Mikea 4:1-13

4  U jrid iseħħ li fl-​aħħar parti tal-​jiem+ il-​muntanja+ tad-​dar+ taʼ Ġeħova ssir stabbilita fis-​sod ’il fuq mill-​quċċata tal-​muntanji, u titgħolla ’l fuq mill-​għoljiet;+ u lejha jiġru l-​popli.+  U ħafna ġnus imorru jgħidu: “Ejjew,+ ħa nitilgħu lejn il-​muntanja taʼ Ġeħova u lejn id-​dar taʼ l-​Alla taʼ Ġakobb;+ u hu jgħallimna dwar triqatu,+ u aħna nimxu fil-​mogħdijiet tiegħu.”+ Għax minn Sijon toħroġ il-​liġi, u l-​kelma taʼ Ġeħova minn Ġerusalemm.+  U hu jagħmel il-​ħaqq fost ħafna popli,+ u jirranġa l-​affarijiet kollha+ għall-​ġid taʼ ġnus setgħanin ’il bogħod.+ U jkollhom jaħdmu sjufhom f’sikek tal-​moħriet u l-​lanez tagħhom fi skieken taż-​żabra.+ Ma jerfgħux is-​sejf, ġens kontra ġens, u ma jitħarrġux iktar għall-​gwerra.+  U joqogħdu bil-​qiegħda, kull wieħed taħt id-​dielja tiegħu u taħt is-​siġra tat-​tin tiegħu,+ u ma jkunx hemm min ibeżżagħhom;+ għax dan qalu fomm Ġeħova taʼ l-​armati.+  Għax il-​popli kollha, min-​naħa tagħhom, se jimxu kull wieħed f’isem l-​alla tiegħu;+ imma aħna, min-​naħa tagħna, se nimxu f’isem Ġeħova Alla tagħna+ għal żmien indefinit, saħansitra għal dejjem.+  “Dakinhar,” hija l-​kelma taʼ Ġeħova, “niġmaʼ lil dak li kien izappap;+ u niġbor lil dak li kien imxerred,+ saħansitra lil dak li ttrattajtu ħażin.  U lil dak li kien izappap nagħmlu fdal,+ u lil dak li kien imwarrab ’il bogħod nagħmlu ġens setgħan;+ u Ġeħova se jsaltan fuqhom fuq il-​Muntanja Sijon, minn issa ’l quddiem u għal dejjem.+  “U int, O torri tal-​merħla, l-​għolja taʼ bint Sijon,+ s’għandek se jiġi, iva, żgur li jiġi l-​ewwel dominju,+ is-​saltna li hi taʼ bint Ġerusalemm.+  “Issa għala tibqaʼ tgħajjat b’leħen għoli?+ M’hemmx sultan fik, jew għab il-​kunsillier tiegħek, biex qabdek l-​uġigħ bħal dak taʼ mara fil-​ħlas?+ 10  Ħa jkollok uġigħ kbir u ibda għajjat, O bint Sijon, bħal mara fil-​ħlas,+ għax issa se toħroġ minn belt u jkollok tgħammar fil-​kampanja.+ U jkollok tasal sa Babilonja.+ Hemmhekk se tinħeles.+ Hemmhekk Ġeħova se jixtrik lura minn id l-​għedewwa tiegħek.+ 11  “U issa se jinġabru kontrik ħafna ġnus, dawk li qed jgħidu, ‘Ħa titniġġes, u ħa jitgħaxxqu għajnejna jħarsu lejn Sijon.’+ 12  Imma huma ma sarux jafu l-​ħsibijiet taʼ Ġeħova, u ma sarux jifhmu l-​pariri tiegħu;+ għaliex hu se jiġborhom flimkien bħal ringiela qmuħ, li għadhom kif inqatgħu, fil-​qiegħa tad-​dris.+ 13  “Qum u idres, O bint Sijon;+ għax il-​qarn tiegħek se nbiddilhulek f’ħadid, u difrejk se nbiddilhomlok f’ram aħmar, u int titħan ħafna popli;+ u l-​qligħ inġust tagħhom tiddedikah lil Ġeħova,+ u r-​riżorsi tagħhom lill-​Mulej il-​veru taʼ l-​art kollha.”+

Noti taʼ taħt