Numri 12:1-16

12  Issa Mirjam u Aron bdew jitkellmu kontra Mosè minħabba l-​mara Kusija li kien ħa, għaliex kienet Kusija l-​mara li kien ħa.+  U bdew jgħidu: “Jaqaw Ġeħova tkellem permezz taʼ Mosè biss? Mhux permezz tagħna wkoll tkellem?”+ U Ġeħova kien qed jismaʼ kollox.+  U r-​raġel Mosè kien bil-​wisq l-​iktar ġwejjed+ mill-​bnedmin kollha li kienu fuq wiċċ l-​art.  U Ġeħova qal minnufih lil Mosè, lil Aron, u lil Mirjam: “Oħorġu barra, it-​tlieta li intom, lejn it-​tinda tal-​laqgħa.” Għalhekk, it-​tlieta li huma ħarġu.  Imbagħad Ġeħova niżel f’kolonna tas-​sħab+ u qagħad fid-​daħla tat-​tinda u sejjaħ lil Aron u lil Mirjam. U resqu ’l quddiem it-​tnejn li huma.  U hu ssokta jgħid: “Isimgħu kliemi, jekk jogħġobkom. Kieku kien hemm xi profeta għal Ġeħova fostkom, kont ngħarraflu min jien f’viżjoni.+ F’ħolma+ kont inkellmu.  Mhux hekk mal-​qaddej tiegħi Mosè!+ Hu qed jiġi fdat b’dari kollha.+  Wiċċ imbwiċċ inkellmu,+ u b’hekk nurih ċar, u mhux permezz taʼ xi ħaġa moħġaġa;+ u hu jara d-​dehra taʼ Ġeħova.+ Allura, għala ma bżajtux titkellmu kontra l-​qaddej tiegħi, kontra Mosè?”+  U r-​rabja taʼ Ġeħova kienet taħraq kontrihom, u telaq. 10  U s-​sħaba warrbet minn fuq it-​tinda, u, ara, Mirjam intlaqtet bil-​ġdiem abjad daqs is-​silġ.*+ Imbagħad Aron dar lejn Mirjam, u, ara, kienet intlaqtet bil-​ġdiem.+ 11  Fil-pront, Aron qal lil Mosè: “Skużani, sidi! Jekk jogħġbok, tgħoddhulniex id-​dnub li għamilna meta aġixxejna bi bluha!+ 12  Jekk jogħġbok, tħallihiex tibqaʼ bħal tarbija li titwieled mejta+ u li ġisimha jkun nofsu mikul meta toħroġ minn ġuf ommha!” 13  U Mosè beda jgħajjat lil Ġeħova u jgħidlu: “O Alla, jekk jogħġbok! Fejjaqha, jekk jogħġbok!”+ 14  Imbagħad Ġeħova qal lil Mosè: “Kieku missierha kellu jobżqilha+ direttament f’wiċċha, ma kinitx hi tiġi umiljata għal sebat ijiem? Ħa tinżamm kwarantina+ għal sebat ijiem ’il barra mill-​kamp,+ u mbagħad ħa tiġi milqugħa ġewwa.”+ 15  Għaldaqstant, Mirjam inżammet kwarantina għal sebat ijiem ’il barra mill-​kamp,+ u l-​poplu ma telaqx qabel ma Mirjam ġiet milqugħa ġewwa. 16  U mbagħad il-​poplu telaq minn Ħaserot+ u kkampja fix-​xagħri tal-​Faran.+

Noti taʼ taħt

Letteralment, “daqs il-​borra.”