Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Numri 8:1-26

8  U Ġeħova kellem lil Mosè u qallu:  “Kellem lil Aron, u għidlu, ‘Kulmeta tixgħel l-imsiebaħ, is-sebaʼ msiebaħ għandhom idawlu l-parti taʼ quddiem il-gandlier.’”+  U Aron beda jagħmel hekk. Xegħel l-imsiebaħ biex idawwal il-parti taʼ quddiem il-gandlier,+ sewwasew bħalma Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè.  Issa hekk kien maħdum il-gandlier. Kien tad-deheb maħdum bil-martell. Sal-ġnub tiegħu u l-petali tiegħu kienu maħdumin bil-martell.+ Skond il-viżjoni+ li Ġeħova kien wera lil Mosè, hekk għamlu l-gandlier.  U Ġeħova kompla jkellem lil Mosè u jgħidlu:  “Ħu l-Leviti minn fost ulied Israel, u naddafhom.+  U hekk għandek tagħmlilhom biex tnaddafhom: Roxx fuqhom ilma li jnaddaf id-dnub,+ u minn fuq ġisimhom kollu+ jrid jgħaddi l-mus u jridu jaħslu ħwejjiġhom+ u jitnaddfu.+  Imbagħad jieħdu barri+ żgħir u l-offerta tal-qmuħ+ li joffru miegħu taʼ dqiq fin miblul fiż-żejt, u int tieħu barri żgħir ieħor għal offerta għad-dnub.+  U trid tippreżenta l-Leviti quddiem it-tinda tal-laqgħa u laqqaʼ lill-ġemgħa kollha taʼ wlied Israel.+ 10  U trid tippreżenta l-Leviti quddiem Ġeħova, u wlied Israel iridu jqiegħdu+ idejhom fuq il-Leviti.+ 11  U Aron irid iġiegħel lil-Leviti jitħarrku ’l hemm u ’l hawn quddiem Ġeħova bħala offerta tat-tixjir+ mingħand ulied Israel, u huma jridu jaqdu biex iwettqu s-servizz taʼ Ġeħova.+ 12  “Imbagħad il-Leviti jqiegħdu idejhom fuq l-irjus tal-barrin.+ Wara dan, offri wieħed bħala offerta għad-dnub u l-ieħor bħala offerta tal-ħruq lil Ġeħova biex tagħmel tpattija+ għal-Leviti. 13  U qabbad lil-Leviti jieqfu quddiem Aron u wliedu u ġegħelhom jitħarrku ’l hemm u ’l hawn bħala offerta tat-tixjir lil Ġeħova. 14  U warrab apparti lil-Leviti minn fost ulied Israel, u l-Leviti jsiru tiegħi.+ 15  U mbagħad il-Leviti jidħlu jaqdu fit-tinda tal-laqgħa.+ Għalhekk, trid tnaddafhom u ġġegħelhom jitħarrku ’l hemm u ’l hawn bħala offerta tat-tixjir.+ 16  Għax huma wħud mogħtijin,* mogħtijin lili minn fost ulied Israel.+ Irrid niħodhom għalija nnifsi minflok dawk kollha li jiftħu l-ġuf, l-ewwel imweldin kollha taʼ wlied Israel.+ 17  Għax kull l-ewwel imwieled fost ulied Israel hu tiegħi, fost il-bnedmin u fost il-bhejjem.+ Dakinhar li lqatt lil kull l-ewwel imwieled fl-art taʼ l-Eġittu+ qaddisthom għalija nnifsi.+ 18  U se nieħu l-Leviti minflok l-ewwel imweldin kollha fost ulied Israel.+ 19  U nagħti l-Leviti bħala wħud mogħtijin lil Aron u lil uliedu minn fost ulied Israel,+ biex iwettqu s-servizz taʼ wlied Israel fit-tinda tal-laqgħa+ u biex jagħmlu tpattija għal ulied Israel, sabiex ma jseħħ ebda kastig fost ulied Israel+ minħabba li wlied Israel jersqu lejn il-post qaddis.” 20  U Mosè u Aron u l-ġemgħa kollha taʼ wlied Israel hekk għamlulhom lil-Leviti. Fi qbil maʼ dak kollu li Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè rigward il-Leviti, hekk għamlulhom ulied Israel. 21  Għalhekk, il-Leviti ppurifikaw+ lilhom infushom u ħaslu ħwejjiġhom, u mbagħad Aron ġegħelhom jitħarrku ’l hemm u ’l hawn bħala offerta tat-tixjir quddiem Ġeħova.+ Imbagħad Aron għamel tpattija għalihom biex inaddafhom.+ 22  Kien minn dakinhar li l-Leviti daħlu biex iwettqu s-servizz tagħhom fit-tinda tal-laqgħa quddiem Aron u wliedu.+ Bħalma Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè dwar il-Leviti, hekk għamlulhom. 23  Ġeħova issa kellem lil Mosè u qallu: 24  “Dan hu li japplika għal-Leviti: Minn ħamsa u għoxrin sena ’l fuq il-Levita jiġi biex jidħol fil-miġemgħa fis-servizz tat-tinda tal-laqgħa. 25  Imma meta jagħlaq il-ħamsin sena jirtira mill-miġemgħa tas-servizz u ma jaqdix iktar. 26  U jrid jaqdi lil ħutu fit-tinda tal-laqgħa billi jieħu ħsieb l-obbligu, imma ma jagħti ebda servizz. Hekk għandek tagħmlilhom lil-Leviti fl-obbligi tagħhom.”+

Noti taʼ taħt

“Uħud mogħtijin.” Bl-Ebrajk, netunim, relatata mat-titlu “Netinin.” Ara l-1Kr 9:2.