Numri 4:1-49

4  Ġeħova issa kellem lil Mosè u lil Aron u qalilhom:  “Għoddu lil ulied Keħat+ minn fost ulied Levi, skond il-​familji tagħhom f’dar missirijiethom,  minn tletin sena+ ’l fuq sa ħamsin sena,+ dawk kollha li se jidħlu fil-​grupp tas-​servizz+ biex jagħmlu x-​xogħol fit-​tinda tal-​laqgħa.  “Fit-​tinda tal-​laqgħa+ dan hu s-​servizz taʼ wlied Keħat. Din hi xi ħaġa mill-​iktar qaddisa:  U Aron u wliedu jridu jidħlu meta jkun se jitlaq il-​kamp, u jniżżlu l-​purtiera li tifred+ u jgħattu biha l-​arka+ tat-​testimonjanza.  U jqiegħdu fuqha għata tal-​ġlud tal-​bumerin+ u fuqnett jifirxu biċċa drapp blu u jdaħħlulha l-​lasti.+  “U jifirxu biċċa drapp blu fuq il-​mejda+ tal-​ħobż tal-​preżenza, u jqiegħdu fuqha l-​platti,+ il-​kwies, l-​iskutelli,+ u l-​buqari taʼ l-​offerta tax-​xorb; u l-​ħobż+ li hu offerta kontinwa għandu jibqaʼ fuq il-​mejda.  U fuq dawn iridu jifirxu biċċa drapp lewn l-​iskarlat,*+ u jgħattuha b’għata tal-​ġlud tal-​bumerin+ u jdaħħlulha l-​lasti.+  U jieħdu biċċa drapp blu u jgħattu l-​gandlier+ tad-​dawwala, l-​imsiebaħ tiegħu,+ l-​imqassijiet tiegħu li jżommu l-​ftila,+ ir-​reċipjenti għall-​ftejjel maħruqin,+ u r-​reċipjenti+ kollha għaż-​żejt li bihom iħejjuh għas-​servizz sagru regolarment. 10  U jqiegħdu lilu u l-​għodod kollha tiegħu f’għata tal-​ġlud tal-​bumerin+ u jpoġġuh fuq injama biex jinġarr. 11  U fuq l-​artal tad-​deheb+ jifirxu biċċa drapp blu, u jgħattuh b’għata tal-​ġlud tal-​bumerin+ u jdaħħlulu l-​lasti.+ 12  U jieħdu l-​għodod+ kollha tal-​ministeru li bihom jaqdu regolarment fil-​post qaddis, u jqegħduhom f’biċċa drapp blu u jgħattuhom b’għata tal-​ġlud tal-​bumerin+ u jpoġġuhom fuq injama biex jinġarru. 13  “U jridu jnaddfu l-​irmied bix-​xaħam fuqu* minn fuq l-​artal+ u jifirxu biċċa drapp tas-​suf miżbugħ vjola ħamrani fuqu. 14  U jqiegħdu fuqu l-​għodod kollha tiegħu li bihom jaqdu regolarment fuqu, ir-​reċipjenti għall-​ġamar, il-​frieket, il-​pali, u l-​iskutelli, l-​għodod kollha taʼ l-​artal;+ u jifirxu fuqu għata tal-​ġlud tal-​bumerin u jdaħħlulu l-​lasti.+ 15  “U Aron u wliedu jridu jkunu lestew jgħattu l-​affarijiet tal-​post qaddis+ u l-​għodod+ kollha tal-​post qaddis meta jkun se jitlaq il-​kamp, u mbagħad jidħlu wlied Keħat biex iġorruhom,+ imma ma jridux imissu+ l-​affarijiet tal-​post qaddis, għax inkella jmutu. Dawn l-​affarijiet huma t-​tagħbija taʼ wlied Keħat fit-​tinda tal-​laqgħa.