Numri 6:1-27

6  U Ġeħova kompla jkellem lil Mosè u jgħidlu:  “Kellem lil ulied Israel, u għidilhom, ‘Jekk xi ħadd, raġel jew mara, jagħmel wegħda speċjali biex jgħix bħala Nażirit*+ għal Ġeħova,  għandu jiċċaħħad mill-​inbid u mix-​xorb li jsakkar. La għandu jixrob il-​ħall taʼ l-​inbid jew il-​ħall tax-​xorb li jsakkar,+ la jixrob xi likwidu magħmul mill-​għeneb, u lanqas jiekol l-​għeneb frisk jew niexef.  Il-jiem kollha tiegħu bħala Nażirit m’għandu jiekol assolutament xejn li jsir mid-​dielja taʼ l-​inbid, mill-​għeneb mhux misjur sal-​qxur.  “‘Il-​jiem kollha tal-​wegħda tiegħu bħala Nażirit ebda mus m’għandu jgħaddi minn fuq rasu;+ sakemm jgħaddu l-​jiem kollha li għandu jkun imwarrab apparti għal Ġeħova, għandu juri li hu qaddis billi jħalli n-​nokkli+ tax-​xagħar taʼ rasu jikbru.  Il-jiem kollha li jżomm lilu nnifsu separat għal Ġeħova ma jistax jersaq lejn xi ruħ mejta.+  Lanqas għal missieru jew għal ommu jew għal ħuh jew għal oħtu m’għandu jitniġġes meta jmutu,+ għaliex fuq rasu għandu s-​sinjal tiegħu bħala Nażirit għal Alla tiegħu.  “‘Il-​jiem kollha tiegħu bħala Nażirit hu jkun qaddis għal Ġeħova.  Imma jekk xi ħadd imut għal għarrieda maġenbu,+ u b’hekk ikun niġġes rasu bħala Nażirit, irid iqaxxar+ rasu dakinhar li tiġi stabbilita l-​purifikazzjoni tiegħu. Fis-​sebaʼ jum għandu jqaxxarha. 10  U fit-​tmien jum għandu jġib żewġ gamimiet jew żewġ bċieċen lill-​qassis fid-​daħla tat-​tinda tal-​laqgħa.+ 11  U l-​qassis irid joffri wieħed bħala offerta għad-​dnub+ u l-​ieħor bħala offerta tal-​ħruq+ u jagħmel tpattija għalih, ladarba dan ikun dineb minħabba r-​ruħ mejta. Imbagħad dakinhar in-​Nażirit irid iqaddes rasu. 12  U jrid jgħix bħala Nażirit+ għal Ġeħova l-​jiem kollha li fihom ikun Nażirit, u jrid iġib muntun żgħir fl-​ewwel sena tiegħu bħala offerta għall-​ħtija;+ u l-​jiem taʼ qabel ma jingħaddux għaliex ikun tniġġes waqt li jkun Nażirit. 13  “‘Issa din hi l-​liġi dwar in-​Nażirit: Dakinhar li jintemmu l-​jiem tiegħu+ bħala Nażirit, hu jittieħed fid-​daħla tat-​tinda tal-​laqgħa. 14  U jrid jippreżenta bħala l-​offerta tiegħu lil Ġeħova muntun żgħir wieħed, bla difett, fl-​ewwel sena tiegħu bħala offerta tal-​ħruq,+ u ħarufa waħda, bla difett, fl-​ewwel sena tagħha bħala offerta għad-​dnub,+ u muntun wieħed, bla difett, bħala sagrifiċċju taʼ sħubija,*+ 15  u qoffa ftajjar tad-​dqiq fin bla ħmira,+ miblulin fiż-​żejt,+ u galletti bla ħmira midlukin biż-​żejt,+ u l-​offerta tal-​qmuħ+ li joffru magħhom u l-​offerti tax-​xorb li joffru magħhom.+ 16  U l-​qassis irid jippreżentahom quddiem Ġeħova u joffri l-​offerta għad-​dnub u l-​offerta tal-​ħruq.+ 17  U joffri l-​muntun bħala sagrifiċċju taʼ sħubija+ lil Ġeħova flimkien mal-​qoffa tal-​ħobż bla ħmira; u l-​qassis irid joffri l-​offerta tal-​qmuħ+ u l-​offerta tax-​xorb tal-​muntun. 18  “‘U n-​Nażirit irid iqaxxar+ rasu bħala Nażirit fid-​daħla tat-​tinda tal-​laqgħa, u jrid jieħu x-​xagħar taʼ rasu bħala Nażirit u jpoġġih fuq in-​nar li qiegħed taħt is-​sagrifiċċju taʼ sħubija. 19  U l-​qassis jieħu spalla msajra+ minn tal-​muntun u ftira waħda bla ħmira mill-​qoffa, u galletta waħda bla ħmira,+ u jqegħedhom fuq il-​pali taʼ idejn in-​Nażirit wara li jkun tqaxxarlu s-​sinjal tiegħu bħala Nażirit. 20  U l-​qassis irid ixejjirhom ’l hemm u ’l hawn bħala offerta tat-​tixjir quddiem Ġeħova.+ Din hi xi ħaġa qaddisa għall-​qassis, flimkien mas-​sidra+ taʼ l-​offerta tat-​tixjir u mas-​sieq mogħtija bħala kontribuzzjoni.+ U mbagħad in-​Nażirit ikun jistaʼ jixrob l-​inbid.+ 21  “‘Jekk Nażirit+ iwiegħed lil Ġeħova li jagħmel offerti li jkun jiflaħ jagħmilhom, minbarra dawk li diġà kienu meħtiġin minnu, għandu jaġixxi fi qbil maʼ dak li wiegħed. Din hi l-​liġi tan-​Nażirit.’” 22  Imbagħad Ġeħova kellem lil Mosè u qallu: 23  “Kellem lil Aron u lil uliedu, u għidilhom, ‘Hekk għandkom tberkuhom+ lil ulied Israel, billi tgħidulhom: 24  “Jalla Ġeħova jbierkek+ u jħarsek.+ 25  Jalla Ġeħova jġiegħel wiċċu jiddi lejk,+ u jurik il-​ħniena.+ 26  Jalla Ġeħova jerfaʼ wiċċu lejk+ u jagħtik is-​sliem.”’+ 27  U jridu jqiegħdu ismi+ fuq ulied Israel, biex inberikhom jien stess.”+

Noti taʼ taħt

Ifisser “Wieħed Magħżul; Dedikat; Separat.”
Jew, “sagrifiċċju taʼ sliem.” Sagrifiċċju li fih il-​qassis, l-​aduraturi, u Ġeħova kienu bħallikieku qed jissieħbu flimkien f’ikla, u dan kien jissimbolizza relazzjonijiet paċifiċi.