Numri 29:1-40

29  “‘U fis-​sebaʼ xahar, fl-​ewwel tax-​xahar, għandkom tagħmlu konvenzjoni mqaddsa.+ Tagħmlu ebda tip taʼ xogħol taʼ strapazz.+ Għandu jkun għalikom jum tad-​daqq tat-​trumbetta.+  U toffru bħala offerta tal-​ħruq, bħala riħa pjaċevoli lil Ġeħova, barri żgħir, muntun, sebat iħrief irġiel kull wieħed taʼ sena, bla difett;+  u bħala l-​offerta tal-​qmuħ taʼ dqiq fin miblul fiż-​żejt, tlieta minn għaxra t’efa għall-​barri, tnejn minn għaxra t’efa għall-​muntun,+  u waħda minn għaxra t’efa għal kull ħaruf mis-​sebat iħrief irġiel;+  u gidi bħala offerta għad-​dnub biex jagħmel tpattija għalikom;+  minbarra l-​offerta tal-​ħruq taʼ kull xahar+ u l-​offerta tal-​qmuħ li joffru magħha+ u l-​offerta tal-​ħruq offruta regolarment+ u l-​offerta tal-​qmuħ li joffru magħha,+ flimkien maʼ l-​offerti tax-​xorb li joffru magħhom,+ skond il-​proċedura regulari għalihom, bħala riħa pjaċevoli, offerta magħmula bin-​nar lil Ġeħova.+  “‘U fl-​għaxra taʼ dan is-​sebaʼ xahar għandkom tagħmlu konvenzjoni mqaddsa,+ u tridu tgħakksu ruħkom.*+ Tagħmlu ebda tip taʼ xogħol.+  U tridu tippreżentaw bħala offerta tal-​ħruq lil Ġeħova, bħala riħa pjaċevoli, barri żgħir, muntun, sebat iħrief irġiel kull wieħed taʼ sena.+ Qisu li jkunu bla difett.+  U bħala l-​offerta tal-​qmuħ taʼ dqiq fin miblul fiż-​żejt tlieta minn għaxra t’efa għall-​barri, tnejn minn għaxra t’efa għall-​muntun,+ 10  wieħed minn għaxra t’efa għal kull ħaruf mis-​sebat iħrief irġiel;+ 11  gidi bħala offerta għad-​dnub, minbarra l-​offerta għad dnub bħala tpattija+ u l-​offerta tal-​ħruq offruta regolarment u l-​offerta tal-​qmuħ li joffru magħha, flimkien maʼ l-​offerti tax-​xorb li joffru magħhom.+ 12  “‘U fil-​ħmistax tas-​sebaʼ xahar+ għandkom tagħmlu konvenzjoni mqaddsa.+ Tagħmlu ebda tip taʼ xogħol taʼ strapazz,+ u tridu tiċċelebraw festa lil Ġeħova għal sebat ijiem.+ 13  U tridu tippreżentaw bħala offerta tal-​ħruq,+ offerta magħmula bin-​nar, b’riħa pjaċevoli lil Ġeħova, tlettax-il barri żgħir, żewġ imtaten, erbatax-il ħaruf kull wieħed taʼ sena. Għandhom ikunu bla difett.+ 14  U bħala l-​offerta tal-​qmuħ taʼ dqiq fin miblul fiż-​żejt tlieta minn għaxra t’efa għal kull barri mit-​tlettax-il barri, tnejn minn għaxra t’efa għal kull muntun miż-​żewġ imtaten,+ 15  u wieħed minn għaxra t’efa għal kull ħaruf mill-​erbatax-il ħaruf;+ 16  u gidi bħala offerta għad-​dnub, minbarra l-​offerta tal-​ħruq offruta regolarment, l-​offerta tal-​qmuħ li joffru magħha u l-​offerta tax-​xorb li joffru magħha.+ 17  “‘U fit-​tieni jum tnax-il barri żgħir, żewġ imtaten, erbatax-il ħaruf kull wieħed taʼ sena, bla difett;+ 18  u l-​offerta tal-​qmuħ+ li joffru magħhom u l-​offerti tax-​xorb li joffru magħhom+ għall-​barrin, għall-​imtaten u għall-​ħrief irġiel skond l-​għadd tagħhom u skond il-​proċedura regulari;+ 19  u gidi bħala offerta għad-​dnub,+ minbarra l-​offerta tal-​ħruq offruta regolarment u l-​offerta tal-​qmuħ li joffru magħha, flimkien maʼ l-​offerti tax-​xorb li joffru magħhom.