+ 16  “U Elegħażar, bin Aron, il-​qassis, irid jieħu ħsieb+ iż-​żejt+ tad-​dawwala, l-​inċens ifuħ,+ l-​offerta tal-​qmuħ offruta regolarment,+ u ż-​żejt tad-​dlik,+ u jieħu ħsieb ukoll it-​tabernaklu kollu u kulma fih, jiġifieri, il-​post qaddis u l-​għodod tiegħu.” 17  U Ġeħova kompla jkellem lil Mosè u lil Aron u jgħidilhom: 18  “Tħallux it-​tribù tal-​familji tal-​Keħatin+ jinqatgħu minn fost il-​Leviti. 19  Imma agħmlu dan għalihom sabiex jibqgħu ħajjin u ma jmutux talli jersqu lejn l-​affarijiet l-​iktar imqaddsin.+ Jidħlu Aron u wliedu, u jagħtuhom lil kull wieħed is-​servizz tiegħu u t-​tagħbija tiegħu. 20  U m’għandhomx jidħlu jaraw l-​affarijiet imqaddsin, lanqas għal mument wieħed biss, għax inkella jmutu.”+ 21  Imbagħad Ġeħova kellem lil Mosè u qallu: 22  “Għodd lil ulied Gerson,+ iva, għoddhom skond dar missirijiethom, skond il-​familji tagħhom. 23  Minn tletin sena ’l fuq sa ħamsin sena tirreġistrahom,+ lil dawk kollha li jiġu biex jidħlu fil-​grupp tas-​servizz ħalli jagħtu servizz fit-​tinda tal-​laqgħa. 24  Dan hu s-​servizz tal-​familji tal-​Gersonin biex jaqdu u biex iġorru.+ 25  U jridu jġorru d-​drappijiet+ tat-​tined tat-​tabernaklu u t-​tinda tal-​laqgħa,+ l-​għata tagħha+ u l-​għata tal-​ġild tal-​bumerin+ li qiegħed fuqnett fuqha, u l-​purtiera+ tad-​daħla tat-​tinda tal-​laqgħa, 26  u l-​purtieri+ tal-​bitħa u l-​purtiera tad-​daħla+ tal-​bieb tal-​bitħa li hi dawramejt mat-​tabernaklu u maʼ l-​artal, u l-​ħbula tat-​tined tagħhom u l-​għodod tas-​servizz kollu tagħhom, u l-​affarijiet kollha li bihom isir ix-​xogħol regolarment. Dan ikun is-​servizz tagħhom. 27  Skond l-​ordni t’Aron u taʼ wliedu+ għandu jsir is-​servizz kollu taʼ wlied il-​Gersonin+ rigward it-​tagħbijiet kollha tagħhom u s-​servizz kollu tagħhom, u tridu tagħtuhom it-​tagħbijiet kollha tagħhom bħala obbligu. 28  Dan hu s-​servizz tal-​familji taʼ wlied il-​Gersonin+ fit-​tinda tal-​laqgħa, u s-​servizz obbligatorju tagħhom qiegħed taħt id-​direzzjoni taʼ Itamar,+ bin Aron il-​qassis. 29  “U lil ulied Merari+ tirreġistrahom skond il-​familji tagħhom f’dar missirijiethom. 30  Minn tletin sena ’l fuq sa ħamsin sena tirreġistrahom, lil dawk kollha li jidħlu fil-​grupp tas-​servizz biex jagħtu s-​servizz fit-​tinda tal-​laqgħa.+ 31  U dan hu l-​obbligu tagħhom, it-​tagħbija tagħhom,+ skond is-​servizz kollu tagħhom fit-​tinda tal-​laqgħa: it-​twavel* tal-​qafas+ tat-​tabernaklu u t-​traversi tiegħu,+ il-​kolonni,+ u l-​pedestalli bl-​ingast tiegħu,+ 32  u l-​pilastri+ tal-​bitħa dawramejt u l-​pedestalli bl-​ingast,+ l-​imsiemer tat-​tined,+ u l-​ħbula tat-​tined tagħhom flimkien mat-​tagħmir kollu u s-​servizz kollu tagħhom. U skond ismijiethom tagħtuhom it-​tagħmir li għandhom l-​obbligu li jġorru.