Numri 11:1-35

11  Issa n-​nies bdew jilmentaw dwar kull ħaġa ħażina li kienet tiġrilhom biex jismagħhom Ġeħova.+ Meta Ġeħova semaʼ dan, ir-​rabja tiegħu xegħlet, u nar mingħand Ġeħova beda jaqbad kontrihom u jeqred lil xi wħud f’tarf il-​kamp.+  Meta n-​nies bdew jgħajtu lil Mosè, hu talab bil-​ħerqa lil Ġeħova,+ u n-​nar intefa.  U dak il-​post semmewh Tabgħera,*+ għaliex nar mingħand Ġeħova kien qabad kontrihom.  U l-​folla mħallta+ li kienet f’nofshom esprimiet xewqa egoistika,+ u wlied Israel ukoll reġgħu bdew jibku u jgħidu: “Min se jagħtina l-​laħam x’nieklu?+  Kemm niftakruh il-​ħut li konna nieklu fl-​Eġittu b’xejn,+ il-​ħjar u d-​dulliegħ u l-​kurrat u l-​basal u t-​tewm!  Imma issa nxifna. Għajnejna ma jarawx ħlief il-​manna.”+  Issa l-​manna+ kienet bħaż-​żerriegħa tal-​kosbor,+ u fid-​dehra tagħha kienet bħall-​gomma tar-​raża tfuħ.+  In-nies kienu jitferrxu u jiġbruha+ u jitħnuha fi mtieħen taʼ l-​idejn jew jisħquha fil-​mehrież, u kienu jgħalluha fil-​borom+ jew jagħmluha ftajjar, u t-​togħma tagħha kienet bħat-​togħma taʼ ftira ħelwa biż-​żejt.+  U meta bil-​lejl kienet tinżel in-​nida fuq il-​kamp, il-​manna kienet tinżel fuqha.+ 10  U Mosè semaʼ l-​biki tan-​nies fil-​familji tagħhom, kull raġel fid-​daħla tat-​tinda tiegħu. U r-​rabja taʼ Ġeħova bdiet tixgħel iktar u iktar,+ u f’għajnejn Mosè din is-​sitwazzjoni kollha kienet xi ħaġa ħażina.+ 11  Imbagħad Mosè qal lil Ġeħova: “Għala ġibt id-​deni fuq il-​qaddej tiegħek, u għala jien ma sibtx il-​ħniena f’għajnejk, u int poġġejt it-​tagħbija taʼ dan il-​poplu kollu fuqi?+ 12  Kont jien li nissilt lil dan il-​poplu kollu? Kont jien li wlidthom, biex tgħidli, ‘Ġorrhom fi ħdanek,+ bħalma tinġarr tarbija tal-​ħalib minn dak li jieħu ħsiebha,’+ lejn l-​art li dwarha int ħlift lil missirijiethom?+ 13  Minfejn se nġib il-​laħam biex nagħtih lil dan il-​poplu kollu? Għax jibqgħu jibkuli u jgħiduli, ‘Agħtina l-​laħam biex nikluh!’ 14  Jien waħdi m’għandix il-​ħila nġorr lil dan il-​poplu kollu, għaliex hu tqil wisq għalija.+ 15  Għalhekk, jekk se timxi hekk miegħi, jekk jogħġbok, oqtolni għalkollox,+ jekk sibt il-​ħniena f’għajnejk, u tħallinix nara l-​gwaj tiegħi.” 16  U Ġeħova qal lil Mosè: “Iġmagħli sebgħin raġel minn fost ix-​xjuħ taʼ Israel,+ li taf li huma xjuħ tal-​poplu u uffiċjali tiegħu,+ u ħudhom lejn it-​tinda tal-​laqgħa, u jridu joqogħdu hemmhekk miegħek. 17  U jien ninżel+ u nkellmek hemmhekk;+ u nieħu ftit mill-​ispirtu+ li qiegħed fuqek u nqiegħdu fuqhom, u jkollhom jgħinuk iġġorr it-​tagħbija tal-​poplu, biex ma ġġorrhiex waħdek.+ 18  U lin-​nies għandek tgħidilhom, ‘Tqaddsu għal għada,+ għax żgur li se tieklu l-​laħam, għaliex bkejtu biex jismagħkom Ġeħova,+ u għedtu: “Min se jagħtina l-​laħam biex nikluh, għax konna sejrin tajjeb fl-​Eġittu?”