Numri 31:1-54

31  Imbagħad Ġeħova kellem lil Mosè u qallu:  “Agħmel vendetta+ mill-​Midjanin+ għal ulied Israel. Imbagħad tinġabar maʼ niesek.”+  Għalhekk, Mosè kellem lin-​nies u qalilhom: “Armaw minn fostkom irġiel għall-​gwerra, sabiex jintużaw kontra Midjan ħalli jġibu l-​vendetta taʼ Ġeħova fuq Midjan.+  Għandkom tibagħtu fl-​armata elf minn kull tribù mit-​tribujiet kollha taʼ Israel.”  Għaldaqstant, mill-​eluf+ taʼ Israel ġew inkarigati elf minn kull tribù, tnax-il elf li huma armati għall-​gwerra.+  Imbagħad Mosè bagħathom fl-​armata, elf minn kull tribù, lilhom u lil Fineħas,+ bin Elegħażar il-​qassis, li kien inkarigat mill-​għodod imqaddsin u t-​trumbetti+ biex jindaqqu s-​sejħiet.  U dawn iggwerraw kontra Midjan, sewwasew bħalma Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè, u qatlu lil kull raġel u tifel.+  U qatlu lis-​slaten taʼ Midjan flimkien mal-​maqtulin l-​oħrajn, jiġifieri, Evi, Rekem, Żur, Ħur, u Reba, il-​ħames slaten taʼ Midjan;+ u qatlu wkoll lil Balgħam,+ bin Begħor, bis-​sejf.  Imma wlied Israel ġarrew fil-​jasar lin-​nisa taʼ Midjan u liċ-​ċkejknin tagħhom;+ u serqulhom l-​annimali domestiċi kollha u l-​bhejjem kollha u l-​mezz t’għajxien kollu tagħhom. 10  U ħarqu bin-​nar+ il-​bliet kollha li kienu marru joqogħdu fihom u l-​kampijiet kollha tagħhom li kienu mdawrin bil-​ħitan. 11  U ħadu l-​priża+ kollha u kulma ħatfu, kemm nies u kemm annimali domestiċi. 12  U ġabu għand Mosè u Elegħażar, il-​qassis, u għand il-​ġemgħa taʼ wlied Israel l-​ilsiera u kulma nħataf u l-​priża, lejn il-​kamp, lejn il-​pjanuri tad-​deżert taʼ Mowab,+ li qegħdin biswit il-​Ġordan f’Ġeriko. 13  Imbagħad Mosè u Elegħażar, il-​qassis, u l-​kapijiet ewlenin kollha tal-​ġemgħa ħarġu jiltaqgħu magħhom ’il barra mill-​kamp. 14  U Mosè tgħaddab għall-​irġiel maħturin tal-​qawwiet tal-​ġlied,+ il-​kapijiet taʼ l-​eluf u l-​kapijiet tal-​mijiet li kienu deħlin mill-​kampanja militari. 15  Għalhekk, Mosè qalilhom: “In-​nisa kollha ħallejtuhom ħajjin?+ 16  Ara! Huma kienu li, għall-​kelma taʼ Balgħam, ħajru lil ulied Israel iwettqu nuqqas taʼ fedeltà+ lejn Ġeħova minħabba l-​kwistjoni taʼ Pegħor,+ u b’hekk il-​flaġell ġie fuq il-​ġemgħa taʼ Ġeħova.+ 17  U issa oqtlu lis-​subien kollha fost iċ-​ċkejknin, u oqtlu lil kull mara li mteddet maʼ raġel u kellha x’taqsam miegħu.+ 18  U ħallu ħajjin għalikom il-​bniet kollha li ma jafux x’jiġifieri li timtedd maʼ raġel.+ 19  U intom ikkampjaw ’il barra mill-​kamp għal sebat ijiem. Kulmin qatel lil xi ruħ+ u kulmin mess lil xi ħadd maqtul,+ intom għandkom tippurifikaw+ ruħkom fit-​tielet jum u fis-​sebaʼ jum, intom u l-​ilsiera tagħkom. 20  U għandkom tippurifikaw mid-​dnub+ kull libsa u kull oġġett tal-​ġild u kulma hu magħmul mix-​xagħar tal-​mogħoż u kull oġġett taʼ l-​injam.” 21  Elegħażar, il-​qassis, imbagħad qal lill-​irġiel taʼ l-​armata li kienu marru għall-​battalja: “Dan hu l-​istatut tal-​liġi li Ġeħova kkmanda lil Mosè, 22  ‘Huwa biss id-​deheb, il-​fidda, ir-​ram aħmar, il-​ħadid, il-​landa, u ċ-​ċomb, 23  kulma jiflaħ għan-​nar, li għandkom tgħaddu min-​nar,+ u jkun nadif. Biss għandu jiġi purifikat bl-​ilma biex jindaf.+ U dak kollu li ma jiflaħx għan-​nar għandkom tgħadduh mill-​ilma.+ 24  U taħslu ħwejjiġkom fis-​sebaʼ jum u tkunu nodfa, u mbagħad tkunu tistgħu tidħlu fil-​kamp.’”+ 25  U Ġeħova qallu lil Mosè: 26  “Għodd kulma nħataf, dawk li nqabdu, kemm nies u kemm annimali domestiċi, int u Elegħażar, il-​qassis, u l-​kapijiet taʼ missirijiet il-​ġemgħa. 