Numri 33:1-56

33  Dawn kienu l-​vjaġġi taʼ wlied Israel li ħarġu mill-​art taʼ l-​Eġittu+ skond l-​armati tagħhom+ taħt it-​tmexxija taʼ Mosè u Aron.+  U Mosè baqaʼ jirreġistra l-​postijiet tat-​tluq skond il-​vjaġġi tagħhom bl-​ordni taʼ Ġeħova; u dawn kienu l-​vjaġġi tagħhom minn post tat-​tluq għal ieħor:+  U telqu minn Ramesses+ fl-​ewwel xahar, fil-​ħmistax taʼ l-​ewwel xahar.+ Eżatt l-​għada tal-​Qbiż+ ulied Israel ħarġu b’idhom merfugħa ’l fuq* quddiem għajnejn l-​Eġizzjani kollha.+  Sadanittant, l-​Eġizzjani kienu qed jidfnu lil dawk li Ġeħova kien laqat fosthom, jiġifieri, l-​ewwel imweldin kollha;+ u Ġeħova kien għamel ħaqq minn allathom.+  Għalhekk, ulied Israel telqu minn Ramesses+ u kkampjaw f’Sukkot.+  Imbagħad telqu minn Sukkot u kkampjaw f’Etam,+ li qiegħda f’tarf ix-​xagħri.  Imbagħad telqu minn Etam u daru lura lejn Piħaħirot,+ li qiegħda biswit Bagħal-sefon;+ u kkampjaw quddiem Migdol.+  Imbagħad telqu minn Piħaħirot u għaddew minn nofs il-​baħar+ lejn ix-​xagħri+ u baqgħu mexjin vjaġġ taʼ tlett ijiem fix-​xagħri t’Etam+ u kkampjaw f’Marah.+  Imbagħad telqu minn Marah u waslu Elim.+ Issa f’Elim kien hemm tnax-il nixxiegħa taʼ l-​ilma u sebgħin siġra tal-​palm. Għalhekk, ikkampjaw hemmhekk. 10  Imbagħad telqu minn Elim u kkampjaw ħdejn il-​Baħar l-​Aħmar. 11  Imbagħad telqu minn ħdejn il-​Baħar l-​Aħmar u kkampjaw fix-​xagħri tas-​Sin.+ 12  Imbagħad telqu mix-​xagħri tas-​Sin u kkampjaw f’Dofka. 13  Iktar tard telqu minn Dofka u kkampjaw f’Alus. 14  Imbagħad telqu minn Alus u kkampjaw f’Refidim.+ U hemmhekk ma kienx hemm ilma biex jixrob il-​poplu. 15  Imbagħad telqu minn Refidim u kkampjaw fix-​xagħri tas-​Sinaj.+ 16  Imbagħad telqu mix-​xagħri tas-​Sinaj u kkampjaw f’Kibrot-ħattawa.+ 17  Imbagħad telqu minn Kibrot-ħattawa u kkampjaw f’Ħaserot.+ 18  Imbagħad telqu minn Ħaserot u kkampjaw f’Ritma. 19  Imbagħad telqu minn Ritma u kkampjaw f’Rimmon-pereż. 20  Imbagħad telqu minn Rimmon-pereż u kkampjaw f’Libna. 21  Iktar tard telqu minn Libna u kkampjaw f’Rissa. 22  Imbagħad telqu minn Rissa u kkampjaw f’Keħelata. 23  Imbagħad telqu minn Keħelata u kkampjaw fuq il-​Muntanja Sefer. 24  Imbagħad telqu minn fuq il-​Muntanja Sefer u kkampjaw+ f’Ħarada. 25  Imbagħad telqu minn Ħarada u kkampjaw f’Makelot. 26  Imbagħad telqu+ minn Makelot u kkampjaw f’Taħat. 27  Imbagħad telqu minn Taħat u kkampjaw f’Teraħ. 28  Imbagħad telqu minn Teraħ u kkampjaw f’Mitka. 29  Iktar tard telqu minn Mitka u kkampjaw f’Ħasmona. 30  Imbagħad telqu minn Ħasmona u kkampjaw f’Moserot. 31  Imbagħad telqu minn Moserot u kkampjaw f’Bene-ġagħkan.+ 32  Imbagħad telqu minn Bene-ġagħkan u kkampjaw f’Ħor-ħaggidgad. 33  Imbagħad telqu minn Ħor-ħaggidgad u kkampjaw f’Ġotbata.+ 34  Iktar tard telqu minn Ġotbata u kkampjaw f’Għabrona. 