Numri 3:1-51

3  Issa dawn kienu l-​ġenerazzjonijiet t’Aron u taʼ Mosè dakinhar li Ġeħova kellem lil Mosè fuq il-​Muntanja Sinaj.+  U dawn kienu l-​ismijiet taʼ wlied Aron: Nadab, l-​ewwel imwieled, u Abiħu,+ Elegħażar+ u Itamar.+  Dawn kienu l-​ismijiet taʼ wlied Aron, il-​qassisin midlukin li f’idhom kienet ngħatat is-​setgħa biex jaqdu bħala qassisin.+  Iżda Nadab u Abiħu mietu quddiem Ġeħova meta offrew nar projbit+ quddiem Ġeħova fix-​xagħri tas-​Sinaj; u ma kellhomx ulied. Imma Elegħażar+ u Itamar+ komplew jaqdu bħala qassisin flimkien maʼ missierhom Aron.  U Ġeħova kellem lil Mosè u qallu:  “Ġib ħdejk it-​tribù taʼ Levi,+ u ġegħelhom jieqfu quddiem Aron, il-​qassis, u jridu jaqduh.+  U jridu jħarsu l-​obbligu tagħhom lejh u l-​obbligu tagħhom lejn il-​ġemgħa kollha quddiem it-​tinda tal-​laqgħa meta jwettqu s-​servizz tat-​tabernaklu.  U jridu jieħdu ħsieb l-​għodod+ kollha tat-​tinda tal-​laqgħa, saħansitra l-​obbligu taʼ wlied Israel meta jwettqu s-​servizz tat-​tabernaklu.+  U agħti l-​Leviti lil Aron u lil uliedu. Huma l-​uħud mogħtijin,* mogħtijin lilu minn fost ulied Israel.+ 10  U għandek taħtar lil Aron u lil uliedu, u dawn iridu jieħdu ħsieb is-​saċerdozju+ tagħhom; u kwalunkwe individwu mhux awtorizzat* li jersaq qrib għandu jingħata l-​mewt.”+ 11  U Ġeħova kompla jkellem lil Mosè u jgħidlu: 12  “U jien, ara, nieħu l-​Leviti minn fost ulied Israel minflok l-​ewwel imweldin+ kollha taʼ wlied Israel li jiftħu l-​ġuf; u l-​Leviti jsiru tiegħi. 13  Għax kull l-​ewwel imwieled hu tiegħi.+ Dakinhar li lqatt lil kull l-​ewwel imwieled fl-​art taʼ l-​Eġittu+ qaddist għalija nnifsi lil kull l-​ewwel imwieled f’Israel minn bniedem sa bhima.+ Għandhom isiru tiegħi. Jien Ġeħova.” 14  U Ġeħova kompla jkellem lil Mosè fix-​xagħri tas-​Sinaj+ u jgħidlu: 15  “Irreġistra lil ulied Levi skond dar missirijiethom, skond il-​familji tagħhom. Għandek tirreġistra lil kull wieħed tas-​sess maskil minn xahar ’il fuq.”+ 16  U Mosè beda jirreġistrahom skond l-​ordni taʼ Ġeħova, sewwasew bħalma kien ġie kmandat. 17  U dawn kienu wlied Levi+ skond ismijiethom: Gerson, Keħat, u Merari.+ 18  Issa dawn kienu l-​ismijiet taʼ wlied Gerson skond il-​familji tagħhom: Libni u Simgħi.+ 19  U wlied Keħat+ skond il-​familji tagħhom kienu Għamram u Isħar,+ Ħebron u Użżijel. 20  U wlied Merari+ skond il-​familji tagħhom kienu Maħli+ u Musi.+ Dawn kienu l-​familji tal-​Leviti skond dar missirijiethom. 21  Minn Gerson kien hemm il-​familja tal-​Libnin+ u l-​familja tas-​Simgħin.+ Dawn kienu l-​familji tal-​Gersonin. 22  Dawk li ġew reġistrati minn fosthom kienu skond l-​għadd taʼ dawk kollha tas-​sess maskil minn xahar ’il fuq,+ u dawn kienu sebat elef u ħames mija.+ 23  Il-familji tal-​Gersonin kienu wara t-​tabernaklu.+ Kienu kkampjati lejn il-​punent. 24  U l-​kap ewlieni tal-​familja min-​naħa tal-​missier għall-​Gersonin kien Eljasaf, bin Lagħel. 25  U l-​obbligu taʼ wlied Gerson+ fit-​tinda tal-​laqgħa kien li jieħdu ħsieb it-​tabernaklu u t-​tinda,+ l-​għata tagħha+ u l-​purtiera+ tad-​daħla tat-​tinda tal-​laqgħa, 26  u l-​purtieri+ tal-​bitħa u l-​purtiera+ tad-​daħla tal-​bitħa li hi dawramejt mat-​tabernaklu u l-​artal, u l-​ħbula tat-​tined tiegħu,+ għas-​servizz kollu tiegħu. 27  U minn Keħat kien hemm il-​familja taʼ l-​Għamramin u l-​familja taʼ l-​Isħarin u l-​familja tal-​Ħebronin u l-​familja taʼ l-​Użżijelin. Dawn kienu l-​familji tal-​Keħatin.+ 28  Fost l-​għadd taʼ dawk kollha tas-​sess maskil minn xahar ’il fuq kien hemm tmint elef u sitt mija li kellhom l-​obbligu li jieħdu ħsieb il-​post qaddis.+ 29  Il-familji taʼ wlied Keħat kienu kkampjati fuq in-​naħa tat-​tabernaklu lejn in-​nofsinhar.