Numri 21:1-35

21  Issa l-​Kangħani, is-​sultan t’Għarad,+ li kien jgħammar fin-​Negeb,+ semaʼ li Israel kien ġie mit-​triq li tagħti għal Atarim, u beda jiġġieled kontra Israel u ġarr ftit minnhom bħala lsiera.  Minħabba f’hekk, Israel għamel wegħda lil Ġeħova u qallu:+ “Jekk int bla dubju tagħtini f’idi lil dan il-​poplu, jien ukoll se neqred* il-​bliet tagħhom.”+  Għalhekk, Ġeħova semaʼ leħen Israel u tah f’idejh il-​Kangħanin; u huma qerdu lilhom u l-​bliet tagħhom. Għaldaqstant, dan il-​post semmewh Ħorma.*+  Waqt li komplew jivvjaġġaw mill-​Muntanja Ħor+ u għaddew mit-​triq li tagħti għall-​Baħar l-​Aħmar biex iduru maʼ l-​art t’Edom,+ il-​poplu beda jegħja minħabba t-​triq.  U l-​poplu beda jgħid kontra Alla+ u Mosè:+ “Għala tellajtuna mill-​Eġittu biex immutu fix-​xagħri?+ Għax la hawn ħobż u lanqas ilma,+ u ruħna xebgħet mill-​ħobż taʼ min jistmerru.”+  Għalhekk, Ġeħova bagħat sriep velenużi+ fost il-​poplu, u dawn gidmu lin-​nies, u b’hekk mietu ħafna min-​nies taʼ Israel.+  Fl-aħħar, in-​nies ġew għand Mosè u qalulu: “Aħna dnibna,+ għaliex tkellimna kontra Ġeħova u kontrik. Idħol għalina quddiem Ġeħova biex ineħħi s-​sriep minn fuqna.”+ U Mosè talab għan-​nies.+  Imbagħad Ġeħova qal lil Mosè: “Agħmel xbieha taʼ serp velenuż* u poġġiha fuq arblu fejn tidher. U jiġri li meta xi ħadd jingidem, irid iħares lejha u jibqaʼ ħaj.”+  Mosè minnufih għamel serp tar-​ram aħmar+ u poġġieh fuq l-​arblu fejn jidher;+ u ġara li meta serp kien jigdem lil xi ħadd u dan iħares+ lejn is-​serp tar-​ram aħmar, imbagħad kien jibqaʼ ħaj.+ 10  Wara dan, ulied Israel telqu u kkampjaw f’Obot.+ 11  Imbagħad telqu minn Obot u kkampjaw f’Ijje-għabarim,+ fix-​xagħri li qiegħed biswit Mowab, lejn tlugħ ix-​xemx. 12  Minn hemmhekk telqu u kkampjaw ħdejn il-​wied* taʼ Żered.+ 13  Minn hemmhekk telqu u kkampjaw fir-​reġjun taʼ l-​Arnon,+ li qiegħed fix-​xagħri li jinfirex mill-​fruntiera taʼ l-​Amurrin; għax l-​Arnon hu l-​fruntiera taʼ Mowab, bejn Mowab u l-​Amurrin. 14  Huwa għalhekk li fi ktieb il-​Gwerer taʼ Ġeħova jingħad: “Waħeb f’Sufa u l-​widien taʼ l-​Arnon, 15  u fomm il-​widien, li jxaqleb lejn il-​post fejn hemm Ar+ u jmiss mal-​fruntiera taʼ Mowab.” 16  Imbagħad minn hemmhekk marru Bir.+ Dan hu l-​bir li dwaru Ġeħova qal lil Mosè: “Iġmaʼ l-​poplu ħa nagħtih l-​ilma.”+ 17  Dakinhar Israel għanna din l-​għanja:+“Fawwar, O bir! Għannulu! 18  Bir, il-​prinċpijiet ħaffruh. In-​nobbli tal-​poplu fetħuh,B’ħatar taʼ kmandant,+ bl-​oħtra tagħhom stess.” Imbagħad mix-​xagħri rħewlha għal Mattana. 19  U minn Mattana għal Naħaljel, u minn Naħaljel għal Bamot.+ 20  U minn Bamot għall-​wied li qiegħed fit-​territorju taʼ Mowab,+ f’ras il-​Pisga,+ li toħroġ ’il barra u tagħti għal fuq il-​wiċċ tal-​Ġesimon.