27  U aqsam bin-​nofs kulma nħataf bejn dawk li ħadu sehem fil-​battalja u ħarġu għall-​kampanja militari u l-​bqija kollha tal-​ġemgħa.+ 28  U bħala taxxa+ għal Ġeħova ħu minn fost il-​gwerriera li ħarġu għall-​kampanja militari ruħ waħda minn kull ħames mija, mill-​bnedmin, mill-​baqar, mill-​ħmir, u min-nagħaġ. 29  Min-nofs tagħhom għandkom tiħduha u tagħtuha lil Elegħażar, il-​qassis, bħala l-​kontribuzzjoni taʼ Ġeħova.+ 30  U min-​nofs li ngħata lil ulied Israel għandek tieħu wieħed minn kull ħamsin, mill-​bnedmin, mill-​baqar, mill-​ħmir, min-​nagħaġ, u minn kull tip t’annimal domestiku, u tagħtihom lil-​Leviti,+ dawk li għandhom l-​obbligu li jieħdu ħsieb it-​tabernaklu taʼ Ġeħova.”+ 31  U Mosè u Elegħażar, il-​qassis, għamlu sewwasew bħalma Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè. 32  U l-​priża, il-​bqija minn dak li kien inħataf min-​nies li kienu ħarġu għall-​kampanja militari, kienet sitt mija u ħamsa u sebgħin elf nagħġa, 33  u tnejn u sebgħin elf baqra, 34  u wieħed u sittin elf ħmar. 35  Inkwantu għall-​erwieħ umani,+ in-​nisa li ma kinux jafu x’jiġifieri li timtedd maʼ raġel,+ dawn kollha kienu tnejn u tletin elf ruħ. 36  U n-​nofs li kien sehem dawk li ħarġu għall-​kampanja militari kien tliet mija u sebgħa u tletin elf u ħames mija mill-​merħla tan-​nagħaġ. 37  U t-​taxxa+ għal Ġeħova mill-​merħla tan-​nagħaġ kienet sitt mija u ħamsa u sebgħin. 38  U mill-​merħla tal-​baqar kien hemm sitta u tletin elf, u t-​taxxa fuqhom għal Ġeħova kienet tnejn u sebgħin. 39  U l-​ħmir kienu tletin elf u ħames mija, u t-​taxxa fuqhom għal Ġeħova kienet wieħed u sittin. 40  U l-​erwieħ umani kienu sittax-il elf, u t-​taxxa fuqhom għal Ġeħova kienet tnejn u tletin ruħ. 41  Imbagħad Mosè ta t-​taxxa bħala kontribuzzjoni taʼ Ġeħova lil Elegħażar, il-​qassis,+ sewwasew bħalma Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè.+ 42  U min-​nofs taʼ wlied Israel, li Mosè kien qasmu minn dak li kien taʼ l-​irġiel li ggwerraw: 43  In-nofs tal-​ġemgħa mill-​merħla tan-​nagħaġ kien tliet mija u sebgħa u tletin elf u ħames mija, 44  u mill-​merħla tal-​baqar, sitta u tletin elf, 45  u l-​ħmir, tletin elf u ħames mija, 46  u erwieħ umani, sittax-il elf. 47  Imbagħad min-​nofs is-​sehem li kien taʼ wlied Israel, Mosè ħa l-​wieħed minn kull ħamsin li kellu jieħu mill-​bnedmin u mill-​annimali domestiċi, u tahom lil-​Leviti,+ dawk li kellhom iħarsu l-​obbligu+ li jieħdu ħsieb it-​tabernaklu taʼ Ġeħova, sewwasew bħalma Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè. 48  U l-​irġiel maħturin li kienu fuq l-​eluf taʼ l-​armata,+ il-​kapijiet taʼ l-​eluf u l-​kapijiet tal-​mijiet,+ resqu quddiem Mosè, 49  u qalu lil Mosè: “Il-​qaddejja tiegħek għaddew il-​gwerriera li jinsabu taħt il-​kmand tagħna u lanqas wieħed ma ġie rapportat li hu nieqes minna.+ 50  Għalhekk, ħa jippreżenta kull wieħed dak li sab bħala offerta lil Ġeħova,+ oġġetti tad-​deheb, ornamenti li jintlibsu fis-​saqajn, brazzuletti, ċrieket tas-​siġill,+ imsielet, u tiżjin tan-​nisa,+ sabiex nagħmlu tpattija għalina quddiem Ġeħova.” 51  Għaldaqstant, Mosè u Elegħażar, il-​qassis, aċċettaw id-​deheb mingħandhom,+ il-​ġojjelli kollha. 52  U d-​deheb kollu tal-​kontribuzzjoni li taw lil Ġeħova kien sittax-il elf, sebaʼ mija u ħamsin xekel, mingħand il-​kapijiet taʼ l-​eluf u l-​kapijiet tal-​mijiet. 53  Kull raġel mill-​armata ħa sehmu mill-​priża.+ 54  Għalhekk, Mosè u Elegħażar, il-​qassis, aċċettaw id-​deheb mingħand il-​kapijiet taʼ l-​eluf u tal-​mijiet u ħaduh fit-​tinda tal-​laqgħa bħala tifkira+ għal ulied Israel quddiem Ġeħova.

Noti taʼ taħt