-agħar huma qerq.+  Kliem in-nies mill-agħar jonsob għad-demm,+ imma fomm ir-retti jeħlishom.+  In-nies mill-agħar jiġġarrfu u ma jibqgħux iktar,+ imma dar il-ġusti tibqaʼ wieqfa.+  Bniedem jiġi mfaħħar għax fommu diskret,+ imma min għandu qalbu mgħawġa jiġi disprezzat.+  Aħjar min jiġi stmat ftit imma jkollu qaddej, milli min jigglorifika lilu nnifsu imma nieqes mill-ħobż.+ 10  Il-ġust jieħu ħsieb l-annimal domestiku tiegħu,+ imma l-ħniniet tan-nies mill-agħar huma krudili.+ 11  Min jaħdem l-art tiegħu se jixbaʼ bil-ħobż,+ imma min ifittex affarijiet bla siwi għandu qalbu belha.*+ 12  Il-bniedem mill-agħar xtaq il-priża maqbuda fix-xibka tan-nies ħżiena;+ imma l-għerq tal-ġusti jagħmel il-frott.+ 13  Bin-nuqqasijiet taʼ xofftejh il-ħażin jinqabad f’nassa,+ imma l-ġust joħroġ mill-inkwiet.+ 14  Bi frott fommu l-bniedem jixbaʼ bit-tajjeb,+ u xogħol idejh jiġi lura għandu.+ 15  Triq l-iblah sewwa f’għajnejh,+ imma min jismaʼ mill-pariri huwa għaref.+ 16  Iblah il-bniedem li juri mill-ewwel li qed jiddejjaq,+ imma min hu prudenti qed jgħatti d-diżunur.+ 17  Min jesprimi l-fedeltà se jgħid dak li hu sewwa,+ imma xhud falz jitkellem bil-qerq.+ 18  Hemm min jitkellem bla ma jaħsibha qisu b’daqqiet taʼ sejf,+ imma lsien l-għorrief hu fejqan.+ 19  Ix-xoffa tal-verità+ se tiġi stabbilita fis-sod għal dejjem,+ imma l-ilsien giddieb se jkun twil biss daqs mument.+ 20  Qerq hemm f’qalb dawk li jfasslu l-ħsara,+ imma dawk li jħeġġu l-paċi jkollhom il-ferħ.+ 21  Ebda ħsara ma tiġi fuq il-ġust,+ imma n-nies mill-agħar jimtlew bil-gwaj.+ 22  Xofftejn foloz huma xi ħaġa mistkerrha għal Ġeħova,+ imma dawk li jaġixxu bil-fedeltà jieħu pjaċir bihom.+ 23  Min hu prudenti qed jgħatti l-għarfien,+ imma qalb l-istupidi xxandar il-bluha.+ 24  Hija id in-nies ħabrieka li se taħkem,+ imma l-id merħija tispiċċa tagħmel xogħol forzat.+ 25  L-ansjetà f’qalb il-bniedem ittaqqalha,+ imma l-kelma t-tajba tferraħha.+ 26  Il-ġust jifli l-mergħa tiegħu stess, imma triq in-nies mill-agħar tiħodhom ’l hemm u ’l hawn.+ 27  L-għażżien mhux se jiġri biex jaqbad il-kaċċa,+ imma l-bżulija hija ġid prezzjuż għal bniedem. 28  Fil-mogħdija tas-sewwa hemm il-ħajja,+ u l-mixi fiha ma jiħux għall-mewt.+

Noti taʼ taħt

Ara Pr 6:32, in-nota taʼ taħt.