+ 33  Dan hu s-​servizz tal-​familji taʼ wlied Merari+ skond is-​servizz kollu tagħhom fit-​tinda tal-​laqgħa, taħt id-​direzzjoni taʼ Itamar, bin Aron il-​qassis.”+ 34  U Mosè u Aron u l-​kapijiet ewlenin+ tal-​ġemgħa rreġistraw lil ulied il-​Keħatin+ skond il-​familji tagħhom u skond dar missirijiethom, 35  minn tletin+ sena ’l fuq sa ħamsin sena,+ dawk kollha li daħlu fil-​grupp tas-​servizz biex jagħtu s-​servizz fit-​tinda tal-​laqgħa.+ 36  U l-​uħud reġistrati skond il-​familji tagħhom kienu elfejn, sebaʼ mija u ħamsin.+ 37  Dawn huma l-​uħud reġistrati+ minn fost il-​familji tal-​Keħatin, dawk kollha li jaqdu fit-​tinda tal-​laqgħa u li ġew reġistrati minn Mosè u Aron skond l-​ordni taʼ Ġeħova permezz taʼ Mosè. 38  U l-​uħud reġistrati taʼ wlied Gerson+ skond il-​familji tagħhom u skond dar missirijiethom, 39  minn tletin sena ’l fuq sa ħamsin sena, dawk kollha li daħlu fil-​grupp tas-​servizz biex jagħtu s-​servizz fit-​tinda tal-​laqgħa,+ 40  l-uħud reġistrati skond il-​familji tagħhom, skond dar missirijiethom, kienu elfejn, sitt mija u tletin.+ 41  Dawn kienu l-​uħud reġistrati minn fost il-​familji taʼ wlied Gerson, dawk kollha li jaqdu fit-​tinda tal-​laqgħa u li ġew reġistrati minn Mosè u Aron skond l-​ordni taʼ Ġeħova.+ 42  U l-​uħud reġistrati minn fost il-​familji taʼ wlied Merari skond il-​familji tagħhom, skond dar missirijiethom, 43  minn tletin sena ’l fuq sa ħamsin sena, dawk kollha li daħlu fil-​grupp tas-​servizz biex jagħtu s-​servizz fit-​tinda tal-​laqgħa,+ 44  l-uħud reġistrati skond il-​familji tagħhom kienu tlett elef u mitejn.+ 45  Dawn kienu l-​uħud reġistrati minn fost il-​familji taʼ wlied Merari, li ġew reġistrati minn Mosè u Aron skond l-​ordni taʼ Ġeħova permezz taʼ Mosè.+ 46  L-uħud reġistrati kollha li Mosè u Aron u l-​kapijiet ewlenin taʼ Israel irreġistraw bħala Leviti skond il-​familji tagħhom u skond dar missirijiethom, 47  minn tletin sena ’l fuq sa ħamsin sena,+ dawk kollha li ġew biex jagħtu s-​servizz taʼ strapazz u s-​servizz tal-​ġarr tat-​tagħbijiet fit-​tinda tal-​laqgħa,+ 48  l-uħud reġistrati minn fosthom kienu tmint elef, ħames mija u tmenin.+ 49  Ġew reġistrati skond l-​ordni taʼ Ġeħova permezz taʼ Mosè, kull wieħed skond is-​servizz tiegħu u t-​tagħbija tiegħu; u ġew reġistrati sewwasew bħalma Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè.+

Noti taʼ taħt

Żebgħa mill-​insett tal-​kukku.
Ara Eżo 27:3, in-​nota taʼ taħt.
Ara Eżo 26:15, in-​nota taʼ taħt.