Proverbji 1:1-33

1  Il-proverbji+ taʼ Salamun+ bin David,+ is-​sultan taʼ Israel,+  biex wieħed jikseb l-​għerf+ u jaċċetta d-​dixxiplina,+ biex jifhem il-​kliem b’tifsir profond,+  biex jaċċetta d-​dixxiplina+ li tagħti d-​dehen,+ is-​sewwa+ u l-​ġustizzja+ u dak li hu rett,+  biex jagħti l-​prudenza+ lil dawk taʼ bla esperjenza, u jagħti liż-​żagħżugħ l-​għarfien+ u l-​abbiltà li jaħseb.+  Bniedem għaref jismaʼ u jieħu iktar istruzzjoni,+ u bniedem li għandu l-​abbiltà li jifhem huwa dak li jikseb direzzjoni għaqlija,+  biex jifhem proverbji u qwiel taʼ taħbil il-​moħħ,+ kliem l-​għorrief+ u l-​ħaġa moħġaġa+ tagħhom.  Il-biżaʼ taʼ Ġeħova hu l-​bidu taʼ l-​għarfien.+ Dawk li jistmerru l-​għerf u d-​dixxiplina m’huma xejn ħlief boloh.+  Ibni, ismaʼ mid-​dixxiplina taʼ missierek,+ u titlaqx il-​liġi t’ommok.+  Għax dawn huma girlanda taʼ ġmiel għal rasek+ u ġiżirana mill-​isbaħ għal għonqok.+ 10  Ibni, jekk il-​midinbin jipprovaw iħajruk, tħallihomx.+ 11  Jekk jibqgħu jgħidulek: “Ejja magħna. Ejja nonsbu għad-​demm.+ Ejja nistaħbew biex naħbtu għall-​innoċenti għalxejn b’xejn.+ 12  Ejja nibilgħuhom ħajjin+ bħall-​Qabar,*+ iva, nibilgħuhom sħaħ, bħal dawk li jinżlu f’ħofra.+ 13  Ejja nsibu kull xorta t’oġġetti prezzjużi taʼ valur.+ Ejja nimlew djarna bil-​priża.+ 14  Imissek titfaʼ xortik maʼ tagħna. Ħa jkun hemm biss borża waħda għalina lkoll”+ 15  ibni, timxix magħhom.+ Żomm saqajk ’il bogħod minn triqithom.+ 16  Għax saqajhom jiġru lejn il-​ħażen,+ u huma jkomplu jħaffu biex ixerrdu d-​demm.+ 17  Għax għalxejn tinfirex ix-​xibka quddiem għajnejn kwalunkwe ħliqa li għandha l-​ġwienaħ.+ 18  Għalhekk, huma jonsbu għal demmhom;+ joqogħdu mistoħbijin għal ruħhom.+ 19  Hekk huma l-​mogħdijiet taʼ kulmin jagħmel qligħ inġust.+ Dan jieħu l-​ħajja taʼ min jakkwistah.+ 20  L-għerf+ veru jkompli jgħajjat fit-​triq.+ Fil-​pjazez jibqaʼ jsemmaʼ leħnu.+ 21  Isejjaħ f’ras it-​toroq storbjużi.+ Fid-​daħla tal-​bibien tal-​belt jgħid il-​qwiel tiegħu:+ 22  “Intom taʼ bla esperjenza kemm se ddumu tħobbu n-​nuqqas t’esperjenza,+ u intom li twaqqgħu għaċ-​ċajt kemm se ddumu tieħdu gost twaqqgħu għaċ-​ċajt,+ u intom l-​istupidi kemm se ddumu tobogħdu l-​għarfien?+ 23  Duru lura għat-​twiddib tiegħi.+ Imbagħad inġiegħel l-​ispirtu tiegħi jgelgel lejkom;+ ngħarrafkom kliemi.+ 24  Jien għajjatt imma intom tibqgħu tirrifjutaw,+ tajtkom idi imma ħadd ma jagħti kas,+ 25  u tkomplu tinjoraw il-​pariri+ kollha tiegħi, u t-​twiddib tiegħi m’aċċettajtuhx.+ 26  Minħabba f’hekk, jien ukoll se nidħaq bid-​diżastru tagħkom,+ niddieħaq bikom meta jiġi fuqkom dak li tibżgħu minnu,+ 27  meta dak li tibżgħu minnu jiġi fuqkom bħal maltempata, u d-​diżastru tagħkom jasal bħar-​riħ taʼ tempesta,+ meta n-​niket u ż-​żminijiet diffiċli jiġu fuqkom.+ 28  Dakinhar jibqgħu jgħajtuli, imma jien ma nwiġibhomx;+ jibqgħu jfittxuni, imma ma jsibunix,+ 29  minħabba li bagħdu l-​għarfien,+ u m’għażlux il-​biżaʼ taʼ Ġeħova.+ 30  Il-pariri tiegħi ma riduhomx;+ u ma wrewx rispett għat-​twiddib kollu tiegħi.+ 31  B’hekk, jieklu minn frott triqithom,+ u jixbgħu bil-​pjanijiet tagħhom stess.+ 32  Għax ir-​ribelljoni+ taʼ dawk bla esperjenza toqtolhom,+ u l-​indifferenza taʼ l-​istupidi teqridhom.+ 33  Imma min jismaʼ minni jgħammar fis-​sigurtà+ u ma jinkwetax mill-​biżaʼ taʼ xi gwaj.”+

Noti taʼ taħt

Bl-Ebrajk, “Xeol.” Ara Appendiċi 4.