Numri 10:1-36

10  U Ġeħova kellem lil Mosè u qallu:  “Agħmel żewġ trumbetti tal-​fidda.+ Tagħmilhom maħdumin bil-​martell, u jridu jkunu għad-​dispożizzjoni tiegħek biex issejjaħ+ lill-​ġemgħa u biex jiżżarmaw il-​kampijiet għat-​tluq.  U meta jdoqquhom it-​tnejn, il-​ġemgħa kollha trid tinġemaʼ fid-​daħla tat-​tinda tal-​laqgħa biex iżżomm l-​appuntament tagħha miegħek.+  U jekk idoqqu b’waħda biss, il-​kapijiet ewlenin, bħala kapijiet taʼ l-​eluf taʼ Israel, iridu wkoll iżommu l-​appuntament tagħhom miegħek.+  “U intom tridu ddoqqu b’ħoss li jogħla u jitbaxxa, u dawk li huma kkampjati lejn il-​lvant iridu jżarmaw il-​kampijiet u jitilqu.+  U ddoqqu b’ħoss li jogħla u jitbaxxa t-​tieni darba, u dawk li huma kkampjati lejn in-​nofsinhar iridu jżarmaw il-​kampijiet u jitilqu.+ Għandhom idoqqu b’ħoss li jogħla u jitbaxxa kull darba li jkun se jitlaq wieħed minnhom.  “Issa meta ssejħu biex tiġbru lill-​kongregazzjoni, għandkom iddoqqu,+ imma mhux b’ħoss li jogħla u jitbaxxa.  U wlied Aron, il-​qassisin, għandhom idoqqu t-​trumbetti,+ u l-​użu tagħhom irid iservi bħala statut għalikom għal żmien indefinit* matul il-​ġenerazzjonijiet tagħkom.  “U jekk tidħlu fi gwerra f’artkom kontra l-​għadu li jkun qed jaħqarkom+ tridu ssemmgħu s-​sejħa għall-​gwerra billi ddoqqu t-​trumbetti,+ u Ġeħova Alla tagħkom żgur li jiftakar fikom u jsalvakom mill-​għedewwa tagħkom.+ 10  “U fil-​jum tal-​ferħ tagħkom+ u fl-​istaġuni tal-​festi tagħkom+ u fil-​bidu tax-​xhur tagħkom,+ tridu ddoqqu t-​trumbetti quddiem l-​offerti tal-​ħruq+ u s-​sagrifiċċji taʼ sħubija li toffru;+ u l-​użu tagħhom irid iservi bħala tifkira għalikom quddiem Alla tagħkom. Jien Ġeħova Alla tagħkom.”+ 11  Issa ġara li, fit-​tieni sena, fit-​tieni xahar, fl-​għoxrin tax-​xahar,+ is-​sħaba telgħet ’il fuq minn fuq it-​tabernaklu+ tat-​Testimonjanza. 12  U wlied Israel bdew jitilqu mix-​xagħri tas-​Sinaj skond il-​mod stabbilit għat-​tluq tagħhom,+ u s-​sħaba waqfet fix-​xagħri tal-​Faran.+ 13  U bdew jitilqu għall-​ewwel darba, skond l-​ordni taʼ Ġeħova permezz taʼ Mosè.+ 14  Għalhekk, it-​taqsima taʼ tliet tribujiet tal-​kamp taʼ wlied Ġuda telqet l-​ewwel skond l-​armati tagħhom,+ u Naħson,+ bin Għamminadab, kien fuq din l-​armata. 15  U fuq l-​armata tat-​tribù taʼ wlied Issakar kien hemm Netanel,+ bin Sugħar. 16  U fuq l-​armata tat-​tribù taʼ wlied Żebulun kien hemm Eljab, bin Ħelon.+ 17  U nħatt it-​tabernaklu,+ u telqu wlied Gerson+ u wlied Merari+ bħala dawk li kellhom iġorru t-​tabernaklu. 