Numri 26:1-65

26  U ġara li, wara l-​flaġell,+ Ġeħova ssokta jgħid dan lil Mosè u lil Elegħażar, bin Aron il-​qassis:  “Għoddu l-​ġemgħa kollha taʼ wlied Israel minn għoxrin sena ’l fuq, skond dar missirijiethom, dawk kollha li ngħaqdu maʼ l-​armata f’Israel.”+  U Mosè u Elegħażar,+ il-​qassis, kellmuhom fil-​pjanuri tad-​deżert taʼ Mowab+ biswit il-​Ġordan f’Ġeriko+ u qalulhom:  “Għoddu l-​irġiel kollha minn għoxrin sena ’l fuq, sewwasew bħalma Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè.”+ Issa wlied Israel li ħarġu mill-​art taʼ l-​Eġittu kienu:  Ruben, l-​ewwel imwieled taʼ Israel;+ ulied Ruben: Minn Ħanok,+ il-​familja tal-​Ħanokin; minn Pallu,+ il-​familja tal-​Palluwin;  minn Ħesron,+ il-​familja tal-​Ħesronin; minn Karmi,+ il-​familja tal-​Karmin.  Dawn kienu l-​familji tar-​Rubenin, u dawk li ġew reġistrati minn fosthom kienu tlieta u erbgħin elf, sebaʼ mija u tletin.+  U bin Pallu kien Eljab.  U wlied Eljab: Nemwel, Datan, u Abiram. Dawn Datan+ u Abiram+ kienu l-​imsejħin tal-​ġemgħa, li ħaduha kontra Mosè u Aron fil-​ġemgħa taʼ Koraħ,+ meta ssieltu kontra Ġeħova. 10  Imbagħad l-​art fetħet fommha u belgħethom.+ U Koraħ miet mal-​ġemgħa meta n-​nar ħaraq mitejn u ħamsin raġel.+ U dawn saru simbolu taʼ twissija.+ 11  Madankollu, ulied Koraħ ma mitux.+ 12  Ulied Simegħon+ skond il-​familji tagħhom: Minn Nemwel,+ il-​familja tan-​Nemwelin; minn Ġamin,+ il-​familja tal-​Ġaminin; minn Ġakin,+ il-​familja tal-​Ġakinin; 13  minn Żeraħ, il-​familja taż-​Żeraħin; minn Sagħul,+ il-​familja tas-​Sagħulin. 14  Dawn kienu l-​familji tas-​Simegħonin: tnejn u għoxrin elf u mitejn.+ 15  Ulied Gad+ skond il-​familji tagħhom: Minn Sefon, il-​familja tas-​Sefonin; minn Ħaggi, il-​familja tal-​Ħaggin; minn Suni, il-​familja tas-​Sunin; 16  minn Ożni, il-​familja taʼ l-​Ożnin; minn Għeri, il-​familja taʼ l-​Għerin; 17  minn Arod,* il-​familja taʼ l-​Arodin; minn Areli,+ il-​familja taʼ l-​Arelin. 18  Dawn kienu l-​familji taʼ wlied Gad, taʼ dawk li ġew reġistrati minn fosthom: erbgħin elf u ħames mija.+ 19  Ulied Ġuda+ kienu Għer+ u Onan.+ Iżda, Għer u Onan mietu fl-​art taʼ Kangħan.+ 20  U wlied Ġuda kienu, skond il-​familji tagħhom: Minn Selaħ,+ il-​familja tas-​Selanin; minn Pereż,+ il-​familja tal-​Pereżin; minn Żeraħ,+ il-​familja taż-​Żeraħin. 21  U wlied Pereż kienu: Minn Ħesron,+ il-​familja tal-​Ħesronin; minn Ħamul,+ il-​familja tal-​Ħamulin. 22  Dawn kienu l-​familji taʼ Ġuda,+ taʼ dawk li ġew reġistrati minn fosthom: sitta u sebgħin elf u ħames mija.+ 23  Ulied Issakar,+ skond il-​familji tagħhom, kienu: Minn Tola,+ il-​familja tat-​Tolagħin; minn Puwa, il-​familja tal-​Puwin; 24  minn Ġasub, il-​familja tal-​Ġasubin; minn Simron,+ il-​familja tas-​Simronin. 