Proverbji 11:1-31

11  Miżien qarrieq hu xi ħaġa mistkerrha għal Ġeħova,+ imma wżin* sħiħ jieħu pjaċir bih.  Ġiet il-​prużunzjoni? Mela ġej id-​diżunur;+ imma l-​għerf hu mal-​modesti.+  L-integrità tar-​retti tmexxihom,+ imma t-​tagħwiġ taʼ dawk li jaġixxu bi tradiment se jħarbathom.+  L-affarijiet taʼ valur ma se jkunu t’ebda benefiċċju f’jum il-​qilla,+ imma s-​sewwa se jagħti l-​ħelsien mill-​mewt.+  Is-sewwa taʼ bniedem bla ħtija jiddrittalu triqtu,+ imma l-​bniedem mill-​agħar jaqaʼ fi ħżunitu stess.+  Is-sewwa tar-​retti jeħlishom,+ imma dawk li jaġixxu bi tradiment jinqabdu bil-​leblieba tagħhom stess.+  Meta jmut bniedem mill-​agħar, it-​tama tiegħu tgħib;+ u saħansitra l-​istennija bbażata fuq il-​qawwa ġiet fix-​xejn.+  Il-ġust jinħeles min-​niket,+ u l-​bniedem mill-​agħar jidħol minfloku.+  Min hu apostata jġib lil għajru f’rovina b’fommu;+ imma l-​ġusti bl-​għarfien jinħelsu.+ 10  Minħabba t-​tjubija tal-​ġusti jkun hemm ħafna hena f’belt,+ imma meta jgħibu n-​nies mill-​agħar ikun hemm għajta ferriħija.+ 11  Minħabba l-​barka tar-​retti titgħolla l-​belt,+ imma minħabba fomm in-​nies mill-​agħar din tiġġarraf.+ 12  Min għandu qalbu belha* stmerr lil sieħbu stess,+ imma l-​bniedem taʼ dixxerniment kbir jibqaʼ sieket.+ 13  Min hu miexi bħal kalunnjatur+ qed jikxef id-​diskors kunfidenzjali,+ imma min għandu spirtu taʼ fedeltà qed jgħatti l-​kwistjoni.+ 14  Meta ma jkunx hemm direzzjoni għaqlija, in-​nies jaqgħu;+ imma hemm is-​salvazzjoni fil-​kotra taʼ dawk li jagħtu l-​pariri.+ 15  Żgur se jaħbatlu ħażin min ftiehem li jagħmel tajjeb għad-​dejn taʼ xi ħadd stranġier,+ imma min jobgħod jieħu bl-​idejn jibqaʼ bla inkwiet taʼ xejn. 16  Mara ħelwa tikseb il-​glorja;+ imma t-​tiranni, min-​naħa tagħhom, jiksbu r-​rikkezzi. 17  Bniedem taʼ qalb tajba bl-​imħabba jippremja lilu nnifsu,+ imma bniedem kattiv iġiegħel lil ġismu stess jiġi mwarrab.+ 18  Il-bniedem mill-​agħar qed jieħu ħlas falz,+ imma min jiżraʼ s-​sewwa għandu dħul veru.+ 19  Min iżomm sod mas-​sewwa hemm tistennieh il-​ħajja,+ imma min jiġri wara dak li hu ħażin hemm mewtu tistennieh.+ 20  Dawk li qalbhom mgħawġa huma xi ħaġa mistkerrha għal Ġeħova,+ imma dawk bla ħtija fi triqithom jieħu pjaċir bihom.+ 21  Għalkemm id tistaʼ tingħaqad maʼ id, bniedem ħażin mhux se jeħlisha mill-​kastig;+ imma wlied il-​ġusti jeħilsuha.+ 22  Bħal ħolqa tad-​deheb fi mnieħer ħanżir, hekk hi mara li hi sabiħa imma li m’hijiex sensibbli.+ 23  Ix-xewqa tal-​ġusti żgur hija tajba;+ it-​tama tan-​nies mill-​agħar tqanqal il-​qilla.+ 24  Hemm min qed ixerred u xorta qed joktor;+ hemm ukoll min qed iżomm lura dak li hu sewwa, imma r-​riżultat ikun biss għaks.+ 25  Ir-ruħ ġeneruża titqawwa,+ u min isaqqi bix-​xabaʼ lil oħrajn jissaqqa bix-​xabaʼ hu wkoll.+ 26  Il-poplu jisħet lil min iżomm lura l-​qmuħ, imma barka hemm għal ras min iħallihom jinxtraw.+ 27  Min qed ifittex it-​tajjeb se jibqaʼ jfittex li jkun approvat;+ imma min ifittex il-​ħażin, il-​ħażin se jiġi fuqu.+ 28  Min jafda fir-​rikkezzi tiegħu jaqaʼ;+ imma l-​ġusti jiffjorixxu bħall-​weraq aħdar.+ 29  Min iġiegħel lil daru stess tiġi mwarrba+ jikseb ir-​riħ;+ u l-​iblah ikun qaddej taʼ min għandu qalbu għarfa. 30  Il-frott tal-​ġust hu siġra tal-​ħajja,+ u min qed jirbaħ il-​ħajjiet* hu għaref.+ 31  Ara! Il-​ġust—fuq l-​art se jitħallas.+ Kemm iktar il-​bniedem mill-​agħar u l-​midneb!+

Noti taʼ taħt

Ara t-​2Sa 14:26, in-​nota taʼ taħt.
Ara Pr 6:32, in-​nota taʼ taħt.
Letteralment, “l-​erwieħ.”