+ U Ġeħova se jagħtikom il-​laħam, u intom tabilħaqq li se tikluh.+ 19  Ma tiklux għal jum wieħed lanqas għal jumejn lanqas għal ħamest ijiem lanqas għal għaxart ijiem lanqas għal għoxrin jum, 20  imma għal xahar sħiħ, sakemm joħroġ minn imnifsejkom u jdardarkom,+ sempliċement għaliex ċħadtu lil Ġeħova, li qiegħed f’nofskom, u bkejtu quddiemu u għedtu: “Għala ħriġna mill-​Eġittu?”’”+ 21  Imbagħad Mosè qal: “In-​nies li qiegħed f’nofshom jien huma sitt mitt elf raġel+ bil-​mixi, u madankollu int—int għedt, ‘Laħam nagħtihom, u żgur li se jieklu għal xahar sħiħ’! 22  Se jkun biżżejjed għalihom jekk noqtlu n-​nagħaġ u l-​baqar għalihom?+ Jew irridu naqbdulhom il-​ħut kollu tal-​baħar biex ikun biżżejjed għalihom?” 23  U Ġeħova qal lil Mosè: “Jaqaw qsaret id Ġeħova?+ Issa tara jekk dak li ngħid jien iseħħlekx jew le.”+ 24  Imbagħad Mosè ħareġ u qal lill-​poplu l-​kliem taʼ Ġeħova. U mar jiġmaʼ sebgħin raġel mix-​xjuħ tal-​poplu u qegħedhom madwar it-​tinda.+ 25  Imbagħad Ġeħova niżel fi sħaba+ u kellmu+ u ħa ftit mill-​ispirtu+ li kellu fuqu u qiegħdu fuq kull wieħed mis-​sebgħin xiħ. U ġara li, malli l-​ispirtu qagħad fuqhom, imbagħad huma aġixxew bħala profeti; imma ma reġgħux għamlu hekk.+ 26  Issa kien hemm żewġt irġiel li baqgħu fil-​kamp. Wieħed kien jismu Eldad, u l-​ieħor kien jismu Medad. U l-​ispirtu qagħad fuqhom ukoll, għax kienu fost dawk li kienu miktubin, imma ma kinux ħarġu ħdejn it-​tinda. Għalhekk, aġixxew bħala profeti fil-​kamp. 27  U mar jiġri wieħed żagħżugħ u ta l-​aħbar lil Mosè u qallu: “Eldad u Medad qed jaġixxu bħala profeti fil-​kamp!” 28  Imbagħad Ġożwè,* bin Nun, il-​qaddej+ taʼ Mosè minn żgħożitu ’l quddiem, wieġeb u qal: “Sidi Mosè, rażżanhom!”+ 29  Madankollu, Mosè qallu: “Qed tgħir minħabba fija? Le, jalla n-​nies kollha taʼ Ġeħova jkunu profeti, għaliex kieku Ġeħova jqiegħed l-​ispirtu tiegħu fuqhom!”+ 30  Iktar tard Mosè mar lura lejn il-​kamp, hu u x-​xjuħ taʼ Israel. 31  U Ġeħova qajjem riħ+ li ġarr is-​summien mill-​baħar+ u ħalliehom jaqgħu fuq il-​kamp madwar vjaġġ taʼ jum din in-​naħa u madwar vjaġġ taʼ jum in-​naħa l-​oħra, dawramejt mal-​kamp, u għoli taʼ madwar żewġ kubiti fuq wiċċ l-​art. 32  Imbagħad il-​poplu qam dak il-​jum kollu u l-​lejl kollu u l-​għada kollu u baqaʼ jiġbor is-​summien. Min ġabar l-​inqas ġabar għaxar kejlijiet taʼ ħomer,+ u baqgħu jxerrduhom maʼ kullimkien madwar il-​kamp. 33  Il-laħam kien għadu bejn snienhom,+ u lanqas kienu bdew jomogħduh, meta r-​rabja taʼ Ġeħova xegħlet+ kontra l-​poplu, u Ġeħova beda jolqot lill-​poplu u l-​qatla kienet kbira ferm.+ 34  U dak il-​post semmewh Kibrot-ħattawa,+ għaliex hemmhekk difnu lin-​nies li wrew xenqa egoistika.+ 35  Minn Kibrot-ħattawa l-​poplu telaq lejn Ħaserot, u baqaʼ Ħaserot.+

Noti taʼ taħt

Ifisser “Ħruq; Ħuġġieġa; Vampa Nar.”
“Ġożwè.” Bl-​Ebrajk, “Ġeħosugħa.”