Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Numri 25:1-18

25  Issa Israel kien qed jgħammar f’Sittim.+ Imbagħad il-poplu beda jkollu relazzjonijiet immorali mal-bniet taʼ Mowab.+  U n-nisa stiednu lin-nies għas-sagrifiċċji taʼ l-allat tagħhom,+ u n-nies bdew jieklu u jmilu quddiem l-allat tagħhom.+  Għalhekk, Israel intrabat mal-Bagħal taʼ Pegħor;+ u r-rabja taʼ Ġeħova xegħlet kontra Israel.+  Għaldaqstant, Ġeħova qal lil Mosè: “Ħu l-kapijiet kollha tal-poplu u oħroġhom fil-beraħ quddiem Ġeħova+ fid-dawl tax-xemx, sabiex Ġeħova jreġġaʼ lura r-rabja taħraq tiegħu minn fuq Israel.”  Imbagħad Mosè qal lill-imħallfin taʼ Israel:+ “Kull wieħed minnkom joqtol+ lill-irġiel tiegħu li għandhom xi rabta mal-Bagħal taʼ Pegħor.”  Imma, ara, ġie raġel+ minn ulied Israel, u ġab ħdejn ħutu mara Midjanija+ quddiem għajnejn Mosè u quddiem għajnejn il-ġemgħa kollha taʼ wlied Israel, waqt li kienu qed jibku fid-daħla tat-tinda tal-laqgħa.  Meta Fineħas,+ bin Elegħażar, bin Aron il-qassis, ra dan, hu qam minnufih minn nofs il-ġemgħa u ħa lanza f’idu.  Imbagħad mar wara r-raġel taʼ Israel ġot-tinda u nifidhom it-tnejn flimkien, ir-raġel taʼ Israel u l-mara taħt żaqqha. Minħabba f’hekk, il-flaġell minn fuq ulied Israel waqaf.+  U dawk li mietu minħabba l-flaġell kienu erbgħa u għoxrin elf.+ 10  Imbagħad Ġeħova kellem lil Mosè u qallu: 11  “Fineħas,+ bin Elegħażar, bin Aron il-qassis, reġġaʼ lura l-korla+ tiegħi minn fuq ulied Israel peress li ma ttollera assolutament ebda rivalità lejja f’nofshom,+ u b’hekk jien ma qridtx lil ulied Israel għax ninsisti għal devozzjoni esklużiva.+ 12  Għal din ir-raġuni għid, ‘Ara! Qed nagħtih il-patt taʼ sliem tiegħi. 13  U dan irid iservi bħala l-patt taʼ saċerdozju għal żmien indefinit għalih u għal uliedu warajh,+ minħabba l-fatt li hu ma ttollera ebda rivalità lejn Alla tiegħu+ u għamel tpattija għal ulied Israel.’”+ 14  Issa r-raġel Israeli maqtul li nqatel mal-Midjanija kien jismu Żimri, bin Salu, kap ewlieni+ taʼ familja, min-naħa tal-missier, tas-Simegħonin. 15  U l-mara Midjanija li nqatlet kien jisimha Kożbi, bint Żur;+ dan kien kap tat-tribujiet taʼ familja min-naħa tal-missier f’Midjan.+ 16  Iktar tard Ġeħova kellem lil Mosè u qallu: 17  “Ħa jinħaqru l-Midjanin, u intom tridu tidorbuhom,+ 18  għaliex huma qed jaħqrukom bil-makakkeriji+ tagħhom li huma wettqu kontrikom b’makakkerija fil-kwistjoni taʼ Pegħor+ u fil-kwistjoni t’oħthom Kożbi,+ bint kap ewlieni taʼ Midjan, li nqatlet+ fil-jum tal-flaġell minħabba l-kwistjoni taʼ Pegħor.”+

Noti taʼ taħt