Numri 16:1-50

16  U Koraħ,+ bin Isħar,+ bin Keħat,+ bin Levi,+ qam flimkien maʼ Datan+ u Abiram,+ ulied Eljab,+ u On, bin Felet, minn ulied Ruben.+  U qamu quddiem Mosè, huma u mitejn u ħamsin raġel minn ulied Israel, kapijiet ewlenin tal-​ġemgħa, li kienu jissejħu għal-​laqgħat, irġiel taʼ fama.  Għalhekk, inġemgħu kontra+ Mosè u Aron u qalulhom: “Biżżejjed għalikom, għax il-​ġemgħa kollha huma lkoll qaddisin+ u Ġeħova qiegħed f’nofshom.+ Allura, għala għandkom togħlew fuq il-​kongregazzjoni taʼ Ġeħova?”+  Meta semaʼ dan, Mosè minnufih inxteħet wiċċu fl-​art.  Imbagħad kellem lil Koraħ u lill-​ġemgħa kollha tiegħu u qalilhom: “Fil-​għodu Ġeħova se jgħarraf min hu tiegħu+ u min hu qaddis+ u min għandu jersaq qribu,+ u lil kulmin jagħżel+ jersaq qribu.  Agħmlu hekk: Ħudu reċipjenti għall-​inċens,+ Koraħ u l-​ġemgħa kollha tiegħu,+  u għada poġġu n-​nar fihom u qiegħdu l-​inċens fuqhom quddiem Ġeħova, u jrid iseħħ li r-​raġel li jintgħażel+ minn Ġeħova, hu jkun il-​qaddis. Biżżejjed għalikom, ulied Levi!”+  U Mosè ssokta jgħid lil Koraħ: “Jekk jogħġobkom, isimgħu, ulied Levi.  M’hu xejn għalikom li l-​Alla taʼ Israel għażilkom+ minn fost il-​ġemgħa taʼ Israel biex jippreżentakom lilu nnifsu sabiex twettqu s-​servizz tat-​tabernaklu taʼ Ġeħova u biex tieqfu quddiem il-​ġemgħa ħalli taqduha,+ 10  u li ġab qrib lilek u miegħek lil ħutek kollha, ulied Levi? Allura, qegħdin tipprovaw tiksbu s-​saċerdozju wkoll?+ 11  Għal din ir-​raġuni, int u l-​ġemgħa tiegħek kollha li qed tinġabru flimkien qed tiħduha kontra Ġeħova.+ Għax x’inhu Aron sabiex tgergru kontrih?”+ 12  Iktar tard Mosè bagħat isejjaħ lil Datan u lil Abiram,+ ulied Eljab, imma huma qalu: “M’aħniex se nitilgħu!+  13  M’hu xejn li int ħriġtna minn art li tnixxi ħalib u għasel biex toqtolna fix-​xagħri+ u li qed tipprova wkoll tilgħabha taʼ prinċep fuqna?+ 14  Kif juru l-​fatti, int ma daħħaltniex f’xi art li tnixxi ħalib u għasel,+ sabiex tagħtina bħala wirt xi għalqa jew xi qasam tad-​dwieli. Int trid taqlaʼ għajnejn dawn in-​nies? Aħna m’aħniex se nitilgħu!” 15  Għal dan, Mosè rrabja ferm u qal lil Ġeħova: “Tħarisx lejn l-​offerta tal-​qmuħ tagħhom.+ Lanqas ħmar wieħed ma ħadtilhom, u m’għamilt ħsara lil ħadd minnhom.”+ 16  Imbagħad Mosè qal lil Koraħ:+ “Għada, int u l-​ġemgħa tiegħek kollha kunu preżenti quddiem Ġeħova,+ int u huma u Aron. 17  U kull wieħed jieħu r-​reċipjent għall-​inċens tiegħu, u intom tridu tpoġġu l-​inċens fuqhom u tippreżentaw kull wieħed ir-​reċipjent għall-​inċens tiegħu quddiem Ġeħova, mitejn u ħamsin reċipjent għall-​inċens, u int u Aron kull wieħed ir-​reċipjent għall-​inċens tiegħu.” 