+ 30  U l-​kap ewlieni tal-​familja min-​naħa tal-​missier għall-​familji tal-​Keħatin kien Elisafan, bin Użżijel.+ 31  U huma kellhom l-​obbligu+ li jieħdu ħsieb l-​Arka+ u l-​mejda+ u l-​gandlier+ u l-​artali+ u l-​għodod+ tal-​post qaddis li kellhom jaqdu bihom u l-​purtiera tad-​daħla,+ u s-​servizz kollu tiegħu. 32  U l-​kap ewlieni fuq il-​kapijiet ewlenin tal-​Leviti kien Elegħażar,+ bin Aron, il-​qassis, li kien jindokra lil dawk li kellhom l-​obbligu li jieħdu ħsieb il-​post qaddis. 33  Minn Merari kien hemm il-​familja tal-​Maħlin+ u l-​familja tal-​Musin.+ Dawn kienu l-​familji taʼ Merari.+ 34  U dawk reġistrati minn fosthom skond l-​għadd taʼ dawk kollha tas-​sess maskil minn xahar ’il fuq kienu sitt elef u mitejn.+ 35  U l-​kap ewlieni tal-​familja min-​naħa tal-​missier għall-​familji taʼ Merari kien Surjel, bin Abiħajl. Dawn kienu kkampjati fuq in-​naħa tat-​tabernaklu lejn it-​tramuntana.+ 36  U wlied Merari kellhom l-​obbligu li jindokraw it-​twavel* tal-​qafas+ tat-​tabernaklu u t-​traversi,+ il-​kolonni,+ il-​pedestalli bl-​ingast, l-​għodod kollha,+ u s-​servizz kollu tiegħu,+ 37  u l-​pilastri+ tal-​bitħa dawramejt u l-​pedestalli bl-​ingast,+ l-​imsiemer tat-​tined, u l-​ħbula tat-​tined tagħhom. 38  U dawk li kkampjaw quddiem it-​tabernaklu lejn il-​lvant, quddiem it-​tinda tal-​laqgħa lejn tlugħ ix-​xemx, kienu Mosè u Aron u wliedu, dawk li kellhom l-​obbligu li jieħdu ħsieb is-​santwarju,+ bħala l-​obbligu għal ulied Israel. U kwalunkwe individwu mhux awtorizzat li jersaq qrib kellu jingħata l-​mewt.+ 39  L-uħud reġistrati kollha tal-​Leviti li Mosè u Aron irreġistraw skond l-​ordni taʼ Ġeħova, skond il-​familji tagħhom, dawk kollha tas-​sess maskil minn xahar ’il fuq, kienu tnejn u għoxrin elf. 40  Imbagħad Ġeħova qal lil Mosè: “Irreġistra lil dawk kollha tas-​sess maskil li twieldu l-​ewwel fost ulied Israel minn xahar ’il fuq,+ u ħu l-​għadd taʼ ismijiethom. 41  U ħu l-​Leviti għalija—jien Ġeħova—minflok dawk kollha li twieldu l-​ewwel fost ulied Israel,+ u l-​annimali domestiċi tal-​Leviti minflok dawk kollha li twieldu l-​ewwel fost l-​annimali domestiċi taʼ wlied Israel.”+ 42  U Mosè rreġistra lil dawk kollha li twieldu l-​ewwel fost ulied Israel, sewwasew bħalma kien ikkmandah Ġeħova. 43  U dawk kollha tas-​sess maskil li twieldu l-​ewwel, minn xahar ’il fuq, skond l-​għadd taʼ l-​ismijiet taʼ l-​uħud reġistrati tagħhom kienu tnejn u għoxrin elf, mitejn u tlieta u sebgħin. 44  U Ġeħova kompla jkellem lil Mosè u jgħidlu: 45  “Ħu l-​Leviti minflok dawk kollha li twieldu l-​ewwel fost ulied Israel, u l-​annimali domestiċi tal-​Leviti minflok l-​annimali domestiċi tagħhom; u l-​Leviti jsiru tiegħi.+ Jien Ġeħova. 46  U bħala l-​prezz tal-​fidwa+ għall-​mitejn u tlieta u sebgħin ruħ li twieldu l-​ewwel fost ulied Israel, li huma iżjed fl-​għadd milli huma l-​Leviti,+ 47  ħu ħames xwiekel għal kull individwu.+ Għandek tieħu skond ix-​xekel tal-​post qaddis. Xekel hu għoxrin gera.+ 48  U l-​flus agħtihom lil Aron u lil uliedu bħala l-​prezz tal-​fidwa għal dawk li huma iżjed fl-​għadd minnhom.” 49  Għalhekk, Mosè ħa l-​flus tal-​prezz tal-​ħelsien mingħand dawk li kien hemm iżjed mill-​prezz tal-​fidwa tal-​Leviti. 50  Mingħand dawk li twieldu l-​ewwel fost ulied Israel ħadhom il-​flus, elf, tliet mija u ħamsa u sittin xekel, skond ix-​xekel tal-​post qaddis. 51  Imbagħad Mosè ta l-​flus tal-​prezz tal-​fidwa lil Aron u lil uliedu skond l-​ordni taʼ Ġeħova, sewwasew bħalma Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè.

Noti taʼ taħt

“Uħud mogħtijin.” Bl-​Ebrajk, netunim, relatata mat-​titlu “Netinin.” Ara Esd 2:43.
Letteralment, “kwalunkwe stranġier.”
Ara Eżo 26:15, in-​nota taʼ taħt.