+ 20  “‘U fit-​tielet jum ħdax-il barri, żewġ imtaten, erbatax-il ħaruf kull wieħed taʼ sena, bla difett;+ 21  u l-​offerta tal-​qmuħ li joffru magħhom+ u l-​offerti tax-​xorb li joffru magħhom+ għall-​barrin, għall-​imtaten u għall-​ħrief irġiel skond l-​għadd tagħhom u skond il-​proċedura regulari; 22  u mogħża bħala offerta għad-​dnub,+ minbarra l-​offerta tal-​ħruq offruta regolarment u l-​offerta tal-​qmuħ li joffru magħha u l-​offerta tax-​xorb li joffru magħha. 23  “‘U fir-​rabaʼ jum għaxar barrin, żewġ imtaten, erbatax-il ħaruf kull wieħed taʼ sena, bla difett;+ 24  l-offerta tal-​qmuħ+ u l-​offerti tax-​xorb+ għall-​barrin, għall-​imtaten u għall-​ħrief irġiel skond l-​għadd tagħhom u skond il-​proċedura regulari;+ 25  u gidi bħala offerta għad-​dnub,+ minbarra l-​offerta tal-​ħruq offruta regolarment,+ l-​offerta tal-​qmuħ li joffru magħha u l-​offerta tax-​xorb li joffru magħha.+ 26  “‘U fil-​ħames jum disaʼ barrin, żewġ imtaten, erbatax-il ħaruf kull wieħed taʼ sena, bla difett;+ 27  u l-​offerta tal-​qmuħ+ u l-​offerti tax-​xorb+ għall-​barrin, għall-​imtaten u għall-​ħrief irġiel skond l-​għadd tagħhom u skond il-​proċedura regulari;+ 28  u mogħża bħala offerta għad-​dnub,+ minbarra l-​offerta tal-​ħruq offruta regolarment u l-​offerta tal-​qmuħ li joffru magħha u l-​offerta tax-​xorb li joffru magħha.+ 29  “‘U fis-​sitt jum tmien barrin, żewġ imtaten, erbatax-il ħaruf kull wieħed taʼ sena, bla difett;+ 30  u l-​offerta tal-​qmuħ+ u l-​offerti tax-​xorb+ għall-​barrin, għall-​imtaten u għall-​ħrief irġiel skond l-​għadd tagħhom u skond il-​proċedura regulari;+ 31  u mogħża bħala offerta għad-​dnub,+ minbarra l-​offerta tal-​ħruq offruta regolarment, l-​offerta tal-​qmuħ li joffru magħha u l-​offerti tax-​xorb li joffru magħha.+ 32  “‘U fis-​sebaʼ jum sebaʼ barrin, żewġ imtaten, erbatax-il ħaruf kull wieħed taʼ sena, bla difett;+ 33  u l-​offerta tal-​qmuħ+ u l-​offerti tax-​xorb+ għall-​barrin, għall-​imtaten u għall-​ħrief irġiel skond l-​għadd tagħhom u skond il-​proċedura regulari għalihom;+ 34  u mogħża bħala offerta għad-​dnub,+ minbarra l-​offerta tal-​ħruq offruta regolarment, l-​offerta tal-​qmuħ li joffru magħha u l-​offerta tax-​xorb li joffru magħha.+ 35  “‘U fit-​tmien jum għandkom tagħmlu assemblea solenni.+ Tagħmlu ebda tip taʼ xogħol taʼ strapazz.+ 36  U tridu tippreżentaw bħala offerta tal-​ħruq, offerta magħmula bin-​nar, b’riħa pjaċevoli lil Ġeħova, barri, muntun, sebat iħrief irġiel kull wieħed taʼ sena, bla difett;+ 37  u l-​offerta tal-​qmuħ+ u l-​offerti tax-​xorb+ għall-​barri, għall-​muntun u għall-​ħrief irġiel skond l-​għadd tagħhom u skond il-​proċedura regulari;+ 38  u mogħża waħda bħala offerta għad-​dnub,+ minbarra l-​offerta tal-​ħruq offruta regolarment u l-​offerta tal-​qmuħ li joffru magħha u l-​offerta tax-​xorb li joffru magħha.+ 39  “‘Dawn toffruhom lil Ġeħova fil-​festi taʼ l-​istaġuni tagħkom,+ minbarra l-​offerti li tagħmlu b’wegħda+ u l-​offerti volontarji+ bħala l-​offerti tal-​ħruq+ u l-​offerti tal-​qmuħ+ u l-​offerti tax-​xorb+ u s-​sagrifiċċji taʼ sħubija tagħkom.’”+ 40  U Mosè kellem lil ulied Israel skond kulma Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè.+

Noti taʼ taħt

Ara Le 16:29, in-​nota taʼ taħt.