18  Għalhekk, huma ħadu, kull wieħed ir-​reċipjent għall-​inċens tiegħu, u poġġew in-​nar fuqhom u qiegħdu l-​inċens fuqhom u qagħdu fid-​daħla tat-​tinda tal-​laqgħa flimkien maʼ Mosè u Aron. 19  Meta Koraħ ġabar il-​ġemgħa+ kollha flimkien kontrihom fid-​daħla tat-​tinda tal-​laqgħa, imbagħad il-​glorja taʼ Ġeħova dehret lill-​ġemgħa kollha.+ 20  Ġeħova issa kellem lil Mosè u lil Aron u qalilhom: 21  “Infirdu+ minn nofs din il-​ġemgħa, sabiex neqridhom+ f’ħakka t’għajn.” 22  U huma nxteħtu wiċċhom fl-​art u qalu: “O Alla, l-​Alla tal-​forza tal-​ħajja taʼ kull xorta taʼ laħam,+ jekk jidneb raġel wieħed biss int tagħdab kontra l-​ġemgħa kollha kemm hi?”+ 23  Imbagħad, Ġeħova kellem lil Mosè u qallu: 24  “Kellem lill-​ġemgħa u għidilha, ‘Warrab minn madwar it-​tined taʼ Koraħ, Datan, u Abiram!’”+ 25  U Mosè qam u mar għand Datan u Abiram, u x-​xjuħ+ taʼ Israel marru miegħu. 26  Imbagħad kellem lill-​ġemgħa u qalilha: “Jekk jogħġobkom, warrbu minn quddiem it-​tined taʼ dawn l-​irġiel mill-​agħar u tmissu xejn minn tagħhom,+ biex ma tinqerdux fi dnubiethom kollha.” 27  Dawn telqu minnufih minn quddiem it-​tinda taʼ Koraħ, Datan, u Abiram, minn kull naħa, u Datan u Abiram ħarġu u qagħdu fid-​daħla tat-​tined tagħhom,+ flimkien man-​nisa tagħhom, maʼ wliedhom, u maċ-​ċkejknin tagħhom. 28  Imbagħad Mosè qal: “Minn dan tkunu tafu li Ġeħova bagħatni biex nagħmel dawn l-​għemejjel+ kollha u li dan m’huwiex minn rajja:+ 29  Jekk dawn in-​nies imutu bħalma jmutu l-​bnedmin kollha u jiġu kastigati bil-​kastig li jiġi fuq il-​bnedmin kollha,+ allura ma jkunx Ġeħova li bagħatni.+ 30  Imma jekk hi xi ħaġa ġdida li Ġeħova se joħloq,+ u l-​art ikollha tiftaħ fommha u tiblaʼ lilhom+ u kulma hu tagħhom u jkollhom jinżlu ħajjin fil-​Qabar,*+ imbagħad tkunu tafu fiċ-​ċert li dawn l-​irġiel urew nuqqas taʼ rispett lejn Ġeħova.”+ 31  U malli spiċċa jgħid dan il-​kliem kollu, l-​art taʼ taħthom bdiet tinqasam.+ 32  U l-​art fetħet fommha u belgħet lilhom u lil taʼ darhom u lin-​nies kollha li kienu taʼ Koraħ u l-​affarijiet kollha.+ 33  U niżlu ħajjin fil-​Qabar huma u dawk kollha li kienu tagħhom, u l-​art għattiethom,+ u b’hekk għabu minn fost il-​kongregazzjoni.+ 34  U l-​Israelin kollha li kienu madwarhom ħarbu meta semgħuhom iwerżqu, għax bdew jgħidu: “Qed nibżgħu li l-​art se tiblaʼ lilna wkoll!”