Numri 24:1-25

24  Meta Balgħam ra li kien tajjeb f’għajnejn Ġeħova li jbierek lil Israel, ma telaqx kif għamel drabi+ oħrajn biex ifittex xi sinjal li bih jaqra l-​futur,+ imma dawwar wiċċu lejn ix-​xagħri.  Meta Balgħam refaʼ għajnejh u ra lil Israel jgħammar fit-​tined skond it-​tribujiet tiegħu,+ imbagħad l-​ispirtu t’Alla niżel fuqu.+  Għalhekk, hu lissen il-​kliem t’għerf tiegħu+ u qal: “Il-​kliem taʼ Balgħam, bin Begħor,U l-​kliem tar-​raġel b’saħħtu b’għajnejh miftuħin,+   Il-kliem taʼ min jismaʼ dak li jgħid Alla,+Li ra viżjoni taʼ Dak li Jistaʼ Kollox+Waqt li waqaʼ maʼ l-​art b’għajnejh miftuħin:+   Kemm huma sbieħ it-​tined tiegħek, O Ġakobb, l-​għamajjar tiegħek, O Israel!+   Bħal widien infirxu ’l bogħod,+Bħal ġonna ħdejn ix-​xmara.+Bħal pjanti tas-​sabbara li ħawwel Ġeħova,Bħal siġar taċ-​ċedru ħdejn l-​ilmijiet.+   L-ilma jibqaʼ jqattar miż-​żewġ bramel tal-​ġild tiegħu,U nislu qiegħed ħdejn ħafna ilmijiet.+Is-​sultan tiegħu+ wkoll ikun ogħla minn Agag,+U saltnatu tintrefaʼ ’l fuq.+   Alla ħarġu mill-​Eġittu;Il-​pass mgħaġġel tiegħu hu bħal dak taʼ barri salvaġġ.+Hu jeqred lill-​ġnus, dawk li jaħqruh,+U jgerrem għadamhom,+ u jfarrakhom bil-​vleġeġ tiegħu.+   Hu miel, imtedd bħall-​iljun,U, bħal iljun, min jissogra jqajmu?+Dawk li jberkuk huma mberkin,+U dawk li jisħtuk huma misħutin.”+ 10  U xegħlet ir-​rabja taʼ Balak kontra Balgħam u ċapċap idejh,+ u Balak issokta jgħid lil Balgħam: “Jien sejjaħtlek biex tisħet+ lill-​għedewwa tiegħi, u, ara, int berikthom fuq li berikthom dawn it-​tliet darbiet. 11  U issa aħrab lejn postok. Jien kont għedt bejni u bejn ruħi li żgur kont se nonorak,+ imma, ara, Ġeħova ċaħħdek mill-​unur.” 12  U Balgħam qal lil Balak: “Ma kienx ukoll lill-​messaġġiera tiegħek, li int bgħatt għandi, li jien kellimt u għedt, 13  ‘Kieku Balak kellu jagħtini daru mimlija fidda u deheb, jien xorta ma nkunx nistaʼ nikser l-​ordni taʼ Ġeħova sabiex nagħmel xi ħaġa tajba jew ħażina minn rajja. Dak li jgħidli Ġeħova se ngħid’?+ 14  U issa, ara, jien sejjer għand il-​poplu tiegħi. Ejja, ħa nurik+ x’se jagħmillu dan il-​poplu lill-​poplu tiegħek fi tmiem il-​jiem.”+ 15  Għalhekk, hu lissen il-​kliem t’għerf tiegħu+ u qal:“Il-​kliem taʼ Balgħam, bin BegħorU l-​kliem tar-​raġel b’saħħtu b’għajnejh miftuħin,+ 16  Il-kliem taʼ min jismaʼ dak li jgħid Alla,+U dak li għandu l-​għarfien dwar l-​Iktar Għoli—Ra viżjoni taʼ Dak li Jistaʼ Kollox+Waqt li waqaʼ maʼ l-​art b’għajnejh miftuħin:+ 17  Narah,+ imma mhux issa;Nilmħu, imma mhux qrib.Kewkba+ toħroġ minn Ġakobb,U jqum xettru minn Israel.+U jiftaħ ras Mowab fi tnejn+U jkisser l-​iskutella taʼ kull ras fost ulied il-​ħerba. 18  U Edom irid isir wirt,+Iva, Segħir+ irid isir il-​wirt taʼ l-​għedewwa tiegħu,+Waqt li Israel ikun qed juri l-​kuraġġ tiegħu. 19  U minn Ġakobb ikun hemm wieħed li jrażżan,+U jrid jeqred lil kulmin jibqaʼ ħaj fil-​belt.”+ 20  Meta ra lil Għamalek, hu kompla jlissen il-​kliem t’għerf tiegħu u ssokta jgħid:+“L-​ewwel wieħed mill-​ġnus kien Għamalek,+Imma l-​qerda tiegħu se tkun tmiemu.”+ 21  Meta ra lill-​Kenin,+ hu kompla jlissen il-​kliem t’għerf tiegħu u ssokta jgħid:“Għamartek iddum għal żmien twil, u fuq il-​blata qiegħda darek. 22  Imma jkun hemm wieħed li jeqred bin-​nar lil Qajin.*+Kemm se ddum l-​Assirja biex iġġorrok fil-​jasar?”+ 23  U kompla jlissen il-​kliem t’għerf tiegħu u ssokta jgħid:“Gwaj! Min se jibqaʼ ħaj meta Alla jagħmel dan?+ 24  U jkun hemm iġfna mill-​kosta tal-​Kittim,+U dawn jgħakksu lill-​Assirja,+U jgħakksu lill-​Għeber.Imma, maż-​żmien, hu wkoll se jgħib.” 25  Imbagħad Balgħam qam u telaq u mar lura lejn pajjiżu.+ U Balak ukoll mar għal triqtu.

Noti taʼ taħt

Jiġifieri, it-​tribù tal-​Kenin.