Numri 15:1-41

15  U Ġeħova kompla jkellem lil Mosè u jgħidlu:  “Kellem lil ulied Israel, u għidilhom, ‘Meta tidħlu fl-​art li qed nagħtikom, fil-​postijiet li se tgħammru fihom,+  u tkunu tridu toffru offerta magħmula bin-​nar lil Ġeħova,+ offerta tal-​ħruq+ jew sagrifiċċju biex twettqu xi wegħda speċjali jew minn rajkom+ jew matul il-​festi taʼ l-​istaġuni tagħkom,+ sabiex tagħmlu riħa pjaċevoli* lil Ġeħova,+ mill-​baqar jew min-​nagħaġ;  dak li jippreżenta l-​offerta tiegħu jrid jippreżenta wkoll lil Ġeħova offerta tal-​qmuħ taʼ dqiq fin,+ wieħed minn kull għaxra t’efa, miblul fi kwart taʼ ħinn żejt.  U għandek toffri l-​inbid bħala offerta tax-​xorb,+ kwart taʼ ħinn, flimkien maʼ kull offerta tal-​ħruq jew sagrifiċċju taʼ ħaruf.  Jew maʼ muntun għandek toffri offerta tal-​qmuħ taʼ tnejn minn kull għaxra dqiq fin, miblul f’terz taʼ ħinn żejt.  U għandek tippreżenta l-​inbid bħala offerta tax-​xorb, terz taʼ ħinn, bħala riħa pjaċevoli lil Ġeħova.  “‘Imma jekk toffri barri bħala offerta tal-​ħruq+ jew xi sagrifiċċju biex twettaq wegħda speċjali+ jew sagrifiċċji taʼ sħubija lil Ġeħova,+  trid tippreżenta wkoll flimkien mal-​barri offerta tal-​qmuħ+ taʼ tlieta minn kull għaxra dqiq fin, miblul f’nofs ħinn żejt. 10  U għandek tippreżenta l-​inbid bħala offerta tax-​xorb,+ nofs ħinn, bħala offerta magħmula bin-​nar, b’riħa pjaċevoli lil Ġeħova. 11  Hekk għandu jsir għal kull barri jew għal kull muntun jew għal kull ħaruf jew mogħża. 12  Ikun kemm ikun l-​għadd t’annimali li toffru, hekk għandkom tagħmlu għal kull wieħed minnhom. 13  Kulmin hu mwieled fil-​pajjiż hekk għandu joffrihom dawn meta jippreżenta offerta magħmula bin-​nar, b’riħa pjaċevoli lil Ġeħova.+ 14  “‘U jekk ikun hemm jgħammar bħala barrani magħkom xi resident barrani jew xi ħadd li qiegħed f’nofskom matul il-​ġenerazzjonijiet tagħkom, u jkollu joffri offerta magħmula bin-​nar, b’riħa pjaċevoli lil Ġeħova, kif tagħmlu intom, hekk għandu jagħmel hu.+ 15  Intom li intom parti mill-​kongregazzjoni u r-​resident barrani li qed jgħammar bħala barrani jkollkom statut wieħed.+ Ikun statut għal żmien indefinit matul il-​ġenerazzjonijiet tagħkom. Ir-​resident barrani għandu jkun l-​istess bħalkom quddiem Ġeħova.+ 16  Għandu jkun hemm liġi waħda u deċiżjoni ġudizzjarja waħda għalikom u għar-​resident barrani li qed jgħammar bħala barrani magħkom.’”+ 17  U Ġeħova ssokta jkellem lil Mosè u jgħidlu: 18  “Kellem lil ulied Israel, u għidilhom, ‘Meta tidħlu fl-​art li se niħodkom fiha,+ 19  jiġri wkoll li meta tieklu minn ħobż l-​art,+ għandkom tagħtu kontribuzzjoni lil Ġeħova. 20  Għandkom tagħtu bħala kontribuzzjoni l-​ewwel frott+ tad-​dqiq mhux irfinut u tippreżentawh bħala ftajjar. Bħall-​kontribuzzjoni tal-​qiegħa tad-​dris, hekk għandkom tagħtuha. 21  Ftit mill-​ewwel frott tad-​dqiq mhux irfinut għandkom tagħtu bħala kontribuzzjoni lil Ġeħova matul il-​ġenerazzjonijiet tagħkom. 