+ 35  U ħareġ nar mingħand Ġeħova+ u ħaraq il-​mitejn u ħamsin raġel li kienu qed joffru l-​inċens.+ 36  Ġeħova issa kellem lil Mosè u qallu: 37  “Għid lil Elegħażar, bin Aron il-​qassis, li għandu jieħu r-​reċipjenti għall-​inċens+ minn ġon-​nar jaqbad, u għandu jferrex in-​nar lil hemm; għax huma mqaddsin, 38  saħansitra r-​reċipjenti għall-​inċens taʼ dawn l-​irġiel li dinbu kontra tagħhom stess.*+ U jridu jagħmluhom pjanċi rqaq tal-​metall biex jiksu l-​artal,+ għaliex huma ppreżentawhom quddiem Ġeħova, u b’hekk saru mqaddsin; u dawn għandhom iservu bħala sinjal għal ulied Israel.”+ 39  Għaldaqstant, Elegħażar, il-​qassis, ħa r-​reċipjenti għall-​inċens tar-​ram aħmar,+ li dawk li kienu nħarqu kienu ppreżentaw, u bdew jagħtu fuqhom u għamluhom pjanċi għall-​kisi taʼ l-​artal, 40  bħala tifkira għal ulied Israel, bl-​iskop li ebda raġel stranġier,+ li m’huwiex minn nisel Aron, ma jersaq qrib biex jaħraq l-​inċens quddiem Ġeħova,+ u li ħadd ma jsir bħal Koraħ u l-​ġemgħa tiegħu,+ sewwasew bħalma Ġeħova kien kellmu permezz taʼ Mosè. 41  U eżatt l-​għada l-​ġemgħa kollha taʼ wlied Israel bdiet tgerger kontra Mosè u Aron+ u tgħid: “Intom qtiltu n-​nies taʼ Ġeħova.” 42  U ġara li meta l-​ġemgħa kienet inġemgħet kontra Mosè u Aron, imbagħad daret lejn it-​tinda tal-​laqgħa; u, ara, is-​sħaba għattietha, u bdiet tidher il-​glorja taʼ Ġeħova.+ 43  U Mosè u Aron ġew quddiem it-​tinda tal-​laqgħa.+  44  Imbagħad Ġeħova kellem lil Mosè u qallu: 45  “Irġiel, warrbu minn nofs din il-​ġemgħa, sabiex neqridhom f’ħakka t’għajn.”+ U dawn inxteħtu wiċċhom fl-​art.+ 46  Imbagħad Mosè qal lil Aron: “Ħu r-​reċipjent għall-​inċens u poġġi fih in-​nar minn fuq l-​artal+ u poġġi fuqu l-​inċens u mur għaġġel għand il-​ġemgħa u agħmel tpattija għaliha,+ għax ħarġet ir-​rabja minn wiċċ Ġeħova.+ Il-​kastig beda!” 47  Aron ħa minnufih ir-​reċipjent għall-​inċens, bħalma kien qal Mosè, u telaq jiġri f’nofs il-​kongregazzjoni; u, ara, il-​kastig kien beda fost in-​nies. Għalhekk, poġġa l-​inċens u beda jagħmel tpattija għan-​nies. 48  U baqaʼ wieqaf bejn il-​mejtin u l-​ħajjin.+ U l-​flaġell waqaf.+ 49  U dawk li mietu bil-​flaġell kienu erbatax-il elf u sebaʼ mija, minbarra dawk li mietu minħabba Koraħ. 50  Meta fl-​aħħar Aron mar lura għand Mosè fid-​daħla tat-​tinda tal-​laqgħa, il-​flaġell kien waqaf.

Noti taʼ taħt

Bl-Ebrajk, “Xeol.” F’vers 33 ukoll. Ara Appendiċi 4.
Letteralment, “ruħhom stess.”