Mikea 5:1-15

5  “F’dan iż-​żmien int tqattaʼ lilek innifsek,+ O bint l-​invażjoni; hu qed jassedjana.+ Bil-​ħatar se jolqtuh fuq ħaddejh lill-​imħallef taʼ Israel.+  “U int, O Betlehem t’Efrata,+ li int ċkejkna wisq biex tkun fost l-​eluf taʼ Ġuda,+ minnek+ għad joħroġli dak li għandu jsir ħakkiem f’Israel,+ li l-​oriġini tiegħu hi mill-​qedem, mill-​jiem taʼ żmien twil ilu.*+  “Għalhekk, Alla se jitlaqhom+ sa ma jasal iż-​żmien meta dik li se tiled, fil-​fatt, tkun wildet.+ U l-​bqija taʼ ħutu jerġgħu lura lejn ulied Israel.  “U hu joqgħod bil-​wieqfa u jirgħa bis-​saħħa taʼ Ġeħova,+ bil-​maestà taʼ l-​isem taʼ Ġeħova Alla tiegħu.+ U huma jibqgħu jgħammru fis-​sigurtà,+ għax issa hu jkun kbir sa truf l-​art.+  U dan iġib is-​sliem.+ Inkwantu għall-​Assirjan, meta jidħol f’artna u meta jirfes fit-​torrijiet fejn ngħammru,+ ikollna nqajmu kontrih sebaʼ rgħajja, iva, tmien duki minn fost il-​bnedmin.  U huma jirgħu l-​art taʼ l-​Assirja bis-​sejf,+ u l-​art taʼ Nimrod+ fid-​daħliet tagħha. U hu jeħlisna mill-​Assirjan+ meta dan jidħol f’artna u meta jirfes fuq it-​territorju tagħna.  “U l-​fdal taʼ Ġakobb+ ikun f’nofs ħafna popli bħal nida mingħand Ġeħova,+ bħal ħalbiet spissi fuq il-​ħaxix,+ li la jittamaw fil-​bniedem u lanqas jistennew xejn minn ulied il-​bniedem taʼ l-​art.+  U l-​fdal taʼ Ġakobb ikun fost il-​ġnus, f’nofs ħafna popli, bħal iljun qalb il-​bhejjem tal-​foresta, bħal iljun b’saħħtu qalb l-​imrieħel tan-​nagħaġ li, meta jgħaddi, jgħaffeġ u jqattaʼ biċċiet;+ u ma jkunx hemm ħellies.  Idek tkun ħafna iktar ’il fuq mill-​avversarji tiegħek,+ u l-​għedewwa kollha tiegħek jinqerdu.”+ 10  “U dakinhar irid iseħħ,” hija l-​kelma taʼ Ġeħova, “li nneħħi ż-​żwiemel minn nofsok u neqred il-​karrijiet tiegħek.+ 11  U neqred il-​bliet t’artek u nġarraf il-​postijiet fortifikati kollha tiegħek.+ 12  U neqred is-​sħarijiet minn idek, u ma jkollokx iktar lil min jipprattika l-​maġija.+ 13  U neqred ix-​xbihat minquxin tiegħek u l-​pilastri tiegħek minn ġo nofsok, u ma tmilx iktar quddiem xogħol idejk.+ 14  U naqlaʼ mill-​għeruq l-​arbli sagri tiegħek+ minn ġo nofsok u nġib fix-​xejn il-​bliet tiegħek. 15  U fir-​rabja u fil-​korla nagħmel vendetta mill-​ġnus li m’obdewx.”+

Noti taʼ taħt

Jew, “żmien indefinit.” Ara Ġen 3:22, in-​nota taʼ taħt.