22  “‘Issa jekk tagħmlu xi żball u ma tħarsux dawn il-​kmandamenti+ kollha, li Ġeħova qal lil Mosè, 23  kulma kkmandakom Ġeħova permezz taʼ Mosè minn dakinhar li Ġeħova ta dawn il-​kmandamenti u iktar ’il quddiem matul il-​ġenerazzjonijiet tagħkom, 24  irid iseħħ li jekk ikun sar bi żball ’il bogħod minn għajnejn il-​ġemgħa, il-​ġemgħa kollha trid toffri barri żgħir bħala offerta tal-​ħruq, bħala riħa pjaċevoli lil Ġeħova, u l-​offerta tal-​qmuħ li joffru miegħu u l-​offerta tax-​xorb li joffru miegħu skond il-​proċedura regulari,+ u gidi bħala offerta għad-​dnub.+ 25  U l-​qassis irid jagħmel tpattija+ għall-​ġemgħa kollha taʼ wlied Israel, u jinħafrilhom; għaliex kien żball,+ u huma, min-​naħa tagħhom, ġabu bħala l-​offerta tagħhom offerta magħmula bin-​nar lil Ġeħova u l-​offerta għad-​dnub tagħhom quddiem Ġeħova għall-​iżball tagħhom. 26  U jinħafer+ lill-​ġemgħa kollha taʼ wlied Israel u lir-​resident barrani li qed jgħammar bħala barrani f’nofshom, għaliex kien bi żball min-​naħa tal-​poplu kollu. 27  “‘U jekk xi ħadd* jidneb bi żball,+ irid jippreżenta mogħża fl-​ewwel sena tagħha bħala offerta għad-​dnub.+ 28  U l-​qassis irid jagħmel tpattija għal dak* li għamel żball billi dineb mhux apposta quddiem Ġeħova, sabiex jagħmel tpattija għalih, u jinħafirlu.+ 29  Inkwantu għal dak li jitwieled fil-​pajjiż fost ulied Israel u r-​resident barrani li qed jgħammar bħala barrani fosthom, għandu jkun hemm liġi waħda għalikom meta tagħmlu xi ħaġa mhux apposta.+ 30  “‘Imma dak li jagħmel xi ħaġa apposta,+ kemm jekk ikun imwieled fil-​pajjiż u kemm jekk ikun resident barrani, billi jkun maqdar lil Ġeħova,+ f’dan il-​każ dan l-​individwu* jrid jiġi maqtugħ minn fost il-​poplu tiegħu.+ 31  Peress li stmerr+ il-​kelma taʼ Ġeħova u kiser il-​kmandament tiegħu,+ dan l-​individwu għandu assolutament jiġi maqtugħ.+ L-​iżball tiegħu jkun fuqu.’”+ 32  Waqt li wlied Israel kienu għadhom fix-​xagħri, darba minnhom sabu raġel jiġbor il-​ħatab f’jum is-​Sabat.*+ 33  Imbagħad dawk li sabuh jiġbor il-​ħatab ħaduh għand Mosè u Aron u l-​ġemgħa kollha. 34  Għalhekk, żammewh maqful,+ għax kien għadu ma ntqalx ċar x’għandhom jagħmlulu. 35  U Ġeħova qal lil Mosè: “Ir-​raġel żgur li għandu jingħata l-​mewt,+ u l-​ġemgħa kollha tħaġġru ’l barra mill-​kamp.”+ 36  Għaldaqstant, il-​ġemgħa kollha ħarġitu ’l barra mill-​kamp u ħaġġritu u miet, sewwasew bħalma Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè. 37  U Ġeħova ssokta jgħid dan lil Mosè: 38  “Kellem lil ulied Israel, u għidilhom li, matul il-​ġenerazzjonijiet tagħhom, iridu jagħmlu għalihom infushom frenża fit-​truf taʼ djul ilbieshom u jqiegħdu lazz blu ’l fuq mill-​frenża li hemm f’tarf djulhom,+ 39  ‘U din trid isservi bħala frenża fit-​tarf għalikom, u malli tarawha tiftakru fil-​kmandamenti+ kollha taʼ Ġeħova u tħarsuhom, u ma timxux wara qlubkom u għajnejkom,+ li qed iġegħlukom ikollkom relazzjoni immorali.+ 40  L-iskop taʼ dan hu li tiftakru u tkunu ċerti li tħarsu l-​kmandamenti kollha tiegħi u tabilħaqq turu li intom qaddisin għal Alla tagħkom.+ 41  Jien Ġeħova Alla tagħkom, li ħriġtkom mill-​art taʼ l-​Eġittu sabiex nurikom li jien Alla.+ Jien Ġeħova Alla tagħkom.’”+

Noti taʼ taħt

Letteralment, “riħa li sserraħ.”
Letteralment, “ruħ.”
Letteralment, “ruħ.” F’vers 30 ukoll.
Letteralment, “ruħ.” F’vers 31 ukoll.
Is-Sabat kien minn inżul ix-​xemx tal-​Ġimgħa sa nżul ix-​xemx tas-​Sibt. Ara Eżo 16:23, in-​nota taʼ taħt.