Numri 18:1-32

18  U Ġeħova qal lil Aron: “Int u wliedek u dar missierek miegħek twieġbu għall-​iżball kontra s-​santwarju,+ u int u wliedek miegħek twieġbu għall-​iżball kontra s-​saċerdozju tagħkom.+  U ġib qrib ukoll lil ħutek tat-​tribù taʼ Levi, it-​tribù taʼ missierek, biex jingħaqdu miegħek u jaqduk,+ kemm lilek u kemm lil uliedek miegħek, quddiem it-​tinda tat-​Testimonjanza.+  U jridu jħarsu l-​obbligu tagħhom lejk u l-​obbligu li għandhom li jieħdu ħsieb it-​tinda kollha.+ Huwa biss lejn l-​għodod tal-​post qaddis u lejn l-​artal li ma jridux jersqu, biex ma jmutux,+ la huma u lanqas intom.  U jridu jingħaqdu miegħek u jħarsu l-​obbligu tagħhom li jieħdu ħsieb it-​tinda tal-​laqgħa rigward is-​servizz kollu tat-​tinda, u ebda individwu mhux awtorizzat* ma jistaʼ jersaq qribkom.+  U intom tridu tħarsu l-​obbligu tagħkom li tieħdu ħsieb il-​post qaddis+ u l-​obbligu tagħkom li tieħdu ħsieb l-​artal,+ biex ma jkunx hemm iktar għadab+ kontra wlied Israel.  U jien, ara, ħadt lil ħutek, il-​Leviti, minn fost ulied Israel,+ bħala għotja għalikom,+ bħala dawk mogħtijin lil Ġeħova biex iwettqu s-​servizz tat-​tinda tal-​laqgħa.+  U int u wliedek miegħek għandkom tħarsu s-​saċerdozju tagħkom f’dak kollu li għandu x’jaqsam maʼ l-​artal u maʼ dak li hemm ’il ġewwa mill-​purtiera;+ u tridu tagħtu servizz.+ Nagħtikom is-​servizz tas-​saċerdozju bħala għotja, u l-​individwu mhux awtorizzat li jersaq qrib għandu jingħata l-​mewt.”+  U Ġeħova kompla jgħid lil Aron: “U jien, ara, tajtek biex tieħu ħsieb il-​kontribuzzjonijiet li jagħtuni.+ L-​affarijiet imqaddsin kollha taʼ wlied Israel, jien tajthom lilek u lil uliedek bħala sehmek, bħala sehmek għal żmien indefinit.+  Dan għandu jsir tiegħek mill-​affarijiet l-​iktar imqaddsin, mill-​offerta magħmula bin-​nar, kull offerta tagħhom flimkien maʼ kull offerta tal-​qmuħ+ u kull offerta għad-​dnub+ u kull offerta għall-​ħtija+ li se jagħtuni lura. Din hi xi ħaġa mill-​iktar qaddisa għalik u għal uliedek. 10  F’post mill-​iktar qaddis għandek tieklu.+ Kull raġel għandu jieklu.+ Għandu jsir xi ħaġa qaddisa għalik.+ 11  U dan hu tiegħek: il-​kontribuzzjoni+ taʼ l-​għotja tagħhom flimkien maʼ l-​offerti tat-​tixjir+ kollha taʼ wlied Israel. Tajthom lilek u lil uliedek subien u bniet miegħek,+ bħala sehem għal żmien indefinit. Kulmin hu nadif f’darek jistaʼ jieklu.+ 12  “L-​aħjar kollu taż-​żejt u l-​aħjar kollu taʼ l-​inbid ġdid u tal-​qmuħ, l-​ewwel frott tagħhom,+ li huma jagħtu lil Ġeħova, tajthom lilek.+ 13  L-ewwel frott misjur minn kulma hemm f’arthom, li se jġibu lil Ġeħova, tiegħek għandu jsir.+ Kulmin hu nadif f’darek jistaʼ jieklu. 14  “Kull ħaġa dedikata* f’Israel għandha ssir tiegħek.+ 15  “Kulmin jiftaħ il-​ġuf,+ minn kull xorta taʼ laħam, li huma se jippreżentaw lil Ġeħova, fost il-​bnedmin u fost il-​bhejjem, għandu jsir tiegħek. Madankollu, żgur li għandek tifdi lill-​ewwel imwieled tal-​bnedmin;+ u għandek tifdi lill-​ewwel imwieled tal-​bhima mhix nadifa.