Numri 5:1-31

5  U Ġeħova kompla jkellem lil Mosè u jgħidlu:  “Ordna lil ulied Israel biex jibagħtu ’l barra mill-​kamp lil kulmin ikun imġiddem+ u kulmin ikollu tisfija+ kontinwa u kulmin ma jkunx nadif għax ikun mess xi ruħ mejta.+  Sew jekk ikun raġel u sew jekk tkun mara għandkom twarrbuhom. Għandkom twarrbuhom ’il barra mill-​kamp,+ sabiex ma jniġġsux+ il-​kampijiet taʼ dawk li qed ngħammar f’nofshom.”+  U wlied Israel hekk għamlu, saħansitra warrbuhom ’il barra mill-​kamp. Sewwasew bħalma Ġeħova kien qal lil Mosè, hekk għamlu wlied Israel.  U Ġeħova kompla jkellem lil Mosè u jgħidlu:  “Għid lil ulied Israel, ‘Jekk xi ħadd, raġel jew mara, jagħmel wieħed mid-​dnubiet kollha li jagħmlu l-​bnedmin billi jwettaq att taʼ infedeltà kontra Ġeħova, din ir-​ruħ issir ħatja.+  U jrid jistqarr+ dnubu li jkun għamel u jrid jagħti lura l-​ammont sħiħ bħala kumpens għall-​ħtija tiegħu, u wkoll iżid miegħu wieħed minn kull ħamsa,+ u jrid jagħtih lil dak li hu jkun dineb kontrih.  Imma jekk dan taʼ l-​aħħar ma jkollux min jiġi minnu mill-​qrib li lilu jkun jistaʼ jingħata lura l-​ammont tal-​ħtija, l-​ammont tal-​ħtija għandu jingħata lura lil Ġeħova u jkun tal-​qassis, minbarra l-​muntun tat-​tpattija li bih jagħmel tpattija għalih.+  “‘U kull kontribuzzjoni+ taʼ l-​affarijiet imqaddsin+ kollha taʼ wlied Israel, li huma jippreżentaw lill-​qassis, għandha ssir tiegħu.+ 10  U l-​affarijiet imqaddsin li kull wieħed ikollu, dawn jibqgħu tiegħu. Kulma jagħti lill-​qassis, dak isir tiegħu.’” 11  U Ġeħova ssokta jkellem lil Mosè u jgħidlu: 12  “Kellem lil ulied Israel, u għidilhom, ‘Jekk mart xi raġel tiżbalja billi twettaq att taʼ infedeltà kontrih,+ 13  u raġel ieħor jimtedd magħha u jkollu relazzjoni sesswali magħha,*+ u dan il-​fatt ikun moħbi minn għajnejn żewġha+ u baqaʼ ma nkixifx, u hi, min-​naħa tagħha, tkun tniġġset imma ma jkunx hemm xhud kontriha, u hi nfisha ma nqabditx; 14  u l-​ispirtu taʼ l-​għira+ daħal fih, u beda jissuspetta mill-​fedeltà taʼ martu, u hi tkun tniġġset, jew l-​ispirtu taʼ l-​għira daħal fih, u beda jissuspetta mill-​fedeltà taʼ martu, imma hi ma tkunx tniġġset; 15  imbagħad ir-​raġel irid jieħu lil martu għand il-​qassis+ u magħha jieħu wkoll l-​offerta għaliha, wieħed minn għaxra t’efa dqiq tax-​xgħir. Ma jridx isawwab żejt fuqha u lanqas iqiegħed inċens abjad+ fuqha, għaliex tkun offerta tal-​qmuħ taʼ l-​għira, offerta tal-​qmuħ tat-​tifkira biex tfakkar l-​iżball. 16  “‘U l-​qassis irid iressaq lilha u jqegħedha quddiem Ġeħova.