Numri 30:1-16

30  Imbagħad Mosè kellem lill-​kapijiet+ tat-​tribujiet taʼ wlied Israel u qalilhom: “Din hi l-​kelma li kkmanda Ġeħova:  Jekk raġel jagħmel wegħda+ lil Ġeħova jew jaħlef li jorbot ruħu b’wegħda+ t’astinenza,+ m’għandux jikser kelmtu.+ Għandu jagħmel skond kulma ħareġ minn fommu.+  “U jekk mara tagħmel wegħda lil Ġeħova+ jew tintrabat b’wegħda t’astinenza fid-​dar taʼ missierha f’żgħożitha,  u missierha jismaʼ l-​wegħda tagħha jew il-​wegħda t’astinenza tagħha li ntrabtet biha, u missierha ma jgħidilha xejn, il-​wegħdi kollha tagħha jibqgħu jgħoddu, u kull wegħda t’astinenza+ li ntrabtet biha tibqaʼ tgħodd.  Imma jekk missierha jħassrilha dakinhar li jismaʼ l-​wegħdi kollha tagħha jew il-​wegħdi t’astinenza tagħha li ntrabtet bihom, dawn ma jibqgħux jgħoddu, u Ġeħova jaħfrilha, għaliex missierha ħassrilha.+  “Madankollu, jekk, fil-​fatt, tkun miżżewġa, u l-​wegħda tagħha tkun fuqha+ jew il-​wegħda bla ħsieb taʼ xofftejha li ntrabtet biha,  u żewġha jismagħha u ma jgħidilha xejn dakinhar li jismagħha, il-​wegħdi tagħha jibqgħu jgħoddu u l-​wegħdi t’astinenza tagħha li ntrabtet bihom jibqgħu jgħoddu wkoll.+  Imma jekk żewġha dakinhar li jismagħha jħassrilha,+ ikun annulla l-​wegħda tagħha li kienet fuqha jew il-​wegħda bla ħsieb taʼ xofftejha li ntrabtet biha, u Ġeħova jaħfrilha.+  “Fil-​każ tal-​wegħda t’armla jew mara divorzjata, kulma ntrabtet bih ikun jgħodd kontriha. 10  “Madankollu, jekk ikun fid-​dar taʼ żewġha li għamlet wegħda jew intrabtet b’wegħda t’astinenza+ permezz taʼ xi ħalfa, 11  u żewġha semagħha u ma qalilha xejn, ma jkunx ħassrilha; u l-​wegħdi kollha tagħha jibqgħu jgħoddu u kwalunkwe wegħda t’astinenza li ntrabtet biha tibqaʼ tgħodd. 12  Imma jekk żewġha jkun annullahom għalkollox dakinhar li semaʼ kwalunkwe espressjoni taʼ xofftejha bħala l-​wegħdi tagħha jew bħala wegħda t’astinenza li ntrabtet biha, ma jibqgħux jgħoddu.+ Żewġha annullahom, u Ġeħova jaħfrilha.+ 13  Kull wegħda jew kull ħalfa taʼ wegħda t’astinenza li biha tgħakkes ruħha,*+ żewġha għandu jistabbiliha u żewġha għandu jannullaha. 14  Imma jekk żewġha ma jgħidilha assolutament xejn minn jum għal jum, ikun stabbilixxa l-​wegħdi kollha tagħha jew il-​wegħdi t’astinenza kollha tagħha li jkunu fuqha.+ Ikun stabbilihom għaliex ma qalilha xejn dakinhar li semagħhom. 15  U jekk jannullahom għalkollox wara li jismagħhom, hu jġorr l-​iżball tagħha.+ 16  “Dawn huma r-​regolamenti li Ġeħova kkmanda lil Mosè, bejn raġel u martu,+ bejn missier u bintu f’żgħożitha fid-​dar taʼ missierha.”+

Noti taʼ taħt

Ara Le 16:29, in-​nota taʼ taħt.