Mikea 6:1-16

6  Ismaʼ, jekk jogħġbok, O poplu, dak li qed jgħid Ġeħova.+ Qum, ippreżenta l-​kawża legali tiegħek quddiem il-​muntanji, u jalla l-​għoljiet jisimgħu leħnek.+  Isimgħu, O muntanji, il-​kawża legali taʼ Ġeħova, kif ukoll int blat dejjiemi, intom sisien taʼ l-​art;+ għax Ġeħova għandu kawża legali kontra l-​poplu tiegħu, u maʼ Israel se jkollu xi jgħid:+  “O poplu tiegħi,+ x’għamiltlek jien? U b’liema mod għejjejtek?+ Ixhed kontrija.+  Għax jien tellajtek mill-​art taʼ l-​Eġittu,+ u fdejtek minn dar l-​ilsiera;+ u bgħatt quddiemek lil Mosè, lil Aron, u lil Mirjam.+  O poplu tiegħi, ftakar,+ jekk jogħġbok, x’kien il-​pjan ta Balak,+ is-​sultan taʼ Mowab, u x’wieġbu Balgħam,+ bin Begħor. Kien minn Sittim,+ it-​triq kollha sa Gilgal,+ sabiex ikunu magħrufin l-​atti ġusti taʼ Ġeħova.”+  Biex se nersaq+ quddiem Ġeħova? Biex se mmil quddiem Alla li qiegħed fl-​għoli?+ Se nersaq quddiemu bl-​offerti sħaħ tal-​ħruq,+ bl-​għoġiela taʼ sena?  Jieħu pjaċir Ġeħova bl-​eluf taʼ mtaten, bl-​għaxriet t’eluf taʼ gliegel taʼ żejt?+ Se nagħti jien għall-​irvell tiegħi lil ibni mwieled l-​ewwel, il-​frott taʼ ġufi għad-​dnub taʼ ruħi?+  Hu qallek, O bniedem, x’inhu tajjeb.+ U x’qed jitlob minnek Ġeħova ħlief li tkun ġust+ u li tħobb il-​qalb tajba+ u li tkun modest+ fil-​mixi tiegħek m’Alla?+  Leħen Ġeħova jsejjaħ il-​belt,+ u min hu bil-​għaqal* jibżaʼ minn ismek.+ Ismaʼ l-​ħatar u lil min għażlu,+ O poplu. 10  Għad hemm it-​teżori tal-​ħażen+ fid-​dar taʼ bniedem mill-​agħar, u l-​kejl imnaqqas t’efa li hu kundannat? 11  Nistaʼ jien inkun safi jekk ikolli miżien ħażin u ħorġa mimlija wżin* qarrieq?+ 12  Għax l-​għonja tagħha mtlew bil-​vjolenza, u l-​abitanti tagħha qalu l-​gideb,+ u lsienhom hu qarrieq ġo fommhom.+ 13  “U jien ukoll, min-​naħa tiegħi, se nidorbok sakemm immardek;+ se ssir ħerba, minħabba dnubietek.+ 14  Int, min-​naħa tiegħek, tiekol u ma tixbax, u tibqaʼ bl-​istonku tiegħek vojt.+ U twarrab l-​affarijiet, imma ma ġġorrhomx b’wiċċ il-​ġid; u kulma ġġorr b’wiċċ il-​ġid, nagħtih għas-​sejf.+ 15  Int tiżraʼ ż-​żerriegħa, imma ma taħsadx. Int tisħaq iż-​żebbuġ, imma ma tindilikx biż-​żejt; tagħsar l-​għeneb, imma ma tixrobx inbid.+ 16  U tosserva l-​istatuti t’Għomri+ u l-​għemejjel kollha taʼ dar Aħab,+ u intom timxu fuq il-​pjanijiet tagħhom;+ bl-​għan li lilek nagħmlek oġġett taʼ stagħġib u lill-​abitanti tagħha xi ħaġa taʼ tisfir;+ u intom titgħabbew bit-​tmaqdir tal-​popli.”+

Noti taʼ taħt

Jew, “min għandu l-​għerf prattiku.”
Ara t-​2Sa 14:26, in-​nota taʼ taħt.