+ 17  U l-​qassis jieħu l-​ilma qaddis f’reċipjent tal-​fuħħar, u l-​qassis jieħu ftit mit-​trab li jkun hemm fl-​art tat-​tabernaklu, u jitfgħu fl-​ilma. 18  U l-​qassis iqiegħed lill-​mara quddiem Ġeħova u jħoll ix-​xagħar taʼ ras il-​mara u fuq il-​pali taʼ idejha jqegħdilha l-​offerta tal-​qmuħ tat-​tifkira, jiġifieri, l-​offerta tal-​qmuħ taʼ l-​għira,+ u l-​qassis għandu jkollu f’idu l-​ilma morr li jġib is-​saħta.+ 19  “‘U l-​qassis iġegħelha taħlef, u jrid jgħid lill-​mara: “Jekk ebda raġel ma mtedd miegħek u jekk waqt li kont taħt l-​awtorità taʼ żewġek+ ma żbaljajtx u ma wettaqt ebda nuqqas taʼ ndafa, kun ħielsa mill-​effett taʼ dan l-​ilma morr li jġib is-​saħta. 20  Imma int, jekk żbaljajt waqt li kont taħt l-​awtorità taʼ żewġek+ u jekk tniġġist u xi raġel kellu relazzjoni sesswali miegħek,*+ minbarra żewġek,—” 21  Il-qassis issa jrid iġiegħel lill-​mara taħlef b’ħalfa li tinvolvi s-​saħta,+ u l-​qassis irid jgħid lill-​mara: “Jalla Ġeħova jqiegħdek bħala saħta u ħalfa f’nofs niesek billi Ġeħova jnixxiflek koxxtok,*+ u jneffaħlek żaqqek. 22  U dan l-​ilma li jġib is-​saħta jrid jidħol fi msarnek biex ineffaħlek żaqqek u jnixxiflek koxxtok.” Għal dan, il-​mara tgħid: “Amen! Amen!” 23  “‘U l-​qassis jikteb dawn is-​saħtiet fil-​ktieb+ u jħassarhom+ fl-​ilma morr. 24  U jġiegħel lill-​mara tixrob l-​ilma morr li jġib is-​saħta,+ u l-​ilma li jġib is-​saħta jrid jidħol fiha bħala xi ħaġa li ġġib l-​imrar. 25  U l-​qassis jieħu l-​offerta tal-​qmuħ+ taʼ l-​għira minn id il-​mara u jxejjer l-​offerta tal-​qmuħ ’l hemm u ’l hawn quddiem Ġeħova, u jiħodha ħdejn l-​artal. 26  U l-​qassis irid jaqbad ftit mill-​offerta tal-​qmuħ bħala tfakkira+ għaliha u jaħarqu* fuq l-​artal, u mbagħad iġiegħel lill-​mara tixrob l-​ilma. 27  Meta jkun ġegħelha tixrob l-​ilma, irid iseħħ ukoll li jekk hi tkun tniġġset billi wettqet att taʼ infedeltà lejn żewġha,+ l-​ilma li jġib is-​saħta jrid jidħol fiha bħala xi ħaġa li ġġib l-​imrar, u żaqqha tintefaħ, u tinxfilha koxxitha u l-​mara ssir saħta fost niesha.+ 28  Madankollu, jekk il-​mara ma tkunx tniġġset imma tkun nadifa, tkun ħielsa minn dan il-​kastig;+ u żewġha jrid joħroġha tqila. 29  “‘Din hi l-​liġi dwar l-​għira,+ meta mara tiżbalja+ waqt li tkun taħt l-​awtorità taʼ żewġha,+ u titniġġes, 30  jew meta raġel jidħol fih l-​ispirtu taʼ l-​għira, u jissuspetta li martu wettqet xi att taʼ infedeltà; u hu jrid iqiegħed lil martu quddiem Ġeħova, u l-​qassis jagħmlilha kulma titlob din il-​liġi. 31  U r-​raġel ma jkunx ħati taʼ l-​iżball, imma din il-​mara trid twieġeb għall-​iżball tagħha.’”

Noti taʼ taħt

Letteralment, “ikollu tixrid taʼ l-​isperma.”
Letteralment, “iqiegħed fik it-​tixrid taʼ l-​isperma.”
Il-kelma “koxxtok” hawnhekk x’aktarx li tirrappreżenta l-​organi sesswali.
Letteralment, “jagħmlu jdaħħan.”