Numri 34:1-29

34  U Ġeħova kompla jkellem lil Mosè u jgħidlu:  “Ordna lil ulied Israel, u għidilhom, ‘Intom se tidħlu fl-​art taʼ Kangħan.+ Din hi l-​art li se tmisskom b’wirt,+ l-​art taʼ Kangħan skond il-​fruntieri tagħha.+  “‘U n-​naħa tan-​nofsinhar tagħkom tkun mix-​xagħri taż-​Żin maġenb Edom,+ u l-​fruntiera tagħkom tan-​nofsinhar tkun minn tarf il-​Baħar il-​Mielaħ+ in-​naħa tal-​lvant.  U l-​fruntiera tagħkom tbiddel id-​direzzjoni min-​naħa tan-​nofsinhar tat-​telgħa t’Għakrabbim+ u taqsam lejn iż-​Żin, u tispiċċa fin-​nofsinhar taʼ Kades-barnegħa;+ u tibqaʼ sejra sa Ħasar-addar+ u tgħaddi lejn Għasmon.  U l-​fruntiera tbiddel id-​direzzjoni f’Għasmon lejn il-​wied* taʼ l-​Eġittu,+ u tispiċċa ħdejn il-​Baħar.*+  “‘Il-​Baħar il-​Kbir u l-​kosta jkunu għalikom fruntiera tal-​punent.+ Din tkun il-​fruntiera tagħkom tal-​punent.  “‘Issa din tkun il-​fruntiera tagħkom tat-​tramuntana: Mill-​Baħar il-​Kbir timmarkaw sal-​Muntanja Ħor+ bħala fruntiera għalikom.  Mill-Muntanja Ħor timmarkaw il-​fruntiera sad-​daħla taʼ Ħamat,+ u l-​fruntiera tispiċċa f’Sedad.+  U l-​fruntiera tibqaʼ sejra sa Żifron, u tispiċċa f’Ħasar-għenan.+ Din tkun il-​fruntiera tagħkom tat-​tramuntana. 10  “‘Imbagħad timmarkaw għalikom bħala l-​fruntiera tagħkom fin-​naħa tal-​lvant minn Ħasar-għenan sa Sefam. 11  U l-​fruntiera tinżel minn Sefam lejn Ribla fil-​lvant t’Għajn, u l-​fruntiera tinżel u tasal san-​niżla tal-​lvant tal-​baħar taʼ Kinneret.*+ 12  U l-​fruntiera tinżel sal-​Ġordan u tispiċċa fil-​Baħar il-​Mielaħ.+ Din tkun artkom+ skond il-​fruntieri tagħha dawramejt.’” 13  Għalhekk, Mosè ordna lil ulied Israel u qalilhom: “Din hi l-​art li għandkom tqassmu bix-​xorti+ għalikom stess biex tkun tagħkom, sewwasew bħalma Ġeħova kkmanda li għandha tingħata lid-​disaʼ tribujiet u nofs.+ 14  Għax it-​tribù taʼ wlied ir-​Rubenin skond dar missirijiethom u t-​tribù taʼ wlied il-​Gadin skond dar missirijiethom diġà ħadu l-​wirt tagħhom,+ u nofs it-​tribù taʼ Manasse diġà ħaduh ukoll. 15  Iż-żewġ tribujiet u nofs diġà ħadu l-​wirt tagħhom mir-​reġjun tal-​Ġordan biswit Ġeriko lejn il-​lvant, lejn tlugħ ix-​xemx.”+ 16  U Ġeħova kompla jkellem lil Mosè u jgħidlu: 17  “Dawn huma l-​ismijiet taʼ l-​irġiel li se jqassmulkom l-​art biex tkun tagħkom, Elegħażar,+ il-​qassis, u Ġożwè, bin Nun.+ 18  U tieħdu kap ewlieni minn kull tribù biex iqassam l-​art bħala wirt.+ 19  U dawn huma l-​ismijiet taʼ l-​irġiel: Mit-​tribù taʼ Ġuda,+ Kaleb, bin Ġefunne;+ 20  u mit-​tribù taʼ wlied Simegħon,+ Semwel, bin Għammiħud; 21  mit-tribù taʼ Benjamin,+ Elidad, bin Kislon; 22  u mit-​tribù taʼ wlied Dan,+ il-​kap ewlieni Bukki, bin Ġogli; 23  minn ulied Ġużeppi,+ mit-​tribù taʼ wlied Manasse,+ il-​kap ewlieni Ħannijel, bin Efod; 24  u mit-​tribù taʼ wlied Efrajm,+ il-​kap ewlieni Kemwel, bin Siftan; 25  u mit-​tribù taʼ wlied Żebulun,+ il-​kap ewlieni Elisafan, bin Parnak; 26  u mit-​tribù taʼ wlied Issakar,+ il-​kap ewlieni Paltijel, bin Għażżan; 27  u mit-​tribù taʼ wlied Aser,+ il-​kap ewlieni Aħiħud, bin Selomi; 28  u mit-​tribù taʼ wlied Naftali,+ il-​kap ewlieni Pedaħel, bin Għammiħud.” 29  Dawn huma dawk li Ġeħova kkmandahom biex jagħmlu lil ulied Israel sidien l-​art li ngħataw fl-​art taʼ Kangħan.+

Noti taʼ taħt

Ara Ġen 26:17, in-​nota taʼ taħt.
Jiġifieri, “il-​Baħar il-​Kbir, il-​Mediterran.”
Fil-fatt, għadira; il-​Bibbja ssejħilha wkoll l-​għadira taʼ Ġennesaret, il-​Baħar tal-​Galilija, u l-​Baħar taʼ Tiberija.