25  Dawn kienu l-​familji taʼ Issakar, taʼ dawk li ġew reġistrati minn fosthom: erbgħa u sittin elf u tliet mija.+ 26  Ulied Żebulun,+ skond il-​familji tagħhom, kienu: Minn Sered, il-​familja tas-​Seredin; minn Elon, il-​familja taʼ l-​Elonin; minn Ġaħlel,+ il-​familja tal-​Ġaħlelin. 27  Dawn kienu l-​familji taż-​Żebulunin, taʼ dawk li ġew reġistrati minn fosthom: sittin elf u ħames mija.+ 28  Ulied Ġużeppi,+ skond il-​familji tagħhom, kienu Manasse u Efrajm.+ 29  Ulied Manasse+ kienu: Minn Makir,+ il-​familja tal-​Makirin. U Makir nissel lil Gilegħad.+ Minn Gilegħad, il-​familja tal-​Gilegħadin. 30  Dawn kienu wlied Gilegħad: Minn Jeżer,+ il-​familja tal-​Jeżerin, minn Ħelek, il-​familja tal-​Ħelekin; 31  minn Asrijel, il-​familja taʼ l-​Asrijelin; minn Sikem, il-​familja tas-​Sikemin; 32  minn Semida,+ il-​familja tas-​Semidagħin; minn Ħefer,+ il-​familja tal-​Ħeferin. 33  Issa Selofeħad, bin Ħefer, ma kellux ulied subien, imma bniet,+ u l-​ismijiet tal-​bniet taʼ Selofeħad kienu Maħla, Nogħa, Ħogla, Milka, u Tirsa.+ 34  Dawn kienu l-​familji taʼ Manasse, u dawk li ġew reġistrati minn fosthom kienu tnejn u ħamsin elf u sebaʼ mija.+ 35  Dawn kienu wlied Efrajm,+ skond il-​familji tagħhom: Minn Sutelaħ,+ il-​familja tas-​Sutelaħin; minn Beker, il-​familja tal-​Bekerin; minn Taħan,+ il-​familja tat-​Taħanin. 36  U dawn kienu wlied Sutelaħ: Minn Għeran, il-​familja taʼ l-​Għeranin. 37  Dawn kienu l-​familji taʼ wlied Efrajm,+ taʼ dawk li ġew reġistrati minn fosthom: tnejn u tletin elf u ħames mija. Dawn kienu wlied Ġużeppi, skond il-​familji tagħhom.+ 38  Ulied Benjamin,+ skond il-​familji tagħhom, kienu: Minn Bela,+ il-​familja tal-​Belagħin; minn Asbel,+ il-​familja taʼ l-​Asbelin; minn Aħiram, il-​familja taʼ l-​Aħiramin; 39  minn Sefufam, il-​familja tas-​Sufamin; minn Ħufam,+ il-​familja tal-​Ħufamin. 40  Ulied Bela kienu Ard u Nagħman:+ Minn Ard, il-​familja taʼ l-​Ardin; minn Nagħman, il-​familja tan-​Nagħmin. 41  Dawn kienu wlied Benjamin,+ skond il-​familji tagħhom, u dawk li ġew reġistrati minn fosthom kienu ħamsa u erbgħin elf u sitt mija.+ 42  Dawn kienu wlied Dan,+ skond il-​familji tagħhom: Minn Suħam, il-​familja tas-​Suħamin. Dawn kienu l-​familji taʼ Dan,+ skond il-​familji tagħhom. 43  Il-familji kollha tas-​Suħamin, taʼ dawk li ġew reġistrati minn fosthom, kienu erbgħa u sittin elf u erbaʼ mija.+ 44  Ulied Aser,+ skond il-​familji tagħhom, kienu: Minn Imnaħ,+ il-​familja taʼ l-​Imnin; minn Iswi,+ il-​familja taʼ l-​Iswin; minn Berija, il-​familja tal-​Berijin; 45  minn ulied Berija: Minn Ħeber, il-​familja tal-​Ħeberin; minn Malkijel,+ il-​familja tal-​Malkijelin. 