Numri 9:1-23

9  U Ġeħova kellem lil Mosè fix-​xagħri tas-​Sinaj fit-​tieni sena mill-​ħruġ tagħhom mill-​art taʼ l-​Eġittu, fl-​ewwel xahar,+ u qallu:  “Issa wlied Israel għandhom iħejju s-​sagrifiċċju tal-​Qbiż+ fiż-​żmien stabbilit għalih.+  Fl-erbatax taʼ dan ix-​xahar bejn inżul ix-​xemx u d-​dlam+ għandkom tħejjuh fiż-​żmien stabbilit għalih. Skond l-​istatuti kollha tiegħu u l-​proċeduri regulari kollha tiegħu għandkom tħejjuh.”+  Għalhekk, Mosè kellem lil ulied Israel biex iħejju s-​sagrifiċċju tal-​Qbiż.  Imbagħad ħejjew is-​sagrifiċċju tal-​Qbiż fl-​ewwel xahar, fl-​erbatax tax-​xahar bejn inżul ix-​xemx u d-​dlam, fix-​xagħri tas-​Sinaj. Skond kulma Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè, hekk għamlu wlied Israel.+  Issa kien hemm xi rġiel li ma baqgħux nodfa għax messew ruħ mejta,+ u b’hekk ma setgħux iħejju s-​sagrifiċċju tal-​Qbiż dakinhar. Għalhekk, dakinhar ippreżentaw lilhom infushom quddiem Mosè u Aron.+  Imbagħad dawk l-​irġiel qalulu: “Għalkemm m’aħniex nodfa għax messejna ruħ mejta, għala għandna niġu mċaħħdin milli nippreżentaw l-​offerta+ lil Ġeħova fiż-​żmien stabbilit tagħha f’nofs ulied Israel?”  U Mosè wiġibhom: “Oqogħdu hemm, ħa nara x’se jikkmanda Ġeħova dwarkom.”+  Imbagħad Ġeħova kellem lil Mosè u qallu: 10  “Kellem lil ulied Israel, u għidilhom, ‘Għalkemm xi raġel minnkom jew mill-​ġenerazzjonijiet tagħkom ma jibqax nadif għax imiss ruħ mejta+ jew ikun fuq xi vjaġġ ’il bogħod, hu wkoll irid iħejji s-​sagrifiċċju tal-​Qbiż lil Ġeħova. 11  Fit-tieni xahar,+ fl-​erbatax-il jum bejn inżul ix-​xemx u d-​dlam għandhom iħejjuh. Flimkien mal-​ħobż bla ħmira u l-​ħxejjex morri għandhom jikluh.+ 12  Ma jridu jħallu xejn minnu għal fil-​għodu,+ u m’għandhom jiksrulu ebda għadma.+ Skond l-​istatut kollu tal-​Qbiż għandhom iħejjuh.+ 13  Imma jekk ir-​raġel ikun nadif jew ma jkunx fuq xi vjaġġ u jonqos li jħejji s-​sagrifiċċju tal-​Qbiż, dan ir-​raġel* irid jiġi maqtugħ minn mal-​poplu tiegħu,+ għaliex ma jkunx ippreżenta l-​offerta taʼ Ġeħova fiż-​żmien stabbilit tagħha. Dan ir-​raġel irid iwieġeb għad-​dnub tiegħu.+ 14  “‘U jekk resident barrani jkun qed jgħammar bħala barrani magħkom, hu wkoll irid iħejji s-​sagrifiċċju tal-​Qbiż lil Ġeħova.+ Hekk għandu jagħmel, skond l-​istatut tal-​Qbiż u skond il-​proċedura regulari tiegħu.+ Għandu jkun hemm statut wieħed għalikom, kemm għar-​resident barrani u kemm għal dak li twieled fil-​pajjiż.’”+ 15  Issa dakinhar li twaqqaf it-​tabernaklu+ s-​sħaba għattiet it-​tabernaklu tat-​tinda tat-​Testimonjanza,+ imma fil-​għaxija fuq it-​tabernaklu kien hemm bħal nar+ li baqaʼ sa fil-​għodu. 16  Dejjem hekk kien isir: Is-​sħaba kienet tgħattih bi nhar u n-​nar kien jidher bil-​lejl.+ 17  U kulmeta s-​sħaba kienet titlaʼ ’l fuq minn fuq it-​tinda, ulied Israel kienu jitilqu minnufih,+ u fejn kienet tieqaf is-​sħaba, hemmhekk kienu jikkampjaw ulied Israel.+ 18  Bl-ordni taʼ Ġeħova wlied Israel kienu jitilqu, u bl-​ordni taʼ Ġeħova kienu jikkampjaw.+ Il-​jiem kollha li s-​sħaba kienet tibqaʼ fuq it-​tabernaklu, huma kienu jibqgħu kkampjati. 19  U meta s-​sħaba kienet tibqaʼ ħafna iktar jiem fuq it-​tabernaklu, ulied Israel ukoll kienu jħarsu l-​obbligu tagħhom lejn Ġeħova u ma kinux jitilqu.+ 20  U kultant is-​sħaba kienet tibqaʼ ftit jiem fuq it-​tabernaklu. Bl-​ordni+ taʼ Ġeħova kienu jibqgħu kkampjati, u bl-​ordni taʼ Ġeħova kienu jitilqu. 21  U kultant is-​sħaba+ kienet tibqaʼ minn fil-​għaxija sa fil-​għodu; u s-​sħaba kienet titlaʼ ’l fuq fil-​għodu, u huma kienu jitilqu. Sew jekk kien ikun bi nhar u sew jekk kien ikun bil-​lejl li s-​sħaba titlaʼ ’l fuq, huma wkoll kienu jitilqu.+ 22  Sew jekk kienu jumejn, sew jekk kien xahar, u sew jekk kienu iktar jiem li matulhom is-​sħaba kienet tibqaʼ iktar fuq it-​tabernaklu billi tieqaf fuqu, ulied Israel kienu jibqgħu kkampjati u ma kinux jitilqu, imma meta kienet titlaʼ ’l fuq kienu jitilqu.+ 23  Bl-ordni taʼ Ġeħova kienu jikkampjaw, u bl-​ordni taʼ Ġeħova kienu jitilqu. Huma ħarsu l-​obbligu tagħhom+ lejn Ġeħova bl-​ordni taʼ Ġeħova permezz taʼ Mosè.+

Noti taʼ taħt

Letteralment, “din ir-​ruħ.” Ara Appendiċi 3.