18  U t-​taqsima taʼ tliet tribujiet tal-​kamp taʼ Ruben+ telqet skond l-​armati tagħhom, u Elisur,+ bin Sedewr kien fuq din l-​armata. 19  U fuq l-​armata tat-​tribù taʼ wlied Simegħon+ kien hemm Selumjel,+ bin Surisaddaj. 20  U fuq l-​armata tat-​tribù taʼ wlied Gad kien hemm Eljasaf,+ bin Degħwel. 21  U telqu l-​Keħatin bħala dawk li kellhom iġorru s-​santwarju,+ peress li t-​tabernaklu kien ikun diġà twaqqaf sakemm jaslu huma. 22  U t-​taqsima taʼ tliet tribujiet tal-​kamp taʼ wlied Efrajm+ telqet skond l-​armati tagħhom, u Elisama,+ bin Għammiħud kien fuq din l-​armata. 23  U fuq l-​armata tat-​tribù taʼ wlied Manasse+ kien hemm Gamaljel,+ bin Pedaħsur. 24  U fuq l-​armata tat-​tribù taʼ wlied Benjamin+ kien hemm Abidan,+ bin Gidegħoni. 25  U telqet it-​taqsima taʼ tliet tribujiet tal-​kamp taʼ wlied Dan,+ peress li kienet l-​għassa li timxi wara+ l-​kampijiet kollha skond l-​armati tagħhom, u Aħigħeżer,+ bin Għammisaddaj, kien fuq din l-​armata. 26  U fuq l-​armata tat-​tribù taʼ wlied Aser+ kien hemm Paggħijel,+ bin Għokran. 27  U fuq l-​armata tat-​tribù taʼ wlied Naftali+ kien hemm Aħira,+ bin Għenan. 28  Hekk kien ikun it-​tluq taʼ wlied Israel skond l-​armati tagħhom meta kienu jitilqu.+ 29  Imbagħad Mosè qal lil Ħobab, bin Regħwel+ il-​Midjani, il-​kunjatu taʼ Mosè: “Aħna se nitilqu lejn il-​post li dwaru Ġeħova qal, ‘Nagħtihulkom.’+ Ejja magħna, u żgur li nagħmlulek il-​ġid,+ għaliex Ġeħova lissen il-​ġid rigward Israel.”+ 30  Imma hu qallu: “Ma niġix magħkom, imma mmur lejn pajjiżi+ u lejn qrabati.” 31  U Mosè qallu: “Jekk jogħġbok, titlaqniex, għaliex, peress li int tafu tajjeb il-​post fejn se nikkampjaw fix-​xagħri, tkun bħala għajnejn għalina. 32  U jrid iseħħ li jekk tiġi magħna,+ iva, irid iseħħ li bit-​tjubija li biha Ġeħova jagħmlilna l-​ġid, aħna, mill-​banda l-​oħra, nagħmlulek il-​ġid.” 33  Għalhekk, telqu minn fuq il-​muntanja taʼ Ġeħova+ għal vjaġġ taʼ tlett ijiem, u l-​arka tal-​patt taʼ Ġeħova+ kienet miexja quddiemhom għal vjaġġ taʼ tlett ijiem biex ifittxu post taʼ mistrieħ għalihom.+ 34  U s-​sħaba taʼ Ġeħova+ kienet fuqhom bi nhar huma u ħerġin mill-​post fejn kienu kkampjati. 35  U kien jiġri li meta l-​Arka kienet titlaq, Mosè kien jgħid: “Qum, O Ġeħova, u ħa jitferrxu l-​għedewwa tiegħek;+ u ħa jaħarbu minn quddiemek dawk li tant jobogħduk.”+ 36  U meta kienet tieqaf, kien jgħid, “Ejja lura, O Ġeħova, lejn il-​mirjadi* t’eluf taʼ Israel.”+

Noti taʼ taħt

Ara Ġen 3:22, in-​nota taʼ taħt.
Jew, “għaxriet t’eluf.”