+ 16  U meta jkun għalaq xahar għandek tifdih bil-​prezz tal-​ħelsien, skond il-​valur stmat, ħames xwiekel fidda skond ix-​xekel tal-​post qaddis.+ Kull xekel jiswa għoxrin gera.+ 17  Huwa biss il-​barri mwieled l-​ewwel jew il-​ħaruf imwieled l-​ewwel jew il-​mogħża mwielda l-​ewwel li m’għandekx tifdi.+ Huma xi ħaġa qaddisa. Demmhom+ għandek troxxu fuq l-​artal, u x-​xaħam tagħhom għandek taħarqu bħala offerta magħmula bin-​nar, bħala riħa pjaċevoli lil Ġeħova.+ 18  U laħamhom għandu jsir tiegħek. Bħas-​sidra taʼ l-​offerta tat-​tixjir u bħas-​sieq il-​leminija, għandu jsir tiegħek.+ 19  Il-kontribuzzjonijiet+ imqaddsin kollha, li wlied Israel jagħtu lil Ġeħova, tajthom lilek u lil uliedek subien u bniet miegħek, bħala sehem għal żmien indefinit.+ Dan hu patt tal-​melħ għal żmien indefinit quddiem Ġeħova għalik u għal nislek miegħek.”+ 20  U Ġeħova ssokta jgħid lil Aron: “Mhux se jkollok wirt f’arthom, u ebda sehem ma jsir tiegħek f’nofshom.+ Jien is-​sehem tiegħek u l-​wirt tiegħek f’nofs ulied Israel.+ 21  “U lil ulied Levi, ara, tajthom kull għaxar+ parti f’Israel bħala wirt talli qed iwettqu s-​servizz tagħhom, is-​servizz tat-​tinda tal-​laqgħa. 22  U wlied Israel m’għandhomx jersqu iktar lejn it-​tinda tal-​laqgħa u jagħmlu dnub, u b’hekk imutu.+ 23  U l-​Leviti nfushom iridu jwettqu s-​servizz tat-​tinda tal-​laqgħa, u jkunu huma li jwieġbu għall-​iżball tagħhom.+ Dan hu statut għal żmien indefinit matul il-​ġenerazzjonijiet tagħkom, li f’nofs ulied Israel huma m’għandux ikollhom wirt.+ 24  Għax il-​parti minn għaxra li wlied Israel jagħtu bħala kontribuzzjoni lil Ġeħova tajtha lil-​Leviti bħala wirt. Huwa għalhekk li għedtilhom, ‘F’nofs ulied Israel m’għandux ikollhom wirt.’”+ 25  Imbagħad Ġeħova kellem lil Mosè u qallu: 26  “U għandek tkellem lil-​Leviti, u tgħidilhom, ‘Se tirċievu mingħand ulied Israel il-​parti minn għaxra li tajtkom mingħandhom bħala wirt tagħkom,+ u tridu tagħtu minnha bħala kontribuzzjoni lil Ġeħova parti minn għaxra tal-​parti minn għaxra.+ 27  U trid tingħaddilkom bħala l-​kontribuzzjoni tagħkom, bħall-​qmuħ tal-​qiegħa tad-​dris+ u bħall-​prodott abbundanti tal-​magħsar taʼ l-​inbid jew taż-​żejt. 28  B’dan il-​mod intom infuskom tagħtu kontribuzzjoni lil Ġeħova minn kull għaxar parti li tirċievu mingħand ulied Israel, u minnhom tridu tagħtu lil Aron, il-​qassis, il-​kontribuzzjoni li tagħtu lil Ġeħova. 29  Mill-għotjiet kollha li jingħatawlkom, agħtu lil Ġeħova kull tip taʼ kontribuzzjoni, mill-​aqwanett,+ bħala xi ħaġa qaddisa minnhom.’ 30  “U għidilhom, ‘Meta tagħtu l-​aħjar minnhom,+ imbagħad lil-​Leviti jingħaddilhom bħala l-​prodott tal-​qiegħa tad-​dris u bħala l-​prodott tal-​magħsar taʼ l-​inbid jew taż-​żejt. 31  U tridu tikluh f’kull post, intom u n-​nies taʼ darkom, għaliex hu l-​ħlas tagħkom talli twettqu s-​servizz tagħkom fit-​tinda tal-​laqgħa.+ 32  U m’għandkomx tagħmlu dnub minħabba fih meta tagħtu l-​aħjar minnhom, u m’għandkomx tkasbru l-​affarijiet imqaddsin taʼ wlied Israel, għax inkella tmutu.’”+

Noti taʼ taħt

Letteralment, “ebda stranġier.” F’vers 7 wkoll.
Ara Eżo 22:20, in-​nota taʼ taħt.