35  Imbagħad telqu minn Għabrona u kkampjaw f’Għesjon-geber.+ 36  Imbagħad telqu minn Għesjon-geber u kkampjaw fix-​xagħri taż-​Żin,+ jiġifieri, Kades. 37  Iktar tard telqu minn Kades u kkampjaw fuq il-​Muntanja Ħor,+ fil-​fruntiera taʼ l-​art t’Edom. 38  U Aron, il-​qassis, telaʼ fuq il-​Muntanja Ħor skond l-​ordni taʼ Ġeħova u miet hemmhekk fis-​sena erbgħin wara li wlied Israel ħarġu mill-​art taʼ l-​Eġittu, fil-​ħames xahar, fl-​ewwel tax-​xahar.+ 39  U Aron kellu mija u tlieta u għoxrin sena meta miet fuq il-​Muntanja Ħor. 40  Issa l-​Kangħani, is-​sultan t’Għarad,+ peress li kien jgħammar fin-​Negeb,+ fl-​art taʼ Kangħan, semaʼ li ġew ulied Israel. 41  U dawn telqu minn fuq il-​Muntanja Ħor+ u kkampjaw f’Salmona. 42  Imbagħad telqu minn Salmona u kkampjaw f’Punon. 43  Imbagħad telqu minn Punon u kkampjaw f’Obot.+ 44  Imbagħad telqu minn Obot u kkampjaw f’Ijje-għabarim fil-​fruntiera taʼ Mowab.+ 45  Iktar tard telqu minn Għejjim u kkampjaw f’Dibon-gad.+ 46  Imbagħad telqu minn Dibon-gad u kkampjaw f’Għalmon-diblatajm. 47  Imbagħad telqu minn Għalmon-diblatajm+ u kkampjaw fil-​muntanji taʼ l-​Għabarim+ quddiem Nebo.+ 48  Fl-aħħar telqu mill-​muntanji taʼ l-​Għabarim u kkampjaw fil-​pjanuri tad-​deżert taʼ Mowab+ biswit il-​Ġordan f’Ġeriko. 49  U baqgħu kkampjati biswit il-​Ġordan minn Bet-ġesimot+ sa Abel-sittim+ fil-​pjanuri tad-​deżert taʼ Mowab. 50  U Ġeħova kellem lil Mosè fil-​pjanuri tad-​deżert taʼ Mowab biswit il-​Ġordan f’Ġeriko+ u qallu: 51  “Kellem lil ulied Israel, u għidilhom, ‘Intom se taqsmu l-​Ġordan biex tmorru fl-​art taʼ Kangħan.+ 52  U keċċu minn quddiemkom l-​abitanti kollha taʼ din l-​art u eqirdu l-​figuri tal-​ġebel kollha tagħhom,+ u eqirdu x-​xbihat kollha tagħhom magħmulin minn metall imdewweb,+ u ġibu fix-​xejn il-​postijiet għall-​qima* sagri kollha tagħhom.+ 53  U ħudu l-​art f’idejkom u għammru fiha, għaliex l-​art lilkom se nagħtiha biex tiħduha f’idejkom.+ 54  U qassmu bix-​xorti+ l-​art għalikom stess biex tkun tagħkom skond il-​familji tagħkom.+ Lil min ikun ħafna għandkom iżżidulu l-​wirt tiegħu, u lil min ikun ftit għandkom tnaqqsulu l-​wirt tiegħu.+ Skond fejn jitlagħlu bix-​xorti, hemmhekk isir tiegħu.+ Skond it-​tribujiet taʼ missirijietkom għandkom tieħdu għalikom infuskom proprjetà li tikkonsisti f’art.+ 55  “‘Iżda, jekk ma tkeċċux minn quddiemkom l-​abitanti taʼ l-​art,+ dawk li tħallu minnhom isiru bħal tingiż f’għajnejkom u bħal xewk f’ġenbejkom, u tabilħaqq li jaħqrukom fl-​art li se tgħammru fiha.+ 56  U jiġri li dak li ħsibt li nagħmel lilhom nagħmlu lilkom.’”+

Noti taʼ taħt

Din l-​espressjoni tfisser li tkun “vigoruż, rebbieħ, u qalbieni.”
Letteralment, “postijiet fl-​għoli.” Ara Le 26:30, in-​nota taʼ taħt.