*+ 21  Israel issa bagħat xi messaġġiera għand Siħon,+ is-​sultan taʼ l-​Amurrin, li qalulu: 22  “Ħa ngħaddi minn ġo artek. M’aħniex se nduru u nidħlu f’xi għalqa jew qasam tad-​dwieli. M’aħna se nixorbu l-​ilma minn ebda bir. Minn triq is-​sultan se ngħaddu sakemm ngħaddu minn ġot-​territorju tiegħek.”+ 23  U Siħon ma ħalliex lil Israel jgħaddi minn ġot-​territorju tiegħu,+ imma Siħon ġabar lin-​nies kollha tiegħu u ħareġ jiltaqaʼ maʼ Israel fix-​xagħri, u wasal Ġaħas+ u beda jiġġieled kontra Israel. 24  U Israel darbu b’xifer is-​sejf+ u ħa f’idejh l-​art tiegħu+ mill-​Arnon+ sal-​Ġabbok,+ ħdejn ulied Amon; għaliex Ġagħżer+ hi l-​fruntiera taʼ wlied Għammon.+ 25  Għalhekk, Israel ħa dawn il-​bliet kollha, u Israel beda jgħammar fil-​bliet kollha taʼ l-​Amurrin,+ f’Ħesbon+ u l-​bliet kollha li jiddependu minnha. 26  Għax Ħesbon kienet il-​belt taʼ Siħon.+ Dan kien is-​sultan taʼ l-​Amurrin,+ u kien hu li qabel iġġieled kontra s-​sultan taʼ Mowab u ħadlu minn idu l-​art kollha sa l-​Arnon.+ 27  Huwa għalhekk li dawk li jqabblu l-​versi jgħidu b’ironija:“Ejjew Ħesbon.Ħa tinbena l-​belt taʼ Siħon u ħa titwaqqaf fis-​sod. 28  Għax ħareġ nar minn Ħesbon,+ ilsien tan-​nar mill-​belt taʼ Siħon.Qered lil Ar+ taʼ Mowab, is-​sidien tal-​postijiet għall-​qima* taʼ l-​Arnon. 29  Gwaj għalik, Mowab! Int żgur tgħib, O poplu taʼ Kemos!+Żgur li hu se jagħti lil uliedu subien bħala maħrubin u lil uliedu bniet bħala lsiera taʼ Siħon, is-​sultan taʼ l-​Amurrin. 30  Għalhekk, ejjew nisparawlhom.Ħesbon żgur tgħib sa Dibon,+In-​nisa sa Nofa, l-​irġiel sa Medeba.”+ 31  U Israel beda jgħammar fl-​art taʼ l-​Amurrin.+ 32  Imbagħad Mosè bagħat lil xi wħud jitkixxfu l-​belt taʼ Ġagħżer.+ Għalhekk, dawn ħadu taħt idejhom il-​bliet li jiddependu minnha u ħadu l-​proprjetà taʼ l-​Amurrin li kienu hemmhekk.+ 33  Imbagħad daru u telgħu mit-​triq li tagħti għall-​Basan.+ U Għog,+ is-​sultan tal-​Basan, ħareġ jiltaqaʼ magħhom, hu u l-​poplu kollu tiegħu, għall-​battalja t’Edrej.+ 34  Ġeħova issa qal lil Mosè: “Tibżax minnu,+ għax żgur li se nagħtihulek f’idejk, lilu u lill-​poplu kollu tiegħu u lil artu;+ u int agħmillu sewwasew bħalma għamilt lil Siħon, is-​sultan taʼ l-​Amurrin, li kien jgħammar f’Ħesbon.”+ 35  Għalhekk, l-​Israelin darbu lilu u lil uliedu u lill-​poplu kollu tiegħu, sakemm ma kien baqagħlu lanqas bniedem wieħed ħaj;+ u ħadu f’idejhom l-​art tiegħu.+

Noti taʼ taħt

Jew, “niddedika għall-​qerda.” Ara Eżo 22:20, in-​nota taʼ taħt. F’vers 3 wkoll.
Ifisser “Post Dedikat għall-​Qerda.”
Letteralment, “serp b’velenu jaħraq bħan-​nar.”
Ara Ġen 26:17, in-​nota taʼ taħt. F’vers 14 ukoll.
Jew, “tad-​deżert.”
Letteralment, “postijiet fl-​għoli.” Ara Le 26:30, in-​nota taʼ taħt.