46  U bint Aser kien jisimha Seraħ.+ 47  Dawn kienu l-​familji taʼ wlied Aser,+ taʼ dawk li ġew reġistrati minn fosthom: tlieta u ħamsin elf u erbaʼ mija.+ 48  Ulied Naftali,+ skond il-​familji tagħhom, kienu: Minn Ġaħsel,+ il-​familja tal-​Ġaħselin; minn Guni,+ il-​familja tal-​Gunin; 49  minn Ġeżer,+ il-​familja tal-​Ġeżerin; minn Sillem,+ il-​familja tas-​Sillemin. 50  Dawn kienu l-​familji taʼ Naftali,+ skond il-​familji tagħhom, u dawk li ġew reġistrati minn fosthom kienu ħamsa u erbgħin elf u erbaʼ mija.+ 51  Dawn kienu dawk li ġew reġistrati minn fost ulied Israel: sitt mitt elf u wieħed u sebaʼ mija u tletin.+ 52  Imbagħad Ġeħova kellem lil Mosè u qallu: 53  “Lil dawn għandek tqassmilhom l-​art bħala wirt skond l-​għadd taʼ l-​ismijiet.+ 54  Skond kemm ikun kbir l-​għadd għandek iżżid il-​wirt taʼ dak li jkun, u skond kemm ikun żgħir għandek tnaqqaslu l-​wirt.+ Kull wieħed għandu jingħata wirt skond kemm ikollu nies reġistrati. 55  L-art għandha titqassam billi tittellaʼ bix-​xorti.+ Skond l-​ismijiet tat-​tribujiet taʼ missirijiethom għandhom jiksbu wirt. 56  Skond kif tmiss ix-​xorti għandu jitqassam il-​wirt taʼ dak li jkun bejn il-​ħafna u l-​ftit.” 57  Issa dawn ġew reġistrati minn fost il-​Leviti+ skond il-​familji tagħhom: Minn Gerson,+ il-​familja tal-​Gersonin; minn Keħat,+ il-​familja tal-​Keħatin; minn Merari,+ il-​familja tal-​Merarin. 58  Dawn kienu l-​familji tal-​Leviti: il-​familja tal-​Libnin,+ il-​familja tal-​Ħebronin,+ il-​familja tal-​Maħlin,+ il-​familja tal-​Musin,+ il-​familja tal-​Koraħin.+ U Keħat+ nissel lil Għamram.+ 59  U mart Għamram kien jisimha Ġokebed,+ bint Levi, li twieldet lil Levi fl-​Eġittu. Maż-​żmien, lil Għamram wilditlu lil Aron u lil Mosè u lil oħthom Mirjam.+ 60  Imbagħad lil Aron twildulu Nadab u Abiħu,+ Elegħażar u Itamar.+ 61  Imma Nadab u Abiħu mietu għax ippreżentaw nar projbit quddiem Ġeħova.+ 62  U dawk li ġew reġistrati minn fosthom kienu tlieta u għoxrin elf, kollha tas-​sess maskil minn xahar ’il fuq.+ Għax dawn ma ġewx reġistrati fost ulied Israel,+ għaliex ma kellu jingħatalhom ebda wirt fost ulied Israel.+ 63  Dawn kollha kienu ġew reġistrati minn Mosè u Elegħażar, il-​qassis, meta rreġistraw lil ulied Israel fil-​pjanuri tad-​deżert taʼ Mowab biswit il-​Ġordan f’Ġeriko.+ 64  Imma fost dawn ma kien hemm ebda raġel minn dawk li kienu rreġistraw Mosè u Aron, il-​qassis, meta dawn irreġistraw lil ulied Israel fix-​xagħri tas-​Sinaj.+ 65  Għax Ġeħova kien qal dwarhom: “Huma żgur li jmutu fix-​xagħri.”+ Għalhekk, ma kien baqaʼ ebda raġel minnhom ħlief Kaleb, bin Ġefunne, u Ġożwè, bin Nun.+

Noti taʼ taħt

“Arodi” f’Ġen 46:16.